4. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u l-fornituri ta’ kontenut għandhom id-dritt li jippreżentaw, fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievu ordni ta’ tneħħija jew informazzjoni skont l-Artikolu 11(2), talba motivata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit biex tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 72 siegħa minn meta tirċievi t-talba, tadotta deċiżjoni motivata wara l-iskrutinju minnha tal-ordni ta’ tneħħija, li tistabbilixxi s-sejbiet tagħha dwar jekk hemmx ksur.