+3. Awtoritajiet responsabbli

3. Awtoritajiet responsabbli

3.   Awtoritajiet responsabbli

Ismijiet u indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja.

4.   Oriġini tat-tniġġis filwaqt li jitqies ir-rappurtar skont id-Direttiva (UE) 2016/2284 u l-informazzjoni pprovduta fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja

(a)

lista tas-sorsi ewlenin ta’ emissjonijiet responsabbli għat-tniġġis;

(b)

kwantità totali ta’ emissjonijiet minn dawn is-sorsi (f’tunnellati metriċi/sena);

(c)

valutazzjoni tal-livell ta’ emissjonijiet (eż. fil-livell tal-belt, reġjonali, nazzjonali, u kontributi transkonfini);

(d)

tqassim tas-sors skont is-setturi rilevanti li jikkontribwixxu għall-qbiż fil-programm nazzjonali għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja.

5.   Deskrizzjoni tax-xenarju bażi użat bħala bażi għall-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja sabiex jintwerew l-effetti tan-nuqqas ta’ azzjoni, inkluża evoluzzjoni proġettata kemm tal-emissjonijiet kif ukoll tal-konċentrazzjonijiet.

6.   Identifikazzjoni u dettalji tal-miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li jistgħu jiġu kkunsidrati għall-għażla:

(a)

l-elenkar u d-deskrizzjoni tal-miżuri kollha kkunsidrati fil-pjan dwar il-kwalità tal-arja jew il-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, inkluż l-identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti inkarigata mill-implimentazzjoni tagħhom;

(b)

il-kwantifikazzjoni jew l-istima tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (f’tunnellati metriċi/sena) u, meta applikabbli, it-tnaqqis fil-konċentrazzjonijiet ta’ kull miżura msemmija fil-punt (a).

7.   Miżuri magħżula u l-impatt mistenni tagħhom biex tintlaħaq il-konformità fl-iskedi ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 19:

(a)

l-elenkar tal-miżuri magħżula, inkluża lista ta’ informazzjoni (inkluż ir-riżultati tal-immudellar u tal-valutazzjoni tal-miżuri) biex jintlaħaq l-istandard tal-kwalità tal-arja kkonċernat f’konformità mal-Anness I; jekk rilevanti, fejn il-lista ta’ miżuri skont il-punt 6 (a) ta’ dan il-Punt tinkludi miżuri b’potenzjal għoli possibbli biex itejbu l-kwalità tal-arja, iżda ma jkunux intgħażlu għall-adozzjoni, spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex il-miżuri ma ntgħażlux għall-adozzjoni;

(b)

l-iskeda taż-żmien għall-implimentazzjoni ta’ kull miżura u l-atturi responsabbli;

(c)

il-kwantifikazzjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet (f’tunnellati metriċi/sena) tal-kombinazzjoni ta’ miżuri msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(d)

it-tnaqqis kwantifikat mistenni tal-konċentrazzjoni (f’μg/m3) f’kull punt ta’ kampjunar li jaqbeż il-valuri limitu, il-valuri fil-mira jew l-indikatur tal-esponiment medju f’każ ta’ qbiż tal-obbligu tat-tnaqqis tal-esponiment medju, mis-sett ta’ miżuri msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(e)

trajettorja indikattiva lejn il-konformità u sena stmata tal-konformità għal kull sustanza niġġiesa fl-arja koperta mill-pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja jew mill-pjan dwar il-kwalità tal-arja filwaqt li jitqies is-sett ta’ miżuri msemmi fil-punt (a) ta’ dan il-punt;

(f)

għall-pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja u l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, raġunijiet biex jiġi spjegat kif tali pjanijiet jew pjanijiet direzzjonali jistabbilixxu miżuri li jiżguraw li l-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun, inkluż fit-tabella tal-implimentazzjoni.

8.   Anness 1 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Aktar informazzjoni ta’ sfond

(a)

id-data klimatika;

(b)

id-data dwar it-topografija;

(c)

l-informazzjoni dwar ix-xorta ta’ miri li jeħtieġu protezzjoni fiż-żona, meta applikabbli;

(d)

l-elenkar u d-deskrizzjoni tal-miżuri addizzjonali kollha, li jiżvolġu l-impatt totali tagħhom fuq il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali fi 3 snin jew aktar.

