+Artikolu 105 Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ għodod makro-prudenzjali mill-BĊE
---+Artikolu 105 1
---+Artikolu 105 2
|
Artikolu 105 Skambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ għodod makro-prudenzjali mill-BĊE
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 105 1
|
1. Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament MSU, meta l-BĊE jkun beħsiebu, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jew fuq proposta ta’ NCA jew NDA, japplika rekwiżiti aktar għoljin għal riżervi ta’ kapital jew biex jiġu applikati miżuri aktar strinġenti mmirati biex jindirizzaw riskji sistemiċi jew makro-prudenzjali, huwa għandu jikkoopera mill-qrib mal-NDAs fl-Istati Membri kkonċernati u b’mod partikolari għandu jinnotifika l-intenzjoni tiegħu lill-NDA jew NCA għaxart ijiem tax-xogħol qabel ma jieħu dik id-deċiżjoni. Minkejja dan, jekk il-BĊE jkun beħsiebu japplika rekwiżiti aktar għoljin għal riżervi ta’ kapital jew li japplika miżuri aktar strinġenti mmirati biex jindirizzaw riskji sistemiċi jew makro-prudenzjali fil-livell ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu soġġetti għall-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-Direttiva 2013/36/UE fil-każijiet stabbiliti speċifikament fil-liġi tal-Unjoni, huwa għandu jinforma lill-NCA jew NDA relevanti kemm jista’ jkun malajr dwar l-identifikazzjoni min-naħa tiegħu ta’ riskju makro-prudenzjali jew sistemiku għas-sistema finanzjarja u fejn ikun possibbli għandu jipprovdi dettalji tal-għodda maħsuba. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi kemm jista’ jkun dettalji speċifiċi dwar il-miżura maħsuba, inkluża d-data ta’ applikazzjoni maħsuba.
|
|
Artikolu 105 2
|
2. Jekk xi waħda mill-NCAs jew NDAs ikkonċernati toġġezzjona għall-miżura maħsuba tal-BĊE, hija għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha lill-BĊE fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data meta tirċievi n-notifika tal-intenzjoni tal-BĊE. Dik l-oġġezzjoni għandha tkun bil-miktub u għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni. Il-BĊE għandu jqis debitament dawk ir-raġunijiet qabel ma jipproċedi bid-deċiżjoni kif meħtieġ.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|