|
14.
|
Metodi għall-kampjunar u għall-kejl ta’ komposti organiċi volatili li huma sustanzi prekursuri tal-ożonu, il-metan, l-UFP, il-BC, id-distribuzzjoni tad-daqs ta’ partikoli ultrafini, l-ammonijaka, il-merkurju divalenti partikulat u gassuż, l-aċidu nitriku, il-levoglukosan u l-potenzjal ossidattiv tal-materja partikolata
Fin-nuqqas ta’ metodu standard EN għall-kampjunar u għall-kejl ta’ komposti organiċi volatili li huma sustanzi prekursuri tal-ożonu, il-metan, l-UFP, il-BC, id-distribuzzjoni tad-daqs tal-partikoli ultrafini, l-ammonijaka, il-merkurju divalenti partikulat u gassuż, l-aċidu nitriku, il-levoglukosan u l-potenzjal ossidattiv tal-materja partikolata, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-metodi tal-kampjunar u tal-kejl li jużaw, f’konformità mal-Anness V u filwaqt li jqisu l-għanijiet tal-kejl, inklużi dawk stabbiliti fit-Taqsima 3, il-Punt A, u fit-Taqsima 4, il-Punt A, tal-Anness VII kif applikabbli. Fejn ikunu disponibbli metodi ta’ kejl ta’ referenza standard internazzjonali, EN jew nazzjonali jew speċifikazzjonijiet tekniċi CEN, dawn jistgħu jintużaw.
|