+Artikolu 11 L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħżin ta’ data personali
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
---+Artikolu 11 7.
---+Artikolu 11 8.
---+Artikolu 11 9.
---+Artikolu 11 10.
|
Artikolu 11 L-ipproċessar, l-aċċess u l-ħżin ta’ data personali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
Id-data personali miġbura matul l-attivitajiet ta’ CRS esklussivament għall-fini li ssir riservazzjoni jew jinħarġu biljetti għal prodotti tat-trasport għandha biss tiġi pproċessata b’mod kompatibbli ma’ dawn il-finijiet. Fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ tali data, bejjiegħ tas-sistema għandu jitqies bħala kontrollur tad-data skond l-Artikolu 2(d) tad-Direttiva 95/46/KE.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Id-data personali għandha biss tiġi pproċessata sakemm l-ipproċessar huwa meħtieġ għat-twettiq ta’ kuntratt li tiegħu s-suġġett tad-data jkun parti jew sabiex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jidħol f’kuntratt.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Meta jkunu involuti kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, tali data għandha biss tiġi pproċessata meta s-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għall-ipproċessar ta’ dik id-data fuq bażi infurmata.
|
|
Artikolu 11 4.
|
It- tagħrif taħt il-kontroll tal-bejjiegħ tas-sistema dwar riservazzjonijiet individwali identifikabbli għandha tiġi maħżuna offline fi żmien tnejn u sebgħin siegħa mit-tlestija ta’ l-aħħar element fir-riservazzjonitazzjoni individwali u għandha tinqered fi żmien tliet snin. L-aċċess għal tali data għandu jkun permess biss għal raġunijiet ta’ tilwim dwar il-kontijiet.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Data ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ riservazzjoni u ta’ bejgħ li ssir disponibbli minn bejjiegħ ta’ sistema m’għandha tinkludi l-ebda identifikazzjoni, kemm direttament jew indirettament, ta’ persuni fiżiċi jew, fejn applikabbli, ta’ l-organizzazzjonijiet jew kumpaniji li f’isimhom ikunu qed jaġixxu.
|
|
Artikolu 11 6.
|
Fuq talba, abbonat għandu jinforma lill-konsumatur dwar l-isem u l-indirizz tal-bejjiegħ tas-sistema, l-għanijiet ta’ l-ipproċessar, it-tul taż-żamma tad-data personali u l-mezzi disponibbli għas-suġġett tad-data biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu jew tagħha ta’ aċċess.
|
|
Artikolu 11 7.
|
Suġġett tad-data għandu jkun intitolat li jkollu aċċess mingħajr ħlas għad-data li tirrelata miegħu irrispettivament minn jekk id-data tkunx maħżuna mill-bejjiegħ tas-sistema jew mill-abbonat.
|
|
Artikolu 11 8.
|
Id-drittijiet rikonoxxuti f’dan l-Artikolu huma kumplimentari għal u għandhom jeżistu b’żieda mad-drittijiet tas-suġġett tad-data stipulati bid-Direttiva 95/46/KE, bid-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond l-istess Direttiva u bid-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Komunità hija parti.
|
|
Artikolu 11 9.
|
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiddettaljaw u jikkumplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1. Għajr fejn speċifikat xorta oħra, id-definizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva għandhom japplikaw. Meta d-dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ CRS stipulati f’dan l-Artikolu ma japplikawx, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond l-istess Direttiva u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet internazzjonali li għalihom il-Komunità hija parti.
|
|
Artikolu 11 10.
|
Fejn bejjiegħ ta’ sistema jopera ġabriet ta’ data f’kapaċitajiet differenti bħal, bħala CRS, jew bħala servizz ospitanti għall-kumpaniji ta’ l-ajru, għandhom jittieħdu miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi evitat li wieħed idur mar-regoli tal-protezzjoni tad-data personali permezz ta’ l-interkonnessjoni bejn il-ġabriet ta’ data, u biex jiġi żgurat li d-data personali tkun aċċessibbli biss għar-raġuni speċifika li għaliha tkun inġabret.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0080
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|