6. Fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu jirrisjedi jew ikun stabbilit tadotta deċiżjoni motivata taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha, mingħajr dewmien, tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija, lill-fornitur ta’ servizzi ta’ hosting, lill-fornitur ta’ kontenut li talab l-iskrutinju taħt il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, f’konformità mal-Artikolu 14, lill-Europol. Fejn id-deċiżjoni ssib ksur taħt il-paragrafu 3 jew 4 ta’ dan l-Artikolu, l-ordni ta’ tneħħija ma jibqax ikollha effetti legali.