+Artikolu 5 Pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi stabbilit pjan adatt għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart ikun fis-seħħ u jkun ġie implimentat f’kull port wara konsultazzjonijiet mal-partijiet rilevanti, inkluż b’mod partikolari mal-utenti tal-port jew mar-rappreżentanti tagħhom, u, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet kompetenti lokali, mal-operaturi tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, ma’ organizzazzjonijiet li jimplimentaw obbligi ta’ responsabbiltà tal-produttur estiżi u ma’ rappreżentanti tas-soċjetà ċivili. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jsiru kemm matul l-abbozzar inizjali tal-pjan għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart kif ukoll wara l-adozzjoni tagħha, b’mod partikolari fejn ikunu seħħu bidliet sinifikanti, fir-rigward tar-rekwiżiti fl-Artikoli 4, 6 u 7.

Ir-rekwiżiti ddettaljati għall-iżvilupp tal-pjan għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart huma indikati fl-Anness 1.

Artikolu 5 2.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni segwenti mill-pjan għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart dwar id-disponibbiltà ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart adegwati fil-portijiet tagħhom għall-iskart u l-istruttura tal-ispejjeż tiġi kkomunikata b’mod ċar lill-operaturi tal-bastimenti, ssir pubblikament disponibbli u tkun faċilment aċċessibbli, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-port u, fejn rilevanti, f’lingwa użata internazzjonalment:

(a) 

il-lokalità tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart li tapplika għal kull irmiġġ, u, fejn rilevanti, is-sigħat tal-ftuħ tagħhom;

(b) 

lista ta’ skart minn bastimenti li normalment jiġi ġestit mill-port;

(c) 

lista tal-punti tal-kuntatt, tal-operaturi tal-faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart u tas-servizzi offruti;

(d) 

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-konsenja tal-iskart;

(e) 

deskrizzjoni tas-sistema tal-irkupru tal-ispejjeż, inkluż skemi tal-ġestjoni tal-iskart u fondi kif imsemmi fl-Anness 4, fejn applikabbli.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandha wkoll tkun disponibbli elettronikament u tinżamm aġġornata f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13.

Artikolu 5 3.
Fejn meħtieġ għal raġunijiet ta’ effiċjenza, il-pjanijiet għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart jistgħu jiġu żviluppati b’mod konġunt minn żewġ portijiet ġirien jew aktar fl-istess reġjun ġeografiku, bl-involviment xieraq ta’ kull port, sakemm il-ħtieġa u d-disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jiġu speċifikati għal kull port.
Artikolu 5 4.
L-Istati Membri għandhom jevalwaw u japprovaw il-pjan tal-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart u jiżguraw l-approvazzjoni mill-ġdid tiegħu mill-inqas kull ħames snin wara li jkun ġie approvat jew approvat mill-ġdid, u wara li jkunu seħħew bidliet sinifikanti fit-tħaddim tal-port. Dawk il-bidliet jistgħu jinkludu bidliet strutturali fit-traffiku lejn il-port, l-iżvilupp ta’ infrastruttura ġdida, bidliet fid-domanda u l-provvista ta’ faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart, u tekniki ġodda tat-trattament abbord.

L-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-port tal-pjan għall-akkoljenza u l-ġestjoni tal-iskart. Fejn, matul il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu, ma tkun saret l-ebda bidla sinifikanti, l-approvazzjoni mill-ġdid tista’ tikkonsisti minn validazzjoni tal-pjanijiet eżistenti.

Artikolu 5 5.
Il-portijiet mhux kummerċjali żgħar ikkaratterizzati minn livell ta’ traffiku baxx jew rari minn inġenji għar-rikreazzjoni biss jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafi 1 sa 4 jekk il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portjiet għall-iskart tagħhom ikunu integrati fis-sistema tal-ġestjoni tal-iskart immaniġġjata mill-muniċipalità rilevanti jew f’isimha u l-Istati Membri, fejn ikunu jinsabu dawk il-portijiet jiżguraw li l-informazzjoni rigward is-sistema tal-ġestjoni tal-iskart tkun disponibbli għall-utenti ta’ dawk il-portijiet.

L-Istati Membri fejn ikunu jinsabu tali portijiet għandhom jinnotifikaw l-isem u l-post ta’ dawk il-portijiet b’mod elettroniku f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.