+Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
|
Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali
Taqsima 1 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Suġġett
|
Artikolu 1
Din id-Direttiva għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent marittimu kontra l-effetti negattivi minn skariku ta’ skart minn bastimenti li jużaw il-portijiet li jinsabu fl-Unjoni, filwaqt li tiżgura l-operat mingħajr xkiel tat-traffiku marittimu, billi ttejjeb id-disponibbiltà u l-użu ta’ faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u l-konsenja ta’ skart lejn dawk il-faċilitajiet.
|
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
|
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bastiment” tfisser bastiment ta’ kull tip li jaħdem fl-ambjent tal-baħar, inkluż bastimenti tas-sajd, inġenji għar-rikreazzjoni, dgħajjes tal-hydrofoil, vetturi li jimxu fuq kuxxina tal-arja, inġenji li jimxu taħt l-ilma u dawk li jżommu f’wiċċ l-ilma;
(2)
“il-Konvenzjoni MARPOL” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti, fil-verżjoni aġġornata tagħha;
(3)
“skart minn bastimenti” tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li jiġi ġġenerat matul is-servizz ta’ bastiment jew matul it-tagħbija, il-ħatt jew l-operazzjonijiet ta’ tindif, u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI għall-Konvenzjoni MARPOL, kif ukoll skart mistad b’mod passiv;
(4)
“skart mistad b’mod passiv” tfisser skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd;
(5)
“fdalijiet tal-merkanzija” tfisser il-fdalijiet ta’ kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta jew fl-istivi jew fit-tankijiet wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inkluż it-tixrid, it-tagħbija u l-ħatt eċċessiv, sew jekk imxarrab jew niexef, inkorporat fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara knis jew trab mal-uċuħ ta’ barra tal-bastiment;
(6)
“faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart” tfisser kull faċilità li hija fissa, mobbli jew li żżomm f’wiċċ l-ilma u li kapaċi tipprovdi s-servizz li tirċievi l-iskart mill-bastimenti;
(7)
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar jew użat kummerċjalment għall-qbid tal-ħut jew ta’ riżorsi oħra ħajjin mill-baħar;
(8)
“inġenju għar-rikreazzjoni” tfisser bastiment ta’ kull tip, b’buq ta’ tul ta’ 2,5 metru jew iżjed, ikunu xi jkunu l-mezzi tal-propulsjoni tiegħu, maħsub għall-isport jew għal raġunijiet ta’ divertiment, u li mhux involut fil-kummerċ;
(9)
“port” tfisser post jew żona ġeografika magħmula minn xogħol ta’ titjib u tagħmir li huma imfassla prinċipalment biex jippermettu l-akkoljenza ta’ bastimenti, inkluż iż-żona ta’ ankraġġ fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-port;
(10)
“kapaċità suffiċjenti ta’ ħżin” tfisser biżżejjed kapaċità ta’ ħżin ta’ skart abbord mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss, inkluż l-iskart li x’aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;
(11)
“traffiku skedat” tfisser traffiku bbażat fuq lista ppubblikata jew ippjanata ta’ ħinijiet ta’ tluq u wasliet bejn portijiet identifikati jew traġitti rikorrenti li jikkostitwixxu skeda rikonoxxuta;
(12)
“waqfiet regolari fil-portijiet” tfisser vjaġġi ripetuti mill-istess bastiment li jiffurmaw xejra identifikata kostanti bejn il-portijiet jew serje ta’ vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji;
(13)
“waqfiet frekwenti fil-portijiet” tfisser żjarat minn bastiment lejn l-istess port, li jseħħu tal-anqas darba kull ġimagħtejn;
(14)
“GISIS” tfisser is-Sistema Globali Integrata ta’ Informazzjoni tat-Tbaħħir stabbilita mill-OMI;
(15)
“trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;
(16)
“tariffa indiretta” tfisser tariffa mħallsa għall-forniment ta’ servizzi ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, irrispettivament mill-konsenja reali tal-iskart mill-bastimenti.
“Skart minn bastimenti” imsemmi fil-punt (3) għandu jitqies bħala skart fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE.
|
|
Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|