+Artikolu 21 Monitoraġġ
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
|
Artikolu 21 Monitoraġġ
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jiġbru mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom u jibagħtu lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu taħt dan ir-Regolament fis-sena kalendarja preċedenti. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:
|
(a)
|
l-għadd ta’ ordnijiet ta’ tneħħija maħruġa u l-għadd ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat, u r-rapidità tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni;
|
|
(b)
|
il-miżuri speċifiċi meħuda skont l-Artikolu 5, inkluż l-ammont ta’ elementi ta’ kontenut terroristiku li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat u r-rapidità tat-tneħħija jew tad-diżattivazzjoni;
|
|
(c)
|
l-għadd ta’ talbiet għal aċċess maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ kontenut ippreżervat mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt l-Artikolu 6;
|
|
(d)
|
l-għadd ta’ proċeduri ta’ lmenti mibdija u l-azzjonijiet meħuda mill-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting taħt l-Artikolu 10;
|
|
(e)
|
l-għadd ta’ proċedimenti ta’ rieżami amministrattiv jew ta’ stħarriġ ġudizzjarju mibdija u d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Sas-7 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistipula l-indikaturi u l-mezzi li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data u evidenza oħra neċessarja, u l-intervalli li fihom għandu jsir dan il-ġbir. Għandu jispeċifika l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u l-analiżi tad-data u evidenza oħra biex jimmonitorjaw il-progress u jevalwaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 23.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|