+Artikolu 4 Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.

Artikolu 4 Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà tal-faċilitajiet adegwati tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart sabiex jilħqu mal-ħtieġa tal-bastimenti li normalment jużaw il-port mingħajr ma jikkawżaw dewmien żejjed lill-bastimenti.
Artikolu 4 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart ikollhom il-kapaċità li jirċievu t-tipi u l-kwantitajiet tal-iskart mill-bastiment li normalment jużaw dak il-port, filwaqt li jqisu:

(i) 

il-ħtiġijiet tal-utenti tal-port;

(ii) 

id-daqs u l-lokalità ġeografika ta’ dak il-port;

(iii) 

it-tip tal-bastimenti li jidħlu f’dak il-port; u

(iv) 

l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 9;

(b) 

il-formalitajiet u l-arranġamenti prattiċi li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart huma sempliċi u veloċi biex jiġi evitat dewmien żejjed għall-bastimenti;

(c) 

it-tariffi applikati għall-konsenja ma joħolqux diżinċentiv għall-bastimenti milli jużaw il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart; u

(d) 

il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu l-ġestjoni tal-iskart mill-bastimenti b’mod li jirrispetta l-ambjent skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar l-iskart.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir separat biex jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ skart minn bastimenti fil-portijiet kif meħtieġ skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Sabiex dan il-proċess jiġi ffaċilitat, il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jistgħu jiġbru l-frazzjonijiet separati tal-iskart b’konformità mal-kategoriji tal-iskart definiti fil-Konvenzjoni Marpol, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida tagħha.

Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta’ skart mill-industrija tal-ikel minn trasport internazzjonali.

Artikolu 4 3.
L-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom bħala Stati tal-bandiera, għandhom jużaw il-formoli u l-proċeduri tal-OMI biex jinnotifikaw lill-OMI kif ukoll lill-awtoritajiet tal-Istat tal-port b’inadegwatezzi allegati tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart.

L-Istati Membri, fil-kapaċità tagħhom bħala Stati tal-port, għandhom jinvestigaw kull każ rappurtat ta’ inadegwatezzi allegati u jużaw il-formoli u l-proċeduri tal-OMI biex jinnotifikaw lill-OMI u lill-Istat tal-bandiera li jirrapporta l-eżitu tal-investigazzjoni.

Artikolu 4 4.
L-awtoritajiet tal-port ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta’ dawn, l-awtoritajiet rilevanti, għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet ta’ konsenja jew ta’ akkoljenza tal-iskart jitwettqu b’miżuri ta’ sikurezza suffiċjenti biex jiġu evitati riskji kemm għan-nies kif ukoll għall-ambjent fil-portijiet koperti b’din id-Direttiva.
Artikolu 4 5.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe parti involuta fil-konsenja jew fl-akkoljenza ta’ skart minn bastimenti tkun tista’ titlob kumpens għal ħsara kkawżata minn dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.