+3. PROĊEDURI U MIŻURI FIL-KRIŻI TAL-ELETTRIKU
---+3.1. Proċeduri u miżuri nazzjonali
---+3.2. Proċeduri u miżuri reġjonali u bilaterali
|
3. PROĊEDURI U MIŻURI FIL-KRIŻI TAL-ELETTRIKU
3. PROĊEDURI U MIŻURI FIL-KRIŻI TAL-ELETTRIKU
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
3.1. Proċeduri u miżuri nazzjonali
|
3.1. Proċeduri u miżuri nazzjonali
|
(a)
|
Iddeskrivi l-proċeduri li jridu jiġu segwiti fil-każijiet ta' kriżi tal-elettriku, inklużi l-iskemi korrispondenti dwar flussi tal-informazzjoni;
|
|
(b)
|
Iddeskrivi l-miżuri preventivi u preparatorji;
|
|
(c)
|
Iddeskrivi l-miżuri għall-mitigazzjoni ta' kriżijiet tal-elettriku, b'mod partikolari miżuri fin-naħa tad-domanda u fin-naħa tal-provvista, filwaqt li tindika f'liema ċirkustanzi jistgħu jintużaw dawn il-miżuri, speċjalment l-iskattatur ta' kull miżura. Fejn jiġu kkunsidrati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq, dawn iridu jiġu debitament ġustifikati fid-dawl tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 16 u jridu jikkonformaw ma' miżuri reġjonali u, fejn applikabbli, bilaterali;
|
|
(d)
|
Ipprovdi qafas għat-tneħħija manwali tat-tagħbija, filwaqt li tistipula f'liema ċirkostanzi t-tagħbija għandha titneħħa. Speċifika fir-rigward tas-sikurezza pubblika u s-sigurtà personali liema kategoriji ta' utenti tal-elettriku huma intitolati li jirċievu protezzjoni speċjali kontra skonnessjoni, u ġġustifika l-ħtieġa ta' tali protezzjoni. Ispeċifika kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u l-operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jaġixxu sabiex inaqqsu l-konsum;
|
|
(e)
|
Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati biex il-pubbliku jiġi informat dwar il-kriżi tal-elettriku.
|
|
|
3.2. Proċeduri u miżuri reġjonali u bilaterali
|
3.2. Proċeduri u miżuri reġjonali u bilaterali
|
(a)
|
Iddeskrivi l-mekkaniżmi miftiehma għall-kooperazzjoni fi ħdan ir-reġjun u biex tiġi żgurata koordinazzjoni xierqa qabel, u matul, il-kriżi tal-elettriku, inklużi l-proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet għal reazzjoni adatta fil-livell reġjonali;
|
|
(b)
|
Iddeskrivi kwalunkwe miżura reġjonali u bilaterali li dwarha sar qbil inkluż kwalunkwe arranġament tekniku, legali u finanzjarju meħtieġ għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Meta tiddeskrivi tali arranġamenti, ipprovdi informazzjoni dwar, fost l-oħrajn, il-kwantitajiet massimi ta' elettriku li għandu jitwassal fil-livell reġjonali jew bilaterali, l-iskattatur għall-assistenza u l-possibbiltà li tintalab is-sospensjoni tagħha, kif ser jitwassal l-elettriku, u d-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens ġust bejn l-Istati Membri. Iddeskrivi l-miżuri nazzjonali meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri reġjonali u bilaterali maqbula;
|
|
(c)
|
Iddeskrivi l-mekkaniżmi fis-seħħ biex ikun hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni ta' azzjonijiet, qabel, u matul, il-kriżi tal-elettriku, ma' Stati Membri oħrajn barra r-reġjun kif ukoll ma' pajjiżi terzi fi ħdan iż-żona sinkronika rilevanti.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 14.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0941
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|