+ANNESS

ANNESS

ANNESS

Oġġetti postali individwali li għalihom it-tariffi tal-fornitur tas-servizzi tal-konsenja tal-pakketti huma soġġetti għall-miżuri ta' trasparenza tat-tariffi u għall-valutazzjoni previsti fl-Artikoli 5 u 6:

(a)

ittra standard ta' 500 g (domestika u intra Unjoni);

(b)

ittra standard ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni);

(c)

ittra standard ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni);

(d)

ittra reġistrata ta' 500 g (domestika u intra Unjoni);

(e)

ittra reġistrata ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni);

(f)

ittra reġistrata ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni);

(g)

ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 500 g (domestika u intra Unjoni);

(h)

ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni);

(i)

ittra b'lokazzjoni u traċċar ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni);

(j)

pakkett standard ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni);

(k)

pakkett standard ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni);

(l)

pakkett standard ta' 5 kg (domestika u intra Unjoni);

(m)

pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 1 kg (domestika u intra Unjoni);

(n)

pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 2 kg (domestika u intra Unjoni);

(o)

pakkett b'lokazzjoni u traċċar ta' 5 kg (domestika u intra Unjoni).

L-oġġetti postali elenkati fil-punti (a) sa (o) għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

Il-limiti tad-daqs tal-oġġetti postali elenkati fil-punti (a) sa (i) (prodotti tal-posta tal-ittri) għandhom isegwu din ir-regola:

It-tul, il-wisa' u l-ħxuna kkombinati: 900 mm, l-akbar dimensjoni ma għandhiex teċċedi s-600 mm, l-iżgħar dimensjoni għandha teċċedi l-20 mm;

(b)

Il-pakketti elenkati fil-punti (j) sa (o) ma għandhomx ikunu iżgħar mid-daqs preskritt għal dawk elenkati fil-punti (a) sa (i).

Elementi li għandhom jiġu kkunsidrati meta tingħata l-informazzjoni dwar tariffi għall-punti (a) sa (o):

(*)

It-tariffi li jikkorrispondu mal-oġġetti postali għandhom ikunu individwali u ma għandhomx jinkludu kwalunkwe skont speċjali abbażi tal-volumi jew kwalunkwe trattament speċjali ieħor.

(**)

Il-valur tat-tariffi għandu jingħata lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali mingħajr il-VAT.

(***)

Il-fornituri li joffru aktar minn oġġetti postali wieħed li jissodisfaw il-kriterji ta' hawn fuq għandhom jirrapportaw l-orħos tariffa.

(****)

It-tariffi ta' hawn fuq għandhom jikkorrispondu għal oġġetti postali kkonsenjati fid-dar jew post ieħor tad-destinatarju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, jew f'post ieħor mitlub mid-destinatarju jekk tali tariffa tinkludi dik l-għażla mingħajr ħlas addizzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.05.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R0644
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.