+Artikolu 7 Konsenja ta’ skart minn bastimenti
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
|
Artikolu 7 Konsenja ta’ skart minn bastimenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1.
|
Il-kaptan ta’ bastiment li jidħol f’port tal-Unjoni għandu, qabel ma jħalli dak il-port, jikkonsenja l-iskart kollu tiegħu li jkun qed jinġarr abbord lil faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart skont in-normi rilevanti dwar ir-rimi stabbiliti fil-Konvenzjoni MARPOL.
|
|
Artikolu 7 2.
|
Mal-konsenja, l-operatur tal-faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart jew l-awtorità tal-port fejn ġie kkonsenjat l-iskart għandha timla b’verità u eżattezza l-formola stabbilita fl-Anness 3 (“irċevuta tal-konsenja tal-iskart”) u toħroġ u tipprovdi, mingħajr dewmien żejjed, l-irċevuta tal-konsenja tal-iskart lill-kaptan tal-bastiment. Ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx japplikaw għal portijiet żgħar b’faċilitajiet mingħajr persunal jew li jinsabu f’post remot, dment li l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu t-tali portijiet ikun innotifika l-isem u l-post ta’ dawk il-portijiet b’mod elettroniku f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 7 3.
|
L-operatur, l-aġent jew il-kaptan ta’ bastiment li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE għandu jirrapporta b’mod elettroniku, qabel it-tluq jew hekk kif tasal l-irċevuta tal-konsenja tal-iskart, l-informazzjoni li jkun fiha f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva, f’konformità mad-Direttivi 2002/59/KE u 2010/65/UE. L-informazzjoni mill-irċevuta tal-konsenja tal–iskart għandha tkun disponibbli abbord għal mill-inqas sentejn, fejn rilevanti flimkien mal-Ktieb tad-Dokumentazzjoni taż-Żejt, il-Ktieb tad-Dokumentazzjoni tal-Merkanzija, il-Ktieb tad-Dokumentazzjoni taż-Żibel jew il-Pjan għall-Ġestjoni taż-Żibel, adatti u għandha tkun disponibbli fuq talba lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.
|
|
Artikolu 7 4.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, bastiment jista’ jipproċedi lejn il-port tal-waqfa li jmiss mingħajr ma jikkonsenja l-iskart, jekk:
(a)
l-informazzjoni pprovduta skont l-Annessi 2 u 3 turi li hemm kapaċità ta’ ħżin iddedikata suffiċjenti għall-iskart kollu li ġie akkumulat u li ser jiġi akkumulat matul il-vjaġġ maħsub tal-bastiment sal-port tal-waqfa li jkun imiss;
(b)
l-informazzjoni disponibbli abbord il-bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE turi li hemm kapaċità ta’ ħżin iddedikata suffiċjenti għall-iskart kollu li ġie akkumulat u li ser jiġi akkumulat matul il-vjaġġ maħsub tal-bastiment sal-port tal-waqfa li jkun imiss; jew
(c)
il-bastiment jankra biss għal inqas minn 24 siegħa jew f’kundizzjonijiet tat-temp ħżiena, sakemm tali żona ma tkunx ġiet eskluża f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1).
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-eċċezzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu ta’ kapaċità ta’ ħżin iddedikata suffiċjenti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
|
|
Artikolu 7 5.
|
Stat Membru għandu jirrikjedi lill-bastiment li jikkonsenja, qabel it-tluq, l-iskart tiegħu jekk:
(a)
ma jkunx jista’ jiġi stabbilit, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, inkluż informazzjoni disponibbli elettronikament f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13 jew fil-GISIS, li fil-port tal-waqfa li jmiss hemm faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portjiet għall-iskart adegwati disponibbli; jew
(b)
il-port tal-waqfa li jmiss ma jkunx magħruf.
|
|
Artikolu 7 6.
|
Il-paragrafu 4 għandu japplika mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti iktar stretti għall-bastimenti adottati skont id-dritt internazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|