2. Sas-7 ta’ Ġunju 2023, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-eżiti, tar-riżultati u tal-impatti ta’ dan ir-Regolament. Il-programm ta’ monitoraġġ għandu jistipula l-indikaturi u l-mezzi li għandhom jintużaw għall-ġbir tad-data u evidenza oħra neċessarja, u l-intervalli li fihom għandu jsir dan il-ġbir. Għandu jispeċifika l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri fil-ġbir u l-analiżi tad-data u evidenza oħra biex jimmonitorjaw il-progress u jevalwaw dan ir-Regolament skont l-Artikolu 23.