+Artikolu 7 Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
|
Artikolu 7 Obbligi ta’ trasparenza għall-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 7 1
|
1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting għandhom jistabbilixxu b’mod ċar, fit-termini u l-kondizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku, inkluża, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta’ miżuri speċifiċi, inkluż, fejn applikabbli, l-użu ta’ għodod awtomatizzati.
|
|
Artikolu 7 2
|
2. Fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li jkun ħa azzjoni biex jindirizza d-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku jew li jkun ġie meħtieġ jieħu azzjoni skont dan ir-Regolament f’sena kalendarja partikolari, għandu jagħmel pubblikament disponibbli rapport ta’ trasparenza dwar dawk l-azzjonijiet għal dik is-sena. Huwa għandu jippubblika dak ir-rapport qabel l-1 ta’ Marzu tas-sena sussegwenti.
|
|
Artikolu 7 3
|
3. Ir-rapporti ta’ trasparenza għandhom jinkludu tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
|
(a)
|
informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting fir-rigward tal-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’, jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal, kontenut terroristiku;
|
|
(b)
|
informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting biex jindirizza l-apparenza online mill-ġdid ta’ materjal li preċedentement kien tneħħa jew kellu l-aċċess għalih diżattivat minħabba li tqies li huwa kontenut terroristiku, b’mod partikolari fejn ikunu intużaw għodod awtomatizzati;
|
|
(c)
|
l-għadd ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat b’segwitu għal ordnijiet ta’ tneħħija jew miżuri speċifiċi, u l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija fejn il-kontenut ma jkunx tneħħa jew fejn l-aċċess għalih ma ġiex diżattivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(7) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(8), flimkien mar-raġunijiet għal dan;
|
|
(d)
|
l-għadd u l-eżitu tal-ilmenti trattati mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting skont l-Artikolu 10;
|
|
(e)
|
l-għadd u l-eżitu ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju mressqa mill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting;
|
|
(f)
|
l-għadd ta’ każijiet li fihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kien meħtieġ jerġa’ jdaħħal kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih bħala riżultat ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju;
|
|
(g)
|
l-għadd ta’ każijiet li fihom il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting reġa’ daħħal kontenut jew reġa’ ppermetta l-aċċess għalih wara lment mill-fornitur ta’ kontenut.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|