+Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 3 1.
---+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 3 3.

Artikolu 3 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1.

Din id-Direttiva tapplika għal:

(a) 

il-bastimenti kollha, irrispettivament mill-bandiera tagħhom, li jidħlu f’port ta’ Stat Membru jew li joperaw fih, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti involuti f’servizzi portwarji fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2017/352, u bl-eċċezzjoni ta’ kwalunkwe bastiment tal-gwerra, awżiljari navali jew bastiment ieħor fil-pussess ta’ Stat jew imħaddem minn Stat u, f’dan iż-żmien, użat biss fuq bażi mhux kummerċjali fis-servizz tal-gvern;

(b) 

il-portijiet kollha tal-Istati Membri li normalment iżuruhom bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt (a).

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, u biex jiġi evitat dewmien żejjed għall-bastimenti, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu ż-żona tal-ankraġġ mill-portijiet tagħhom għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikoli 6, 7 u 8.

Artikolu 3 2.
L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li, fejn ikun raġonevolment possibbli, il-bastimenti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jikkonsenjaw l-iskart tagħhom b’mod konsistenti ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 3 3.
L-Istati Membri li la jkollhom portijiet u lanqas bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu, bl-eċċezzjoni tal-obbligu stabbilit fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri li ma għandhomx portijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li huma indirizzati unikament għall-portijiet.

Dawk l-Istati Membri li jkun biħsiebhom jagħmlu użu mid-derogi stabbiliti f’dan il-paragrafu għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni sal-28 ta’ Ġunju 2021 jekk il-kondizzjonijiet rilevanti jkunux ġew issodisfati u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena minn hemm ’il quddiem bi kwalunkwe bidla sussegwenti. Sakemm dawn l-Istati Membri ma jkunux ttrasponew u implimentaw din id-Direttiva, ma jistgħux ikollhom port li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u ma jistgħux jippermettu lill-bastimenti, inkluż l-inġenji, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jtajjru l-bandiera tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.