|
+ANNESS III PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 |
ANNESS III PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10ANNESS III PROGRAMMI, PJANIJIET, MIRI U MIŻURI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 10 (1) Il-pjanijiet nazzjonali ta’ restawr imħejjija f’konformità mar-Regolament (UE) 2024/1991. (2) Il-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni, f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. (3) Il-Kodiċi ta’ Prattika Agrikola Tajba u l-programmi ta’ azzjoni għal żoni vulnerabbli magħżula adottati f’konformità mad-Direttiva 91/676/KEE. (4) Il-miżuri ta’ konservazzjoni u qafas ta’ azzjoni prijoritizzat stabbiliti għas-siti ta’ Natura 2000 f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE. (5) Il-miżuri biex jinkiseb status ekoloġiku tajjeb u status kimiku tajjeb tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ u status kimiku u kwantitattiv tajjeb ta’ korpi tal-ilma ta’ taħt l-art inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċir tax-xmara mħejjija f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE. (6) Il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għargħar imħejjija f’konformità mad-Direttiva 2007/60/KE. (7) Il-pjanijiet ta’ ġestjoni tan-nixfa msemmija fl-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima. (8) Il-programmi ta’ azzjoni nazzjonali stabbiliti f’konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni. (9) L-istrateġiji nazzjonali tal-bijodiversità u l-pjanijiet ta’ azzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika. (10) Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/841. (11) Il-miri stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2018/842. (12) Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejjija skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u d-data ta’ monitoraġġ dwar l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq l-ekosistemi rrapportati skont dik id-Direttiva. (13) Il-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1999. (14) Il-valutazzjonijiet tar-riskju u l-ippjanar tal-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri stabbiliti f’konformità mad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. (15) Il-pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali adottati f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/128/KE. (16) Il-miżuri ta’ mitigazzjoni u tat-tnaqqis tar-riskju msemmija fil-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali mwettqa skont id-Direttiva 2011/92/UE għall-pjanijiet u l-proġetti li jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-ħamrija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|