|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-fini ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“bastiment” tfisser bastiment ta’ kull tip li jaħdem fl-ambjent tal-baħar, inkluż bastimenti tas-sajd, inġenji għar-rikreazzjoni, dgħajjes tal-hydrofoil, vetturi li jimxu fuq kuxxina tal-arja, inġenji li jimxu taħt l-ilma u dawk li jżommu f’wiċċ l-ilma;
(2)
“il-Konvenzjoni MARPOL” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni ta’ Tniġġis minn Bastimenti, fil-verżjoni aġġornata tagħha;
(3)
“skart minn bastimenti” tfisser kull skart, inkluż il-fdalijiet tal-merkanzija, li jiġi ġġenerat matul is-servizz ta’ bastiment jew matul it-tagħbija, il-ħatt jew l-operazzjonijiet ta’ tindif, u li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Annessi I, II, IV, V u VI għall-Konvenzjoni MARPOL, kif ukoll skart mistad b’mod passiv;
(4)
“skart mistad b’mod passiv” tfisser skart li jinġabar fix-xbieki matul l-operazzjonijiet tas-sajd;
(5)
“fdalijiet tal-merkanzija” tfisser il-fdalijiet ta’ kwalunkwe materjal tal-merkanzija abbord li jibqgħu fuq il-gverta jew fl-istivi jew fit-tankijiet wara t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija, inkluż it-tixrid, it-tagħbija u l-ħatt eċċessiv, sew jekk imxarrab jew niexef, inkorporat fl-ilma tal-ħasil, bl-esklużjoni tat-trab li jifdal fuq il-gverta wara knis jew trab mal-uċuħ ta’ barra tal-bastiment;
(6)
“faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart” tfisser kull faċilità li hija fissa, mobbli jew li żżomm f’wiċċ l-ilma u li kapaċi tipprovdi s-servizz li tirċievi l-iskart mill-bastimenti;
(7)
“bastiment tas-sajd” tfisser kull bastiment mgħammar jew użat kummerċjalment għall-qbid tal-ħut jew ta’ riżorsi oħra ħajjin mill-baħar;
(8)
“inġenju għar-rikreazzjoni” tfisser bastiment ta’ kull tip, b’buq ta’ tul ta’ 2,5 metru jew iżjed, ikunu xi jkunu l-mezzi tal-propulsjoni tiegħu, maħsub għall-isport jew għal raġunijiet ta’ divertiment, u li mhux involut fil-kummerċ;
(9)
“port” tfisser post jew żona ġeografika magħmula minn xogħol ta’ titjib u tagħmir li huma imfassla prinċipalment biex jippermettu l-akkoljenza ta’ bastimenti, inkluż iż-żona ta’ ankraġġ fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-port;
(10)
“kapaċità suffiċjenti ta’ ħżin” tfisser biżżejjed kapaċità ta’ ħżin ta’ skart abbord mill-mument tat-tluq sal-port tal-waqfa li jkun imiss, inkluż l-iskart li x’aktarx jiġi ġġenerat matul il-vjaġġ;
(11)
“traffiku skedat” tfisser traffiku bbażat fuq lista ppubblikata jew ippjanata ta’ ħinijiet ta’ tluq u wasliet bejn portijiet identifikati jew traġitti rikorrenti li jikkostitwixxu skeda rikonoxxuta;
(12)
“waqfiet regolari fil-portijiet” tfisser vjaġġi ripetuti mill-istess bastiment li jiffurmaw xejra identifikata kostanti bejn il-portijiet jew serje ta’ vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji;
(13)
“waqfiet frekwenti fil-portijiet” tfisser żjarat minn bastiment lejn l-istess port, li jseħħu tal-anqas darba kull ġimagħtejn;
(14)
“GISIS” tfisser is-Sistema Globali Integrata ta’ Informazzjoni tat-Tbaħħir stabbilita mill-OMI;
(15)
“trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;
(16)
“tariffa indiretta” tfisser tariffa mħallsa għall-forniment ta’ servizzi ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, irrispettivament mill-konsenja reali tal-iskart mill-bastimenti. “Skart minn bastimenti” imsemmi fil-punt (3) għandu jitqies bħala skart fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|