(e)

informazzjoni soċjoekonomika dwar iż-żona relatata, sabiex jiġu promossi kwistjonijiet ta’ ekwità ambjentali u l-protezzjoni ta’ popolazzjoni sensittiva u ta’ gruppi vulnerabbli;

(f)

deskrizzjoni tal-metodu użat u s-suppożizzjonijiet magħmula jew id-data użata għall-projezzjonijiet tal-evoluzzjoni tal-kwalità tal-arja inkluż, fejn possibbli, il-marġini ta’ inċertezza tal-projezzjonijiet u x-xenarji ta’ sensittività biex jitqiesu l-aħjar xenarji possibbli, ix-xenarji l-aktar probabbli u tal-agħar xenarji possibbli;

(g)

dokumenti ta’ sfond u informazzjoni użati għall-valutazzjoni.

9.   Anness 2 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja u pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Sommarju tal-informazzjoni pubblika u l-miżuri ta’ konsultazzjoni meħuda skont l-Artikolu 19(7), ir-riżultati tagħhom u spjegazzjoni ta’ kif dawn ir-riżultati tqiesu fil-pjan finali dwar il-kwalità tal-arja jew fil-pjan direzzjonali finali dwar il-kwalità tal-arja.

10.   Anness 3 għall-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja: Evalwazzjoni tal-miżuri (fil-każ ta’ aġġornament tal-pjan dwar il-kwalità tal-arja)

(a)

valutazzjoni tal-iskeda ta’ żmien tal-miżuri mill-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja;

(b)

stima tal-impatt fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-konċentrazzjonijiet tas-sustanzi niġġiesa tal-miżuri mill-pjan preċedenti dwar il-kwalità tal-arja.

B.   Lista indikattiva ta’ miżuri għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja

1.   Informazzjoni dwar l-istatus tal-implimentazzjoni tad-Direttivi msemmija fl-Artikolu 14(3), il-punt (b), tad-Direttiva (UE) 2016/2284.

2.   Informazzjoni dwar il-miżuri kollha għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja li kienu kunsidrati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali għall-implimentazzjoni f’konnessjoni mal-kisba tal-għanijiet tal-kwalità tal-arja, bħal:

(a)

tnaqqis tal-emissjonijiet minn sorsi stazzjonarji billi jiġi żgurat li s-sorsi ta’ kombustjoni stazzjonarji li jiniġġsu ta’ daqs żgħir jew medju (inkluż għall-bijomassa) jitwaħħlilhom tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet jew jinbidlu; u li l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini tittejjeb;

(b)

tnaqqis tal-emissjonijiet mill-vetturi billi ssirilhom modifika retroattiva b’sistema tal-motopropulsjoni b’emissjonijiet ta’ livell żero u b’tagħmir għall-kontroll tal-emissjonijiet; għandu jiġi kkunsidrat l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni;

(c)

akkwist mill-awtoritajiet pubbliċi, f’konformità mal-manwal dwar l-akkwist pubbliku ekoloġiku, ta’ fjuwils,tagħmir tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (m), tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(d)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-użu ta’ vetturi tat-trasport kollettiv u pubbliku b’emissjonijiet ta’ livell żero u baxx jew vetturi mgħammra b’soluzzjonijiet diġitali moderni li jaffettwaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet;

(e)

miżuri biex jittejbu l-kwalità, l-effiċjenza, l-affordabbiltà u l-konnettività tat-trasport kollettiv u pubbliku;

(f)

miżuri relatati mal-użu u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi;

(g)

miżuri biex jiġu llimitati l-emissjonijiet mit-trasport permezz tal-ippjanar urban u l-ġestjoni tat-traffiku, inkluż:

(i)

tariffi marbuta mal-konġestjoni, bħall-pedaġġ tat-triq u tariffi tal-utenti bbażati fuq il-kilometraġġ;

(ii)

għażla tal-materjali tat-triq;

(iii)

