1. Fir-rigward ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni, NCA għandha tiftaħ proċeduri biss fuq talba tal-BĊE meta dan ikun meħtieġ għall-iskop li jitwettqu l-kompiti mogħtija lill-BĊE taħt ir-Regolament MSU, bil-għan li tittieħed azzjoni sabiex jiġi żgurat li jiġu imposti penali xierqa f’każijiet mhux koperti mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU. Dawn il-każijiet jinkludu l-applikazzjoni ta’:
|
(a)
|
penali mhux finanzjarji f’każ ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi, kif ukoll penali finanzjarji f’każ ta’ ksur minn persuni fiżiċi ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament;
|
|
(b)
|
kull penali finanzjarja jew mhux finanzjarja f’każ ta’ ksur minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta’ kwalunkwe liġi nazzjonali li tittrasponi direttivi relevanti tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
kull penali finanzjarja jew mhux finanzjarja li għandha tiġi imposta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti li tagħti setgħat speċifiċi lill-NCAs fi Stati Membri taż-żona tal-euro li preżentament ma jkunux meħtieġa permezz tal-liġi tal-Unjoni relevanti.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal NCA li tiftaħ proċeduri fuq inizjattiva tagħha stess fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali għal kompiti mhux mogħtija lill-BĊE.