4. L-NCAs għandhom jibagħtu lill-BĊE abbozzi ta’ deċiżjonijiet li jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3, u li għalhekk jitqiesu li huma abbozzi ta’ deċiżjonijiet superviżorji materjali, ta’ mill-inqas għaxart ijiem qabel id-data ppjanata għall-adozzjoni tad-deċiżjoni. Il-BĊE għandu jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni fi żmien raġonevoli qabel l-adozzjoni ppjanata tad-deċiżjoni. F’każijiet urġenti, l-NCA relevanti għandha tiddefinixxi perijodu ta’ żmien raġjonevoli biex jintbagħat lill-BĊE abbozz ta’ deċiżjoni li jissodisfa l-kriterji stipulati fil-paragrafi 1, 2 u 3.