ħlasijiet għall-ipparkjar fuq art pubblika jew inċentivi ekonomiċi oħra u b’tariffi differenti għal vetturi li jniġġsu u dawk b’emissjonijiet ta’ livell żero;

(iv)

l-istabbiliment ta’ skemi ta’ restrizzjonijiet tal-aċċess għall-vetturi urbani, inklużi żoni b’emissjonijiet baxxi u żoni b’emissjonijiet ta’ livell żero;

(v)

l-istabbiliment ta’ viċinati b’ammont baxx ta’ traffiku, superblokki u viċinati mingħajr karozzi;

(vi)

l-istabbiliment ta’ toroq bla karozzi;

(vii)

arranġamenti ta’ konsenja b’emissjonijiet (tal-egżost) żero “tal-aħħar mil”;

(viii)

il-promozzjoni tal-car-sharing u l-car-pooling;

(ix)

l-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ trasport intelliġenti;

(x)

il-ħolqien ta’ ċentri multimodali li jgħaqqdu diversi soluzzjonijiet ta’ trasport sostenibbli u faċilitajiet ta’ parkeġġ;

(xi)

l-inċentivar taċ-ċikliżmu u l-mixi, pereżempju billi jiġi estiż l-ispazju għaċ-ċiklisti u għall-persuni bil-mixi, tingħata prijorità liċ-ċikliżmu u l-mixi fl-ippjanar tal-infrastruttura, u jiġi estiż in-network tar-rotot taċ-ċikliżmu;

(xii)

l-ippjanar għal bliet kompatti;

(h)

miżuri li jinkoraġġixxu bidla modali lejn mobilità attiva u forom ta’ trasport li jniġġsu inqas (eż. il-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku jew il-ferrovija), inkluż:

(i)

l-elettrifikazzjoni tat-trasport pubbliku, it-tisħiħ tan-network tat-trasport pubbliku, u s-simplifikazzjoni tal-aċċess u l-użu, pereżempju permezz ta’ prenotazzjoni diġitali u interkonnessa u informazzjoni dwar it-tranżitu f’ħin reali;

(ii)

l-iżgurar ta’ intermodalità bla xkiel għall-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura bejn żoni rurali u urbani, pereżempju bejn il-ferroviji u ċ-ċikliżmu, u bejn il-karozzi u t-trasport pubbliku (bħal skemi ta’ park and ride);

(iii)

ir-ridirezzjonar tal-inċentivi fiskali u ekonomiċi lejn mobbiltà attiva u kondiviża, inklużi inċentivi għaċ-ċikliżmu u l-mixi lejn ix-xogħol;

(iv)

skemi ta’ skrappjar għall-vetturi li jniġġsu l-aktar;

(i)

miżuri li jinkoraġġixxu bidla lejn vetturi b’emissjonijiet ta’ livell żero u makkinarju mhux tat-triq kemm għal applikazzjonijiet privati kif ukoll kummerċjali;

(j)

miżuri biex jiġi żgurat li l-fjuwils b’emissjonijiet baxxi jingħataw preferenza f’sorsi stazzjonarji ta’ skala żgħira, medja u kbira u f’sorsi mobbli;

(k)

miżuri biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja minn sorsi industrijali skont id-Direttiva 2010/75/UE, u permezz tal-użu ta’ strumenti ekonomiċi bħalma huma t-taxxi, l-imposti jew l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-SMEs;

(l)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport marittimu u bl-ajru permezz tal-użu ta’ fjuwils alternattivi u l-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, kif ukoll l-użu ta’ inċentivi ekonomiċi biex jiġi aċċellerat l-użu tagħhom, u l-istabbiliment ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-vapuri u d-dgħajjes irmiġġati u t-traffiku fil-portijiet, filwaqt li titħaffef il-provvista tal-enerġija fuq l-art u l-elettrifikazzjoni tal-bastimenti u tal-makkinarju tax-xogħol fil-portijiet;

(m)

miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-agrikoltura;

(n)

miżuri li jipproteġu s-saħħa tat-tfal jew ta’ gruppi tal-popolazzjoni sensittivi oħra u gruppi vulnerabbli;

(o)

miżuri li jħeġġu tibdil fl-imġiba.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.