+Artikolu 5 Miżuri speċifiċi
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5
---+Artikolu 5 6
---+Artikolu 5 7
---+Artikolu 5 8

Artikolu 5 Miżuri speċifiċi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting espost għal kontenut terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 4 għandu, fejn applikabbli, jinkludi fit-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu, u japplika, dispożizzjonijiet biex jindirizza l-użu ħażin tas-servizzi tiegħu għall-fini tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku.

Dan għandu jagħmlu b’mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju, b’kunsiderazzjoni debita, f’kull ċirkostanza, għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u b’kont meħud, partikolarment, tal-importanza fundamentali tal-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni f’soċjetà miftuħa u demokratika, bil-ħsieb li tkun evitata t-tneħħija ta’ materjal li ma jkunx kontenut terroristiku.

Artikolu 5 2

2.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkun espost għal kontenut terroristiku kif imsemmi fil-paragrafu 4, għandu jieħu miżuri speċifiċi biex jipproteġi s-servizzi tiegħu mid-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku lill-pubbliku.

Id-deċiżjoni dwar l-għażla tal-miżuri speċifiċi għandha tibqa’ f’idejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting. Tali miżuri jistgħu jinkludu waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

miżuri jew kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali adatti, bħar-reklutaġġ ta’ persunal idoneu jew mezzi tekniċi adatti biex jidentifikaw u mingħajr dewmien ineħħu, jew jiddiżattivaw l-aċċess għal, kontenut terroristiku;

(b)

mekkaniżmi li l-utenti jkunu jistgħu jaċċessaw u jużaw faċilment biex jirrappurtaw jew jindikaw kontenut terroristiku allegat lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;

(c)

kwalunkwe mekkaniżmu ieħor biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar kontenut terroristiku fuq is-servizzi tiegħu, bħal mekkaniżmi għall-moderazzjoni tal-utenti;

(d)

kwalunkwe miżura oħra li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting iqis adatta biex tindirizza d-disponibbiltà ta’ kontenut terroristiku fuq is-servizzi tiegħu.

Artikolu 5 3

3.   Il-miżuri speċifiċi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

għandhom ikunu effettivi fil-mitigazzjoni tal-livell ta’ esponiment tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għal kontenut terroristiku;

(b)

għandhom ikunu mmirati u proporzjonati, b’kont meħud, b’mod partikolari, tas-serjetà tal-livell ta’ esponiment tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għal kontenut terroristiku kif ukoll tal-kapaċitajiet tekniċi u operazzjonali, tas-saħħa finanzjarja, tal-għadd ta’ utenti tas-servizzi tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting u tal-ammont ta’ kontenut li jipprovdu;

(c)

għandhom jiġu applikati b’mod li jieħu kont sħiħ tad-drittijiet u l-interess leġittimu tal-utenti, b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali tal-utenti li jikkonċernaw il-libertà ta’ espressjoni u ta’ informazzjoni, ir-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali;

(d)

għandhom jiġu applikati b’mod diliġenti u nondiskriminatorju.

Fejn il-miżuri speċifiċi jinvolvu l-użu ta’ miżuri tekniċi, għandhom jiġu pprovduti salvagwardji adatti u effettivi, b’mod partikolari permezz ta’ sorveljanza u verifika mill-bniedem, biex tiġi żgurata l-akkuratezza u tiġi evitata t-tneħħija ta’ materjal li ma jkunx kontenut terroristiku.

Artikolu 5 4

4.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun espost għal kontenut terroristiku fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tkun:

(a)

ħadet deċiżjoni, ibbażata fuq fatturi oġġettivi, bħal pereżempju l-fatt li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikun irċieva żewġ ordnijiet ta’ tneħħija finali jew aktar fit-12-il xahar ta’ qabel, li tiddetermina li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting huwa espost għal kontenut terroristiku; u

(b)

innotifikat id-deċiżjoni msemmija fil-punt (a) lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

Artikolu 5 5

5.   Wara li jkun irċieva deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 4 jew, fejn rilevanti, fil-paragrafu 6, fornitur ta’ servizzi ta’ hosting għandu jirrapporta lill-awtorità kompetenti dwar il-miżuri speċifiċi li huwa jkun ħa u li biħsiebu jieħu sabiex jikkonforma mal-paragrafi 2 u 3. Huwa għandu jagħmel dan fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi d-deċiżjoni u fuq bażi annwali minn dakinhar ’il quddiem. Dak l-obbligu jieqaf ladarba l-awtorità kompetenti tkun iddeċidiet, fuq talba skont il-paragrafu 7, li l-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkunx għadu espost għal kontenut terroristiku.

Artikolu 5 6

6.   Fejn, abbażi tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 5 u, fejn rilevanti, abbażi ta’ kwalunkwe fattur oġġettiv ieħor, l-awtorità kompetenti tqis li l-miżuri speċifiċi meħuda ma jikkonformawx mal-paragrafi 2 u 3, dik l-awtorità kompetenti għandha tindirizza deċiżjoni lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting fejn tesiġi li huwa jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura l-konformità mal-paragrafi 2 u 3.

Il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jista’ jagħżel it-tip ta’ miżuri speċifiċi li jieħu.

Artikolu 5 7

7.   Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jista’, fi kwalunkwe mument, jitlob lill-awtorità kompetenti biex tirrieżamina u, fejn xieraq, temenda jew tirrevoka deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 4 jew 6.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi t-talba, tadotta deċiżjoni motivata dwar it-talba abbażi ta’ fatturi oġġettivi u tinnotifika lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting dwar dik id-deċiżjoni.

Artikolu 5 8

8.   Kwalunkwe rekwiżit biex jittieħdu miżuri speċifiċi għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE u ma għandu jinvolvi la obbligu ġenerali għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li huma jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.

Kwalunkwe rekwiżit biex jittieħdu miżuri speċifiċi ma għandux jinkludi l-obbligu li jintużaw għodod awtomatizzati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.