|
+ANNESS I Elementi tal-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 |
ANNESS I Elementi tal-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8
ANNESS I Elementi tal-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 8 Meta jiġu adottati atti delegati skont l-Artikolu 8, il-Kummissjoni għandha tinkludi l-elementi li ġejjin fil-metodoloġiji taċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li tqis l-ispeċifiċitajiet ta’ kull attività:
(a)
it-tip ta’ attività u deskrizzjoni tal-prattiki u l-proċessi koperti, inkluż il-perjodu ta’ attività u l-perjodu ta’ monitoraġġ;
(b)
ir-regoli għall-identifikazzjoni tal-bjar kollha tal-assorbiment tal-karbonju u s-sorsi kollha tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1), (2) u (5);
(c)
ir-regoli għall-kalkolu tal-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(i), fl-Artikolu 4(2), il-punti (b)(i) u (iii), jew fl-Artikolu 4(5), il-punt (a);
(d)
ir-regoli għall-kalkolu tal-assorbiment totali tal-karbonju msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(ii), jew fl-Artikolu 4(5), il-punt (b);
(e)
ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet mill-ħamrija LULUCF imsemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(ii);
(f)
ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet mill-ħamrija agrikola msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(iv);
(g)
ir-regoli għall-kalkolu tal-emissjonijiet tal-GHGassoċjati msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(iii), fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(v) jew fl-Artikolu 4(5), il-punt (c);
(h)
ir-regoli għall-aġġornament tal-linji bażi standardizzati msemmija fl-Artikolu 4(9) u għall-aġġornament tal-linja bażi speċifika għall-attività msemmija fl-Artikolu 4(11);
(i)
ir-regoli li jagħtu kont tal-inċertezzi b’mod konservattiv fil-kwantifikazzjoni tal-assorbiment permanenti tal-karbonju, l-assorbiment temporanju tal-karbonju permezz tal-kultivazzjoni karbonika u l-ħżin tal-karbonju fil-prodotti, u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija msemmija fl-Artikolu 4(12);
(j)
ir-regoli għat-twettiq tat-testijiet speċifiċi tal-addizzjonalità msemmija fl-Artikolu 5(2);
(k)
ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-regoli dwar il-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe riskju identifikat ta’ treġġigħ lura tal-karbonju maħżun imsemmi fl-Artikolu 6(2), il-punt (a);
(l)
ir-regoli dwar mekkaniżmi ta’ responsabbiltà xierqa msemmija fl-Artikolu 6(2), il-punt (b), u l-Artikolu 6(4), inkluż ir-regoli dwar ir-riskju ta’ falliment tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà rilevanti;
(m)
ir-regoli għall-implimentazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fl-Artikolu 6(5);
(n)
ir-regoli dwar il-monitoraġġ tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija msemmija fl-Artikolu 6(6);
(o)
ir-regoli dwar ir-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(3);
(p)
ir-regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-kobenefiċċji msemmija fl-Artikolu 7(4). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|