+Artikolu 4 Proċedura għal ordnijiet ta’ tneħħija transfruntiera
---+Artikolu 4 1
---+Artikolu 4 2
---+Artikolu 4 3
---+Artikolu 4 4
---+Artikolu 4 5
---+Artikolu 4 6
---+Artikolu 4 7

Artikolu 4 Proċedura għal ordnijiet ta’ tneħħija transfruntiera

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1

1.   Soġġett għall-Artikolu 3, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ma jkollux l-istabbiliment prinċipali jew ir-rappreżentant legali tiegħu fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija, dik l-awtorità għandha, simultanjament, tippreżenta kopja tal-ordni ta’ tneħħija lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit.

Artikolu 4 2

2.   Fejn fornitur ta’ servizzi ta’ hosting jirċievi ordni ta’ tneħħija kif imsemmi f’dan l-Artikolu, huwa għandu jieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 3 u jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun jista’ jerġa’ jdaħħal il-kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih, f’konformità mal-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4 3

3.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess, fi żmien 72 siegħa minn meta tirċievi l-kopja tal-ordni ta’ tneħħija skont il-paragrafu 1, tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija biex tiddetermina jekk din tiksirx serjament jew manifestament dan ir-Regolament jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ggarantiti mill-Karta.

Fejn issib li hemm ksur, hija għandha, fl-istess żmien, tadotta deċiżjoni motivata f’dak is-sens.

Artikolu 4 4

4.   Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting u l-fornituri ta’ kontenut għandhom id-dritt li jippreżentaw, fi żmien 48 siegħa minn meta jirċievu ordni ta’ tneħħija jew informazzjoni skont l-Artikolu 11(2), talba motivata lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit biex tiskrutinizza l-ordni ta’ tneħħija kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien 72 siegħa minn meta tirċievi t-talba, tadotta deċiżjoni motivata wara l-iskrutinju minnha tal-ordni ta’ tneħħija, li tistabbilixxi s-sejbiet tagħha dwar jekk hemmx ksur.

Artikolu 4 5

5.   L-awtorità kompetenti għandha, qabel ma tadotta deċiżjoni skont t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 jew deċiżjoni li tiddetermina li hemm ksur taħt it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, tinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija bl-intenzjoni tagħha li tadotta d-deċiżjoni u bir-raġunijiet tagħha għal dan.

Artikolu 4 6

6.   Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tadotta deċiżjoni motivata taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, lill-fornitur ta’ kontenut li talab l-iskrutinju taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, f’konformità mal-Artikolu 14, lill-Europol. Fejn id-deċiżjoni ssib ksur taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ordni ta’ tneħħija ma jibqax ikollha effetti legali.

Artikolu 4 7

7.   Malli jirċievi deċiżjoni li tiddetermina li hemm ksur ikkomunikata f’konformità mal-paragrafu 6, il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikkonċernat għandu immedjatament jerġa’ jdaħħal il-kontenut jew jerġa’ jippermetti l-aċċess għalih, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġu infurzati t-termini u l-kondizzjonijiet tiegħu f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u ma’ dik nazzjonali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0784
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.