|
+ANNESS IV INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU |
ANNESS IV INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU
ANNESS IV INFORMAZZJONI LILL-PUBBLIKU L-informazzjoni fil-punti li ġejjin għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, b’mod personalizzat u faċli għall-utent, u l-konsumaturi jistgħu jiksbu aċċess għal dik l-informazzjoni b’mezzi oħra fuq talba ġustifikata:
(1)
identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti, iż-żona u n-numru ta’ persuni fornuti, u l-metodu ta’ produzzjoni tal-ilma, inkluż informazzjoni ġenerali dwar it-tipi ta’ trattament u diżinfettazzjoni tal-ilma applikati; l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan ir-rekwiżit f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2007/2/KE;
(2)
l-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għall-parametri elenkati fil-Parti A, B u C tal-Anness I, inkluż il-monitoraġġ tal-frekwenza, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5; ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx ikollhom iktar minn sena, ħlief fejn il-frekwenza tal-monitoraġġ stabbilita minn din id-Direttiva tippermetti xort’oħra;
(3)
informazzjoni dwar il-parametri li ġejjin li mhumiex elenkati fil-Parti C tal-Anness I u l-valuri assoċjati:
(a)
ebusija;
(b)
minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:
—
kalċju Ca;
—
manjeżju Mg;
—
potassju K;
(4)
f’każ ta’ periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem skont kif ikun determinat mill-awtoritajiet kompetenti jew korpi rilevanti oħrajn wara li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u relatati mal-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni;
(5)
informazzjoni rilevanti dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-sistema tal-provvista;
(6)
pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma meta jkun xieraq, kif jużaw l-ilma b’mod responsabbli skont il-kundizzjonijiet lokali u kif jevitaw riskji għas-saħħa minħabba ilma qiegħed;
(7)
għal fornituri tal-ilma li jfornu mill-inqas 10 000 m3 kuljum jew li jservu mill-inqas 50 000 persuna, informazzjoni annwali dwar:
(a)
il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f’termini ta’ effiċjenza, u rati ta’ tnixxija, ladarba dik l-informazzjoni tkun disponibbli u mhux aktar tard mid-data stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3);
(b)
l-istruttura ta’ sjieda tal-provvista tal-ilma mill-fornitur tal-ilma
(c)
fejn l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta’ sistema tariffarja, informazzjoni dwar l-istruttura tat-tariffa għal kull metru kubu ta’ ilma, inkluż l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli u l-ispejjeż relatati ma’ miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 16, fejn dawn il-miżuri jkunu ttieħdu mill-fornituri tal-ilma;
(d)
fejn ikunu disponibbli, sommarju u statistika dwar l-ilmenti tal-konsumaturi li jkunu rċevew il-fornituri tal-ilma dwar kwistjonijiet fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva;
(8)
fuq talba ġustifikata, il-konsumaturi għandom jingħataw aċċess għal data storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perijodu sa għaxar snin, jekk tkun disponibbli, u mhux iktar kmieni mit-13 ta’ Jannar 2023. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|