|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
(a)
il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart ikollhom il-kapaċità li jirċievu t-tipi u l-kwantitajiet tal-iskart mill-bastiment li normalment jużaw dak il-port, filwaqt li jqisu:
(i)
il-ħtiġijiet tal-utenti tal-port;
(ii)
id-daqs u l-lokalità ġeografika ta’ dak il-port;
(iii)
it-tip tal-bastimenti li jidħlu f’dak il-port; u
(iv)
l-eżenzjonijiet previsti fl-Artikolu 9;
(b)
il-formalitajiet u l-arranġamenti prattiċi li għandhom x’jaqsmu mal-użu tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart huma sempliċi u veloċi biex jiġi evitat dewmien żejjed għall-bastimenti;
(c)
it-tariffi applikati għall-konsenja ma joħolqux diżinċentiv għall-bastimenti milli jużaw il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart; u
(d)
il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jippermettu l-ġestjoni tal-iskart mill-bastimenti b’mod li jirrispetta l-ambjent skont id-Direttiva 2008/98/KE u l-liġijiet rilevanti oħra tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar l-iskart. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġbir separat biex jiġu ffaċilitati l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ skart minn bastimenti fil-portijiet kif meħtieġ skont il-liġi tal-Unjoni dwar l-iskart, b’mod partikolari d-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), id-Direttiva 2008/98/KE u d-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ). Sabiex dan il-proċess jiġi ffaċilitat, il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jistgħu jiġbru l-frazzjonijiet separati tal-iskart b’konformità mal-kategoriji tal-iskart definiti fil-Konvenzjoni Marpol, b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida tagħha. Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti aktar stretti imposti mir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-ġestjoni ta’ skart mill-industrija tal-ikel minn trasport internazzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|