+ANNESS VI KONTENUT TAR-REĠISTRU TA’ SITI POTENZJALMENT IKKONTAMINATI U TA’ SITI KKONTAMINATI
|
ANNESS VI KONTENUT TAR-REĠISTRU TA’ SITI POTENZJALMENT IKKONTAMINATI U TA’ SITI KKONTAMINATI
ANNESS VI
KONTENUT TAR-REĠISTRU TA’ SITI POTENZJALMENT IKKONTAMINATI U TA’ SITI KKONTAMINATI
It-tfassil u l-preżentazzjoni tad-data fir-reġistru għandhom jippermettu li l-pubbliku jsegwi l-progress fl-identifikazzjoni u fl-investigazzjoni ta’ siti potenzjalment ikkontaminati u fil-ġestjoni ta’ siti kkontaminati. Ir-reġistru għandu jkun fih u jippreżenta l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment ikkontaminati magħrufa, għas-siti kkontaminati, għas-siti kkontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kkontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni:
|
(a)
|
il-koordinati, l-indirizz jew ir-roqgħa/l-irqajja’ katastali tas-sit f’konformità mad-Direttivi (UE) 2019/1024 u 2007/2/KE;
|
|
(b)
|
is-sena tal-inklużjoni fir-reġistru;
|
|
(c)
|
l-attivitajiet kontaminanti jew potenzjalment kontaminanti li jkunu seħħew jew li jkunu qegħdin iseħħu fis-sit;
|
|
(d)
|
l-istatus ta’ ġestjoni tas-sit;
|
|
(e)
|
konklużjonijiet dwar il-preżenza jew in-nuqqas, it-tip u r-riskju tal-kontaminazzjoni (jew il-kontaminazzjoni residwa wara r-riabilitazzjoni tal-ħamrija) fejn l-informazzjoni dwar dawk l-elementi tkun diġà disponibbli mill-investigazzjonijiet tal-ħamrija u mill-valutazzjoni tar-riskju speċifika għas-sit imsemmija fl-Artikoli 15 u 16;
|
|
(f)
|
l-azzjonijiet u l-passi ta’ ġestjoni sussegwenti meħtieġa msemmija fl-Artikoli 15 u 16.
|
Ir-reġistru jista’ jkun fih ukoll l-informazzjoni li ġejja fil-livell tas-sit għas-siti potenzjalment ikkontaminati magħrufa, għas-siti kkontaminati, għas-siti kkontaminati li jirrikjedu azzjoni ulterjuri, u għas-siti kkontaminati fejn tkun ittieħdet azzjoni jew tkun qiegħda tittieħed azzjoni, meta disponibbli:
|
(a)
|
informazzjoni dwar il-permessi ambjentali maħruġa għas-sit, inkluż is-sena tal-bidu u tat-tmiem tal-attività;
|
|
(b)
|
l-użu attwali u ppjanat tal-art;
|
|
(c)
|
ir-riżultati tal-investigazzjoni tal-ħamrija u r-rapporti ta’ riabilitazzjoni tal-ħamrija, bħall-konċentrazzjonijiet u l-perimetru tal-kontaminazzjoni, il-mudell tas-sit kunċettwali, il-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju, it-tekniki użati jew ippjanati, l-istimi tal-effettività u tal-kost tal-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju;
|
|
(d)
|
l-iskeda ta’ żmien tal-azzjonijiet u l-passi ta’ ġestjoni sussegwenti.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 26.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L2360
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|