+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) u fl-Artikolu 10 dwar is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-organizzazzjoni tal-istabbiliment bil-ħsieb li jiġu evitati inċidenti kbar

Għall-finijiet biex tiġi implimentata s-sistema tal-ġestjoni tal-operatur, iridu jiġu kkunsidrati dawn l-elementi li ġejjin:

(a) 

is-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza għandha tkun proporzjonata għall-perikli, l-attivitajiet industrijali u l-kumplessità tal-organizzazzjoni fl-istabbiliment u tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskji; hija għandha tinkludi l-parti tas-sistema tal-ġestjoni ġenerali li tinkludi l-istruttura organizzattiva, ir-responsabbiltajiet, il-prattiki, il-proċeduri, il-proċessi u r-riżorsi biex tiġi ddeterminata u implimentata l-politika ta’ prevenzjoni ta’ inċidenti kbar (MAPP);

(b) 

il-punti li ġejjin għandhom jiġu indirizzati mis-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza:

(i) 

l-organizzazzjoni u l-persunal — ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-impjegati involuti fil-ġestjoni ta’ inċidenti kbar fil-livelli kollha tal-organizzazzjoni, flimkien mal-miżuri meħuda biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-ħtieġa ta' titjib kontinwu. L-identifikazzjoni ta' ħtiġijiet ta' taħriġ ta' dan il-persunal u l-forniment ta' taħriġ li jkun ġie identifikat. L-involviment tal-impjegati u tal-impjegati subkuntrattati li jaħdmu fl-istabbiliment li huma importanti mil-lat tas-sikurezza;

(ii) 

l-identifikazzjoni u l-valutazzjoni ta’ perikli kbar — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri biex jiġu identifikati b’mod sistematiku perikli kbar li jkunu ġejjin mill-operat normali u mhux normali inklużi attivitajiet subkuntrattati meta jkun applikabbli u l-valutazzjoni tal-probabbiltà u s-severità tagħhom;

(iii) 

il-kontroll operattiv — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri u struzzjonijiet għall-operat sikur, inklużi l-manutenzjoni tal-impjant, proċessi u tagħmir, u għall-ġestjoni ta’ allarmi u waqfiet temporanji; filwaqt li titqiws l-informazzjoni disponibbli dwar l-aħjar prassi għall-monitoraġġ u l-kontroll, bl-għan li jitnaqqas ir-riskju li s-sistema ma taħdimx; il-ġestjoni u l-kontroll tar-riskji assoċjati ma' tagħmir li qed jiqdiem installat fl-istabbiliment u l-korrużjoni; inventarju tat-tagħmir, l-istrateġija u l-metodoloġija tal-istabbiliment għall-monitoraġġ u l-kontroll tal-kundizzjoni tat-tagħmir; azzjonijiet ta' segwitu xierqa u kwalunkwe kontromiżura meħtieġa;

(iv) 

il-ġestjoni tal-bidla — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri għall-ippjanar ta' modifiki għal, jew id-disinn ta' stallazzjonijiet, proċessi jew faċilitajiet ta' ħażna ġodda;

(v) 

l-ippjanar għall-emerġenzi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' proċeduri biex jiġu identifikati emerġenzi prevedibbli permezz ta' analiżi sistematika, biex jitħejjew, jiġu ttestjati u analizzati pjanijiet ta' emerġenza li jilqgħu għal dawn l-emerġenzi u biex jingħata taħriġ speċifiku lill-persunal konċernat. Dan it-taħriġ għandu jingħata lill-persunal kollu li jaħdem fl-istabbiliment, inkluż il-persunal subkuntrattat rilevanti;

(vi) 

l-esekuzzjoni tas-sorveljanza — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-proċeduri għall-istima kontinwa ta' konformità ma' l-għanijiet stabbiliti bil-MAPP u s-sistema amministrattiva tas-sigurtà tal-operatur, u l-mekkaniżmi għal investigazzjoni u t-teħid ta' azzjoni korrettiva f'każ ta' nuqqas ta' konformità. Il-proċeduri għandhom ikopru s-sistema tal-operatur biex jiġu rrappurtati inċidenti kbar jew oħrajn li kważi seħħew, partikolarment dawk li jinvolvu nuqqas ta' miżuri protettivi, u l-investigazzjoni u s-segwitu ta' dawn fuq il-bażi tat-tagħlimiet li jkunu nkisbu. Il-proċeduri jistgħu jinkludu wkoll indikaturi ta’ prestazzjoni bħalma huma l-indikaturi tal-prestazzjoni tas-sikurezza (SPIs) u/jew indikaturi rilevanti oħra;

(vii) 

awditjar u analiżi — l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri għall-valutazzjoni sistematika regolari tal-MAPP u tal-effikaċja u l-adattabbiltà tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza; l-analiżi ddokumentata tal-prestazzjoni tal-politika u tas-sistema tal-ġestjoni tas-sikurezza u l-aġġornar tagħha mill-maniġment superjuri, inklużi l-kunsiderazzjoni u l-inkorporazzjoni tat-tibdiliet meħtieġa bl-awditjar u r-rieżami.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.07.2012 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012L0018
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.