+4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta jkun jixraq, il-korrezzjoni għandha tiġi …

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta jkun jixraq, il-korrezzjoni għandha tiġi …

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull meta jkun jixraq, il-korrezzjoni għandha tiġi applikata wkoll retroattivament għad-data tal-kejl tal-imgħoddi biex id-data tkun tista’ titqabbel aħjar.

C.   Standardizzazzjoni

Għas-sustanzi niġġiesa gassużi, il-volum għandu jkun standardizzat għal temperatura ta’ 293 K u pressjoni atmosferika ta’ 101,3 kPa. Għall-materja partikolata u s-sustanzi li għandhom jiġu analizzati fil-materja partikolata (inkluż l-arseniku, il-kadmju, iċ-ċomb, in-nikil u l-benżo[a]piren), il-volum tal-kampjunar jirreferi għall-kundizzjonijiet ambjentali f’termini tat-temperatura u l-pressjoni atmosferika fid-data tal-kejl.

D.   Rikonoxximent reċiproku ta’ data

Huma u juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni tal-metodi ta’ referenza elenkati fil-Punt A ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi maħtura skont l-Artikolu 5 għandhom jaċċettaw rapporti ta’ testijiet maħruġa fi Stati Membri oħra dment li l-laboratorji tat-testijiet ikunu akkreditati għall-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni.

Ir-rapporti tat-testijiet dettaljati u r-riżultati kollha tat-testijiet għandhom ikunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti l-oħra jew il-korpi maħtura tagħhom. Ir-rapporti tat-testijiet għandhom juru li t-tagħmir jissodisfa r-rekwiżiti kollha tal-prestazzjoni anke meta xi kundizzjonijiet ambjentali u tas-sit ikunu speċifiċi għal Stat Membru u jmorru lil hinn mill-kundizzjonijiet li għalihom it-tagħmir ikun diġà ġie ttestjat u approvat għat-tip fi Stat Membru ieħor.

E.   L-applikazzjonijiet ta’ referenza tal-immudellar tal-kwalità tal-arja

Fin-nuqqas ta’ standard EN dwar l-għanijiet tal-kwalità tal-immudellar, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-applikazzjonijiet ta’ mmudellar li jużaw, f’konformità mal-Punt F tal-Anness V.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.