+Artikolu 6 Notifika bil-quddiem dwar l-iskart
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 6 3.
---+Artikolu 6 4.

Artikolu 6 Notifika bil-quddiem dwar l-iskart

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta’ bastiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE li jkun destinat għal port tal-Unjoni għandu jimla b’verità u eżattezza l-formola stabbilita fl-Anness 2 għal din id-Direttiva (“notifika bil-quddiem dwar l-iskart”) u għandu jinnotifika l-informazzjoni kollha li tkun fil-formola lill-awtorità jew lill-korp assenjat għal dan il-fini mill-Istat Membru li fih ikun jinsab dak il-port:

(a) 

mill-inqas 24 siegħa qabel il-wasla, jekk il-port tal-waqfa jkun magħruf;

(b) 

hekk kif il-port tal-waqfa jkun magħruf, jekk din l-informazzjoni tkun disponibbli inqas minn 24 siegħa qabel il-wasla; jew

(c) 

minn tal-inqas mat-tluq mill-port preċedenti, jekk it-tul tal-vjaġġ ikun inqas minn 24 siegħa.

Artikolu 6 2.
L-informazzjoni min-notifika bil-quddiem dwar l-iskart għandha tkun ukoll irrapportata elettronikament f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, f’konformità mad-Direttivi 2002/59/KE u 2010/65/UE.
Artikolu 6 3.
L-informazzjoni min-notifika bil-quddiem dwar l-iskart għandha tkun disponibbli abbord, preferibbilment f’forma elettronika, għall-inqas sal-port tal-waqfa li jkun imiss u għandha tkun disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri.
Artikolu 6 4.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tkun innotifikata skont dan l-Artikolu tkun eżaminata u tiġi kondiviża mal-awtoritajiet rilevanti ta’ infurzar mingħajr dewmien.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.