+ANNESS X Informazzjoni pubblika

ANNESS X Informazzjoni pubblika

ANNESS X

Informazzjoni pubblika

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-pubbliku tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

data aġġornata ta’ kull siegħa għal kull punt ta’ kampjunar tad-diossidu tal-kubrit, id-diossidu tan-nitroġenu, il-materja partikolata, (PM10 u PM2,5), il-monossidu tal-karbonju u l-ożonu; dan għandu japplika għall-informazzjoni mill-punti ta’ kampjunar kollha meta tkun disponibbli informazzjoni aġġornata, u tal-inqas għall-informazzjoni mill-għadd minimu ta’ punti ta’ kampjunar meħtieġa skont l-Anness III jekk il-metodu ta’ kejl ikun xieraq għal data aġġornata (UTD), minkejja li l-Istati Membri jipprovdu lill-pubbliku informazzjoni aġġornata kemm jista’ jkun u jadattaw progressivament il-metodi tal-kejl tagħhom għal dan il-għan; meta tkun disponibbli, għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni aġġornata li tirriżulta mill-applikazzjonijiet ta’ mmudellar;

(b)

konċentrazzjonijiet imkejla tas-sustanzi niġġiesa kollha u, meta possibbli, imqabbla mal-valuri ta’ gwida l-aktar riċenti rrakkomandati mil-WHO, ippreżentati skont il-perjodi xierqa kif stabbilit fl-Anness I;

(c)

l-informazzjoni dwar il-qabża/iet osservata/i ta’ kwalunkwe valur limitu, il-valur fil-mira, u l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, inkluż mill-inqas:

(i)

il-post jew iż-żona tal-qbiż,

(ii)

meta beda l-qbiż u kemm dam,

(iii)

il-konċentrazzjoni mkejla meta mqabbla mal-istandards tal-kwalità tal-arja applikabbli, jew mal-indikatur tal-esponiment medju f’każ li jinqabeż l-obbligu għat-tnaqqis tal-esponiment medju;

(d)

informazzjoni dwar l-impatti fuq is-saħħa, inkluż mill-inqas:

(i)

l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fil-popolazzjoni ġenerali, u, sa fejn ikun possibbli, ta’ kull sustanza niġġiesa koperta minn din id-Direttiva;

(ii)

l-impatti tat-tniġġis tal-arja fuq is-saħħa fil-popolazzjoni sensittiva u fil-gruppi vulnerabbli, u, sa fejn ikun possibbli, ta’ kull sustanza niġġiesa koperta minn din id-Direttiva;

(iii)

deskrizzjoni tas-sintomi li jista’ jkun hemm,

(iv)

prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu, maqsuma fi prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni ġenerali u mill-popolazzjoni sensittiva u l-gruppi vulnerabbli;

(v)

fejn tista’ tinstab aktar informazzjoni;

(e)

informazzjoni rigward l-impatti fuq il-veġetazzjoni;

(f)

informazzjoni dwar azzjonijiet preventivi biex jitnaqqas it-tniġġis u l-esponiment għalih: indikazzjoni tas-setturi tas-sorsi ewlenin; rakkomandazzjonijiet għall-azzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet;

(g)

informazzjoni dwar il-kampanji ta’ kejl jew attivitajiet simili u r-riżultati tagħhom f’każ li jkunu twettqu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata lill-pubbliku informazzjoni f’waqtha dwar qabżiet attwali jew imbassra tal-livelli limiti ta’ allert, u ta’ kwalunkwe livell limitu ta’ informazzjoni; id-dettalji mogħtija għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

informazzjoni dwar il-qabża/iet osservata/i:

(i)

il-post jew iż-żona tal-qbiż,

(ii)

it-tip ta’ livell limitu maqbuż (ta’ allert jew ta’ informazzjoni),

(iii)

meta beda l-qbiż u kemm dam,

(iv)

l-ogħla konċentrazzjoni f’siegħa u, barra minn hekk, l-ogħla medja tal-konċentrazzjoni fuq medda ta’ tmien sigħat fil-każ tal-ożonu;

(b)

tbassir għal waranofsinhar jew il-jum/jiem li ġej(jin):

(i)

iż-żona ġeografika tal-qabżiet mistennija tal-livell limitu ta’ allert jew ta’ informazzjoni,

(ii)

il-bidla mistennija fit-tniġġis (jiġifieri titjib, stabbilizzazzjoni jew deterjorazzjoni), flimkien mar-raġunijiet għal dawn il-bidliet;

(c)

informazzjoni dwar it-tip ta’ popolazzjoni konċernata, l-effetti li jista’ jkun hemm fuq is-saħħa u l-imġiba rakkomandata:

(i)

informazzjoni dwar il-gruppi mill-popolazzjoni f’riskju,

(ii)

deskrizzjoni tas-sintomi li jista’ jkun hemm,

(iii)

prekawzjonijiet rakkomandati li għandhom jittieħdu mill-popolazzjoni konċernata,

(iv)

fejn tista’ tinstab aktar informazzjoni;

(d)

informazzjoni dwar pjanijiet ta’ azzjoni għal żmien qasir u azzjonijiet preventivi biex jitnaqqas it-tniġġis jew l-esponiment għalih: indikazzjoni tas-setturi tas-sorsi ewlenin; rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn sorsi antropoġeniċi;

(e)

rakkomandazzjonijiet għall-azzjoni biex jitnaqqas l-esponiment;

(f)

fil-każ ta’ qabżiet imbassra, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi biex jiżguraw li tali dettalji jingħataw sal-punt prattikabbli.

3.   Meta jseħħ qbiż jew meta jkun hemm riskju li jinqabeż kwalunkwe valur limitu, il-valur fil-mira, l-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, il-livelli limiti ta’ allert jew ta’ informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija f’dan l-Anness tiġi promossa wkoll għall-pubbliku.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.