+Artikolu 98 Notifika mill-NCAs lill-BĊE ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji materjali
---+Artikolu 98 1
---+Artikolu 98 2
---+Artikolu 98 3
---+Artikolu 98 4
|
Artikolu 98 Notifika mill-NCAs lill-BĊE ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji materjali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 98 1
|
1. Sabiex il-BĊE jkun jista’ jagħmel sorveljanza tal-funzjonament tas-sistema, kif stabbilit fl-Artikolu 6(5)(c) tar-Regolament MSU, l-NCAs għandhom jibagħtu lill-BĊE abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafi 2 u 3 meta l-abbozz ta’ deċiżjoni jkun jikkonċerna l-entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni li għalihom il-BĊE jikkunsidra li, fuq il-bażi tal-kriterji ġenerali ddefiniti mill-BĊE fir-rigward tas-sitwazzjoni tar-riskju u l-impatt potenzjali tagħhom fuq is-sistema finanzjarja domestika, l-informazzjoni għandha tiġi nnotifikata lilu.
|
|
Artikolu 98 2
|
2. Soġġett għall-paragrafu 1, abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji għandhom jintbagħtu lill-BĊE qabel ma jiġu indirizzati lil entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni jekk dawk id-deċiżjonijiet:
|
(a)
|
ikunu relatati mat-tneħħija ta’ membri tal-bordijiet ta’ tmexxija tal-entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni u l-ħatra ta’ maniġers speċjali; jew
|
|
(b)
|
ikollhom impatt sinifikanti fuq l-entità inqas sinifikanti taħt superviżjoni.
|
|
|
Artikolu 98 3
|
3. Minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fil-paragrafi 1 u 2, l-NCAs għandhom jibagħtu lill-BĊE kwalunkwe abbozz ieħor ta’ deċiżjonijiet superviżorji:
|
(a)
|
li dwarhom tintalab il-fehma tal-BĊE; jew
|
|
(b)
|
li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv ir-reputazzjoni tal-MSU.
|
|
|
Artikolu 98 4
|
4. L-NCAs għandhom jibagħtu lill-BĊE abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3, u li għalhekk jitqiesu li huma abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji materjali, ta’ mill-inqas għaxart ijiem qabel id-data ppjanata għall-adozzjoni tad-deċiżjoni. Il-BĊE għandu jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni fi żmien raġonevoli qabel l-adozzjoni ppjanata tad-deċiżjoni. F’każijiet urġenti, l-NCA relevanti għandha tiddefinixxi perijodu ta’ żmien raġjonevoli biex jintbagħat lill-BĊE abbozz ta’ deċiżjoni li jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|