+L-ANNESS IV ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-IMMAPPJAR STREĠIKU TAL-ĦSEJJES

L-ANNESS IV ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-IMMAPPJAR STREĠIKU TAL-ĦSEJJES


L-ANNESS IV

ĦTIĠIET MINIMI GĦALL-IMMAPPJAR STREĠIKU TAL-ĦSEJJES

imsemmija fl-Artikolu 7

1.

Mappa strateġika tal-ħsejjes hija l-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni fuq dawn l-aspetti li ġejjin:

— 
sitwazzjoni eżistenti, preċedenti u mistennija tal-ħoss f'termini ta' l-indikatur tal-ħoss,
— 
l-eċċess tal-valur limitanti,
— 
in-numru kkalkolat ta' abitazzjonijiet, skejjel u sptarijiet f'ċera żona li huma esposti għall-valuri speċifiċi ta' l-indikatur tal-ħoss,
— 
in-numru kalkolat ta' persuni lokalizzati f'żona esposta għall-ħsejjes.

2.

Mappep strateġiċi tal-ħsejjes jistgħu jkunu ppreżentati lill-pubbliku bħala:

— 
disinji grafiċi,
— 
informazzjoni numerika f'tabelli,
— 
informazzjoni numerika f'għamla elettronika.

3.

Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għal aglomerazzjonijiet għandhom ipoġġu enfasi speċjali dwar il-ħoss emiss minn:

— 
traffiku fit-triq,
— 
traffiku tal-ferroviji,
— 
ajruporti,
— 
siti ta' l-attività industrijali, inklużi l-portijiet.

4.

Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għandhom ikunu wżati għal dawn l-iskopijiet li ġejjin:

— 
il-provvediment ta' l-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni bi qbil ma l-Artikolu 10(2) u l-L-Anness VI.
— 
sorsi ta' l-informazzjoni għaċ-ċittadini bi qbil m a l-Artikolu 9,
— 
bażi ta' pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 8.

Kull waħda minn dawn l-applikazzjonijiet teħtieġ tip differenti ta' mappa streteġika tal-ħsejjes.

5.

Ħtiġiet minimi dwar il-mappep strateġiċi tal-ħoss li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tinbagħat lill-Kummissjoni huma elenkati fil-paragrafi 1.5, 1.6, 2.5, 2.6 u 2.7 ta' l-Anness VI.

6.

Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni liċ-ċittadini bi qbil ma l-Artikolu 9 u l-iżviluppi tal-pjanijiet ta' l-azzjoni bi qbil ma l-Artikolu 8, informazzjoni addizzjonali u aktar dettaljata għandha tkun mogħtiha, bħal ma hi:

— 
preżentazzjoni grafika,
— 
mappep li jiżvelaw l-eċċess tal-valur limitanti,
— 
mappep differenti, li fihom is-sitwazzjoni eżistenti tkun imqabbla mas-sitwazzjonijiet varji possibli fil-futur,
— 
mappep li juru l-valur ta' l-indikatur tal-ħoss f'għoli ta' aktar minn 4 m meta xieraq.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dwar it-tip u l-formati ta' dawn il-mappep tal-ħsejjes.

7.

Mappep strateġiċi tal-ħsejjes għal applikazzjoni lokali jew nazzjonali għandhom isiru għall-assessjar f'għoli ta' 4 m u il-medded ta' 5 dB ta' Ljal u Llejl kif definiti fl-Anness VI.

8.

Għal agglomerazzjonijiet, mappep strateġiċi separati tal-ħsejjes għandhom isiru dwar il-ħsejjes tat-traffiku fit-toroq, ħsejjes tat-traffiku tal-ferroviji, ħsejjes ta' l-ajruplanti u ħsejjes industrijali. Mappep għal sorsi oħrajn jistgħu jkunu miżjuda.

9.

Il-Kummissjoni tista tiżviluppa linji ta' gwida li jipprovdu aktar gwida dwar il-mappep tal-ħoss, l-immappjar tal-ħsejjes u s-software tal-immappjar bi qbil ma l-Artikolu 13(2).


1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.07.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32002L0049
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.