+Artikolu 18 Proċedura ta’ emenda
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.

Artikolu 18 Proċedura ta’ emenda

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex temenda l-Annessi għal din id-Direttiva u r-referenzi għal strumenti tal-OMI f’din id-Direttiva sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex jinġiebu konformi mal-liġi tal-Unjoni jew sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fil-livell tal-OMI.
Artikolu 18 2.
Il-Kummissjoni tingħata wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-Annessi meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġu mtejba l-arranġamenti ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ stabbiliti b’din id-Direttiva, b’mod partikolari dawk previsti fl-Artikoli 6, 7 u 9, sabiex ikunu żgurati n-notifika u l-konsenja effettivi tal-iskart, u l-applikazzjoni korretta tal-eżenzjonijiet.
Artikolu 18 3.
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta mill-Kummissjoni u sabiex tiġi evitata theddida serja u inaċċettabbli lill-ambjent tal-baħar, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 biex temenda din id-Direttiva sa fejn dan ikun meħtieġ biex tiġi evitata theddida bħal din, sabiex ma tiġix applikata, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, emenda għall-Konvenzjoni MARPOL.
Artikolu 18 4.
L-atti delegati previsti f’dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati tal-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita tal-emenda għall-Konvenzjoni MARPOL jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta’ dik l-emenda.

Fil-perijodu ta’ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-att delegati, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe inizjattiva maħsuba biex tintegra dik l-emenda fil-liġi nazzjonali jew biex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.