+ANNESS II

ANNESS II

ANNESS II

Id-direzzjonijiet tal-impatt, u l-indikaturi ewlenin relatati tad-direzzjoni tal-impatt, għandhom jistrutturaw il-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-Programm Euratom 2026-2027 favur l-objettivi speċifiċi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(2). Id-direzzjonijiet tal-impatt għandhom ikunu sensittivi għaż-żmien: dawn għandhom jiddistingwu bejn perjodu qasir, medju u twil. L-indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt għandhom iservu ta’ indikaturi li jirrappurtaw dwar il-progress li jkun sar favur l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi. Il-mikrodata li tinforma l-indikaturi ewlenin tad-direzzjoni tal-impatt, li tiġi kondiviża ma’ Orizzont Ewropa, għandha tinġabar b’mod li hu ġestit u armonizzat ċentralment, b’piż minimu ta’ rappurtar fuq il-benefiċjarji.

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt xjentifiku

Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jagħmel progress fejn jidħol l-għarfien biex jissaħħu s-sikurezza u s-sigurtà nukleari, l-applikazzjonijiet sikuri tar-radjazzjoni jonizzanti, il-ġestjoni tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni. Il-progress f’dawk l-oqsma għandhom jitkejlu bl-indikaturi li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni, l-iżvilupp ta’ għarfien espert u ħiliet, u l-aċċess għall-infrastrutturi tar-riċerka.

Lejn impatti xjentifiċi

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

Pubblikazzjonijiet –

Għadd ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari

Kwotazzjonijiet –

Field-Weighted Citation Index tal-pubblikazzjonijiet xjentifiċi ta’ Euratom riveduti bejn il-pari

Xjenza ta’ livell dinji – Għadd u sehem ta’ pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari mill-Programm Euratom 2026-2027 li huma kontribut ewlieni għall-oqsma xjentifiċi

Għarfien kondiviż –

Sehem tal-outputs tar-riċerka (data/pubblikazzjoni/software, eċċ miftuħa) kondiviżi permezz ta’ infrastruttura tal-għarfien miftuħa

Tixrid tal-għarfien – Sehem tal-outputs tar-riċerka tal-aċċess miftuħ użati jew ikkwotati b’mod attiv

Kollaborazzjonijiet ġodda – Sehem tal-benefiċjarji tal-Euratom li jkunu żviluppaw kollaborazzjonijiet transdixxiplinari/transsettorjali ġodda mal-utenti tal-outputs tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) miftuħa tal-Euratom tagħhom

It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Progress fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni –

Perċentwal tal-istadji importanti tal-pjan direzzjonali dwar il-fużjoni stabbiliti għall-perjodu 2021-2027 milħuqa mill-Programm Euratom 2026-2027

Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Ħiliet –

Għadd ta’ riċerkaturi li bbenefikaw minn attivitajiet ta’ titjib tal-ħiliet tal-Programm Euratom 2026-2027 (permezz ta’ taħriġ, mobbiltà u aċċess għall-infrastruttura)

Karrieri –

Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom influwenza akbar fil-qasam tar-R&I tagħhom

Kundizzjonijiet tax-xogħol –

Għadd u sehem ta’ riċerkaturi li tejbu ħiliethom li għandhom kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba

L-għadd ta’ riċerkaturi b’aċċess għal infrastruttura tar-riċerka bis-saħħa tal-appoġġ tal-Programm Euratom 2026-2027

Il-materjali ta’ referenza mwassla u l-miżuri ta’ referenza inkorporati f’librerija

Għadd ta’ standards internazzjonali modifikati

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq is-soċjetà

Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jgħin biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet tal-politika tal-Komunità dwar is-sikurezza u s-sigurtà nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-applikazzjonijiet tar-radjazzjoni jonizzanti permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni, kif juru l-portafolli tal-proġetti li jiġġeneraw outputs li jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi f’dawn l-oqsma. L-impatt fuq is-soċjetà għandu jitkejjel ukoll f’termini ta’ żvilupp speċifiku fil-qasam tas-sigurtà u s-salvagwardji nukleari.

Lejn impatti fuq is-soċjetà

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

Outputs –

Għadd u sehem tal-outputs bl-għan li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika

Soluzzjonijiet –

Għadd u sehem ta’ innovazzjonijiet u riżultati xjentifiċi li jindirizzaw prijoritajiet speċifiċi ta’ politika

Benefiċċji –

Effetti stmati aggregati mill-użu ta’ riżultati ffinanzjati minn Euratom, dwar l-indirizzar ta’ prijoritajiet speċifiċi ta’ politika, inkluż kontribuzzjoni għaċ-ċiklu tal-politika u tat-tfassil tal-liġijiet

Għadd ta’ servizzi mogħtija b’appoġġ għas-salvagwardji

Għadd ta’ sistemi tekniċi fornuti u użati bħalissa

 

