+ANNESS II Informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 9

ANNESS II Informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 9




ANNESS II

Informazzjoni minima li għandha tkun inkluża fiċ-ċertifikat tal-konformità msemmi fl-Artikolu 9

Iċ-ċertifikat tal-konformità għandu jinkludi l-informazzjoni minima li ġejja:

(a) 

l-isem u t-tip tal-attività, inkluż il-prattiki u l-proċessi, u l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi;

(b) 

il-post tal-attività, inkluż il-post ġeografikament espliċitu tal-konfini tal-attività, li jħares ir-rekwiżiti għal mappa bi skala ta’ 1:5 000 għall-Istat Membru;

(c) 

it-tul tal-perjodu ta’ attività, inkluż id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem;

(d) 

l-isem tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni;

(e) 

l-isem, l-indirizz u l-logo tal-korp taċ-ċertifikazzjoni;

(f) 

in-numru jew il-kodiċi uniku taċ-ċertifikat tal-konformità;

(g) 

il-post, id-data tal-ħruġ u l-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat tal-konformità;

(h) 

referenza għall-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli msemmija fl-Artikolu 8;

(i) 

il-benefiċċju nett tal-assorbiment permanenti tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1), il-benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), il-benefiċċju nett tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija msemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (b), jew il-benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(5);

(j) 

l-assorbiment tal-karbonju taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(i), jew fl-Artikolu 4(5), il-punt (a); jew l-emissjonijiet mill-ħamrija taħt il-linja bażi msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punti (b)(i) u (iii);

(k) 

l-assorbiment totali tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (b), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(ii), jew fl-Artikolu 4(5), il-punt (b); jew l-emissjonijiet totali mill-ħamrija msemmija fl-Artikolu 4(2), il-punti (b)(ii) u (iv);

(l) 

iż-żieda fl-emissjonijiet diretti u indiretti tal-GHGassoċjati msemmija fl-Artikolu 4(1), il-punt (c), fl-Artikolu 4(2), il-punt (a)(iii), fl-Artikolu 4(2), il-punt (b)(v), u fl-Artikolu 4(5), il-punt (c);

(m) 

diżaggregazzjoni skont il-gassijiet, is-sorsi, il-bjar tal-karbonju u l-ħażniet fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punti (j), (k) u (l)

(n) 

it-tul tal-perjodu ta’ monitoraġġ tal-attività;

(o) 

l-ammont ta’ bijomassa użata u prova tal-konformità tagħha mar-rekwiżiti minimi ta’ sostenibbiltà msemmija fl-Artikolu 7(3);

(p) 

kwalunkwe kobenefiċċju ta’ sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 7;

(q) 

għall-kultivazzjoni karbonika, il-kobenefiċċji msemmija fl-Artikolu 7(2);

(r) 

referenza għal kwalunkwe ċertifikazzjoni internazzjonali jew nazzjonali oħra, inkluż in-numru jew il-kodiċi uniċi taċ-ċertifikazzjoni ta’ konformita’;

(s) 

it-tip ta’ mekkaniżmu ta’ responsabbiltà, il-kontribut tal-attività għall-mekkaniżmu u l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(t) 

il-kwantità u l-validità tal-unitajiet iċċertifikati;

(u) 

kwalunkwe inċertezza fil-kwantifikazzjoni tal-assorbiment tal-karbonju u t-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija f’konformità mal-Artikolu 4(12).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 06.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3012
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.