+Artikolu 134 Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni
---+Artikolu 134 1
---+Artikolu 134 2
---+Artikolu 134 3
|
Artikolu 134 Entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 134 1
|
1. Fir-rigward ta’ entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni, NCA għandha tiftaħ proċeduri biss fuq talba tal-BĊE meta dan ikun meħtieġ għall-iskop li jitwettqu l-kompiti mogħtija lill-BĊE taħt ir-Regolament MSU, bil-għan li tittieħed azzjoni sabiex jiġi żgurat li jiġu imposti penali xierqa f’każijiet mhux koperti mill-Artikolu 18(1) tar-Regolament MSU. Dawn il-każijiet jinkludu l-applikazzjoni ta’:
|
(a)
|
penali mhux finanzjarji f’każ ta’ ksur ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi, kif ukoll penali finanzjarji f’każ ta’ ksur minn persuni fiżiċi ta’ liġi tal-Unjoni applikabbli direttament;
|
|
(b)
|
kull penali finanzjarja jew mhux finanzjarja f’każ ta’ ksur minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi ta’ kwalunkwe liġi nazzjonali li tittrasponi direttivi relevanti tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
kull penali finanzjarja jew mhux finanzjarja li għandha tiġi imposta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali relevanti li tagħti setgħat speċifiċi lill-NCAs fi Stati Membri taż-żona tal-euro li preżentament ma jkunux meħtieġa permezz tal-liġi tal-Unjoni relevanti.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għal NCA li tiftaħ proċeduri fuq inizjattiva tagħha stess fir-rigward tal-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali għal kompiti mhux mogħtija lill-BĊE.
|
|
Artikolu 134 2
|
2. NCA tista’ tistaqsi lill-BĊE biex jitlobha tiftaħ proċeduri fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 134 3
|
3. NCA ta’ Stat Membru parteċipanti għandha tinnotifika lill-BĊE malli titlesta proċedura ta’ penali mibdija fuq talba tal-BĊE skont il-paragrafu 1. B’mod partikolari, il-BĊE għandu jkun infurmat dwar il-penali imposti, jekk ikun hemm.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.05.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0468
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|