|
+ANNESS III Informazzjoni minima li għandha tinsab fir-reġistru tal-Unjoni u fir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 |
ANNESS III Informazzjoni minima li għandha tinsab fir-reġistru tal-Unjoni u fir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12
ANNESS III Informazzjoni minima li għandha tinsab fir-reġistru tal-Unjoni u fir-reġistri taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 Ir-reġistru tal-Unjoni u r-reġistri taċ-ċertifikazzjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni minima li ġejja għal kull attività u għal kull unità ċċertifikata:
(a)
l-isem u t-tip tal-attività, u l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur jew tal-grupp ta’ operaturi;
(b)
il-post tal-attività, inkluż il-post ġeografikament espliċitu tal-konfini tal-attività, li jħares ir-rekwiżiti għal mappa bi skala ta’ 1:5 000 għall-Istat Membru;
(c)
it-tul tal-perjodu ta’ attività, inkluż id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem;
(d)
l-isem tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi dik l-iskema msemmija fl-Artikolu 13, ir-regoli u l-proċeduri tal-iskema taċ-ċertifikazzjoni u l-lista tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni maħtura msemmija fl-Artikolu 11, u r-rapporti annwali tagħha msemmija fl-Artikolu 14;
(e)
referenza għall-metodoloġija taċ-ċertifikazzjoni applikabbli msemmija fl-Artikolu 8;
(f)
il-benefiċċju nett tal-assorbiment permanenti tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(1), il-benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (a), il-benefiċċju nett tat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-ħamrija msemmi fl-Artikolu 4(2), il-punt (b); jew il-benefiċċju nett tal-assorbiment temporanju tal-karbonju msemmi fl-Artikolu 4(5);
(g)
kwalunkwe kobenefiċċju ta’ sostenibbiltà msemmi fl-Artikolu 7;
(h)
l-istatus taċ-ċertifikazzjoni, inkluż iċ-ċertifikati tal-konformità u r-rapporti tal-awditi taċ-ċertifikazzjoni u taċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid imsemmija fl-Artikolu 9; il-kwantità u l-istatus tal-unitajiet iċċertifikati, pereżempju jekk humiex maħruġa, irtirati, skaduti, ikkanċellati jew allokati għal riżerva, u l-użu finali tal-unitajiet iċċertifikati, u tal-entità li tuża l-unitajiet iċċertifikati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|