1. Jekk, fir-rigward ta’ entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni, ikun hemm bidla sostanzjali eċċezzjonali fiċ-ċirkustanzi li tkun relevanti sabiex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tal-kriterju tad-daqs, l-NCA relevanti għandha tirrevedi jekk għadux issodisfat jew le l-livell minimu tad-daqs.
Jekk isseħħ bidla bħal din fir-rigward ta’ entità sinifikanti taħt superviżjoni, il-BĊE għandu jinvestiga jekk għadux issodisfat il-limitu minimu tad-daqs.
Bidla sostanzjali eċċezzjonali f’ċirkustanzi relevanti sabiex tiġi ddeterminata s-sinifikanza fuq il-bażi tal-kriterju tad-daqs għandha tinkludi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin: (a) il-fużjoni ta’ żewġ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew aktar, (b) il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ taqsima sostanzjali ta’ negozju, (c) it-trasferiment ta’ ishma f’istituzzjoni ta’ kreditu b’mod li din ma tibqax tappartjeni lil grupp taħt superviżjoni li għalih kienet tappartjeni qabel il-bejgħ, (d) id-deċiżjoni finali li jsir l-istralċ ordnat tal-entità (jew grupp) taħt superviżjoni, (e) sitwazzjonijiet fattwali kumparabbli.