Għadd ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ mogħtija lill-uffiċjali tal-ewwel linja

Ħolqien konġunt –

Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom fejn iċ-ċittadini tal-Unjoni u l-utenti aħħarin jikkontribwixxu għall-ħolqien flimkien tal-kontenut tar-R&I

Involviment –

Għadd u sehem ta’ entitajiet benefiċjarji ta’ Euratom li għandhom mekkaniżmi ta’ involviment taċ-ċittadini u l-utenti aħħarin wara proġett tal-Euratom

Użu tar-R&I mis-soċjetà

Użu u tixrid ta’ riżultati xjentifiċi u soluzzjonijiet innovattivi ta’ Euratom li nħolqu flimkien

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq l-innovazzjoni

Il-Programm Euratom 2026-2027 mistenni jikseb impatti fuq l-innovazzjoni li jappoġġaw il-progress favur l-objettivi speċifiċi tiegħu. Il-progress f’dan il-qasam għandu jitkejjel b’indikaturi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (DPI), il-prodotti, il-metodi u l-proċessi innovattivi u l-użu tagħhom, flimkien mal-ħolqien tal-impjiegi.

Lejn impatt ekonomiku/fuq l-innovazzjoni

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

It-titjib tal-użu sikur u sigur tal-enerġija nukleari u l-applikazzjonijiet li ma jużawx enerġija tar-radjazzjoni jonizzanti, inkluż is-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardji nukleari, il-protezzjoni mir-radjazzjoni, il-ġestjoni sikura tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv, u d-dekummissjonar

It-trawwim tal-iżvilupp tal-enerġija mill-fużjoni

Iż-żamma u l-iżvilupp ulterjuri tal-għarfien espert u l-eċċellenza fl-Unjoni

Outputs innovattivi –

Għadd ta’ prodotti, proċessi jew metodi innovattivi mill-Programm Euratom 2026-2027 (skont it-tip ta’ innovazzjoni) u applikazzjonijiet tal-IPR

Innovazzjonijiet –

Għadd ta’ innovazzjonijiet mill-proġetti tal-Euratom (skont it-tip ta’ innovazzjoni) inkluż mill-IPR mogħtija

Tkabbir ekonomiku –

Ħolqien, tkabbir u ishma mis-suq ta’ kumpaniji li żviluppaw innovazzjonijiet iffinanzjati minn Euratom

Impjieg appoġġat –

Għadd ta’ impjiegi ekwivalenti għall-full time (FTE) maħluqa u impjiegi miżmuma fl-entitajiet tal-benefiċjarji għall-proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Impjieg sostnut –

Żieda fl-impjiegi FTE fl-entitajiet tal-benefiċjarji wara proġett tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Impjiegi totali – Għadd ta’ impjiegi diretti u indiretti maħluqa jew miżmuma bis-saħħa tat-tixrid tar-riżultati tal-Euratom (skont it-tip ta’ impjieg)

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat bl-investiment inizjali tal-Euratom

Ammont ta’ investiment pubbliku u privat mobilizzat biex jiġu sfruttati jew estiżi r-riżultati tal-Euratom

Progress tal-Unjoni lejn 3 % tal-PDG bis-saħħa tal-Programm Euratom 2026-2027

Indikaturi tad-direzzjoni tal-impatt fuq il-politika

Il-Programm Euratom 2026-2027 huwa mistenni li jipprovdi evidenza xjentifika għat-tfassil tal-politika. B’mod partikolari, dan jikkonċerna l-appoġġ xjentifiku għal servizzi oħra tal-Kummissjoni, bħall-appoġġ għas-salvagwardji tal-Euratom, jew għall-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta’ atti legali relatati mar-radjazzjoni nukleari u jonizzanti (1).

Lejn impatt fuq il-politika

Fuq perjodu qasir

Fuq perjodu medju

Aktar fit-tul

Appoġġ lill-politika dwar is-sikurezza, is-salvagwardji u s-sigurtà nukleari

Għadd u sehem ta’ proġetti tal-Euratom li jipproduċu sejbiet rilevanti għall-politika

Għadd ta’ outputs b’impatt dimostrabbli fuq il-politika

Għadd u sehem ta’ sejbiet tal-proġetti tal-Euratom ikkwotati f’dokumenti ta’ politika/programmatiċi

Ser jiġu stabbiliti miri kemm għall-azzjonijiet indiretti kif ukoll diretti biex jiġu riflessi r-riżultati mistennija għal kull parti mill-Programm Euratom 2026-2027.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (Euratom) Nru 302/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni ta’ salvagwardji tal-Euratom (ĠU L 54, 28.2.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/302/oj); id-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom u d-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2009/71/Euratom li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sikurezza nukleari ta’ installazzjonijiet nukleari (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2014/87/oj).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 03.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R1304
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.