+Artikolu 11 Impenji ta’ spezzjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
|
Artikolu 11 Impenji ta’ spezzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Kull Stat Membru għandu jwettaq spezzjonijiet tal-bastimenti li jidħlu fil-portijiet tiegħu li jikkorrispondu għal tal-inqas 15 % tal-għadd totali ta’ bastimenti individwali li jidħlu fil-portijiet tiegħu kull sena. L-għadd totali ta’ bastimenti individwali li jidħol fi Stat Membru għandu jiġi kkalkolat bħala l-għadd medju ta’ bastimenti individwali tul it-tliet snin preċedenti, kif irrapportat f’dik il-parti tas-sistema ta’ informazzjoni, monitoraġġ u infurzar imsemmija fl-Artikolu 13.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jagħżlu bastimenti abbażi ta’ mekkaniżmu tal-Unjoni tal-għażla bbażata fuq ir-riskju. Biex tkun żgurata l-armonizzazzjoni tal-ispezzjonijiet u biex ikunu previsti kondizzjonijiet uniformi għall-għażla tal-bastimenti għall-ispezzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiddefinixxi l-elementi dettaljati tal-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-għażla bbażata fuq ir-riskju. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2).
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri għall-ispezzjonijiet għal bastimenti li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/59/KE sabiex jiżguraw, sa fejn hu prattikabbli, il-konformità ma’ din id-Direttiva. Meta jistabbilixxu dawk il-proċeduri, l-Istati Membri jistgħu jqisu l-mekkaniżmu tal-Unjoni tal-għażla bbażata fuq ir-riskju msemmi fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Jekk l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru ma tkunx sodisfatta bir-riżultati ta’ din l-ispezzjoni, din għandha, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-penali msemmija fl-Artikolu 16, tiżgura li l-bastiment ma jitlaqx mill-port qabel ma jkun ikkonsenja l-iskart tiegħu lil faċilità tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart f’konformità mal-Artikolu 7.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|