1. Il-fornituri ta’ servizzi ta’ hosting li rċevew ordni ta’ tneħħija maħruġa skont l-Artikolu 3(1) jew deċiżjoni taħt l-Artikolu 4(4) jew taħt l-Artikolu 5(4), (6) jew (7) għandhom dritt għal rimedju effettiv. Dak id-dritt għandu jinkludi d-dritt li jikkontestaw tali ordni ta’ tneħħija quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħarġet l-ordni ta’ tneħħija u d-dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni taħt l-Artikolu 4(4) jew taħt l-Artikolu 5(4), (6) jew (7) quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li ħadet id-deċiżjoni.