+Artikolu 97 Notifika mill-NCAs lill-BĊE ta’ proċeduri superviżorji materjali tal-NCA
---+Artikolu 97 1
---+Artikolu 97 2
---+Artikolu 97 3
---+Artikolu 97 4
---+Artikolu 97 5
|
Artikolu 97 Notifika mill-NCAs lill-BĊE ta’ proċeduri superviżorji materjali tal-NCA
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 97 1
|
1. Sabiex il-BĊE jkun jista’ jeżerċita sorveljanza fuq il-funzjonament tas-sistema, kif stabbilit fl-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament MSU, l-NCAs għandhom jipprovdu lill-BĊE b’informazzjoni relatata ma’ proċeduri superviżorji materjali tal-NCA li jikkonċernaw entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni. Il-BĊE għandu jiddefinixxi l-kriterji ġenerali, b’mod partikolari billi jqis is-sitwazzjoni tar-riskju u l-impatt potenzjali fuq is-sistema finanzjarja domestika tal-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni kkonċernata, sabiex jiddetermina għal liema entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni għandha tiġi nnotifikata dik l-informazzjoni. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta mill-NCAs ex ante jew f’każijiet ta’ urġenza ġġustifikati debitament fl-istess ħin mal-ftuħ ta’ proċedura.
|
|
Artikolu 97 2
|
2. Il-proċeduri superviżorji materjali tal-NCA msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonsistu:
|
(a)
|
fit-tneħħija ta’ membri tal-bordijiet ta’ tmexxija tal-entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u l-ħatra ta’ maniġers speċjali biex jieħdu taħt idejhom it-tmexxija tal-entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni; u
|
|
(b)
|
il-proċeduri li għandhom impatt sinifikanti fuq l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni.
|
|
|
Artikolu 97 3
|
3. Minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mill-BĊE skont dan l-Artikolu, il-BĊE jista’ fi kwalunkwe ħin jitlob mingħand l-NCAs informazzjoni dwar it-twettiq tal-kompiti mwettqa minnhom fir-rigward ta’ entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni.
|
|
Artikolu 97 4
|
4. Minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mill-BĊE skont dan l-Artikolu, l-NCAs għandhom, fuq l-inizjattiva tagħhom stess, jinnotifikaw lill-BĊE dwar kwalunkwe proċedura superviżorja oħra ta’ NCA li:
|
(a)
|
jidhrilhom li hija materjali; jew
|
|
(b)
|
tista’ taffettwa b’mod negattiv ir-reputazzjoni tal-MSU.
|
|
|
Artikolu 97 5
|
5. Jekk il-BĊE jitlob lil NCA biex tevalwa ulterjorment l-aspetti speċifiċi ta’ proċedura superviżorja materjali ta’ NCA, din it-talba għandha tispeċifika liema aspetti huma kkonċernati. Il-BĊE u l-NCA għandhom jiżguraw rispettivament illi l-parti l-oħra jkollha biżżejjed żmien sabiex il-proċedura u l-MSU bħala ħaġa sħiħa jkunu jistgħu jiffunzjonaw b’mod effiċjenti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|