+Artikolu 57 Penali
---+Artikolu 57 1.
---+Artikolu 57 2.
|
Artikolu 57 Penali
Penali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 57 1.
|
L-Istati Membri għandhom jipprevedu penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament, u tal-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati bis-saħħa ta' dan ir-Regolament, mill-operaturi ekonomiċi jew l-OEMs. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sas-7 ta' Ottubru 2018 u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li l-penali jiġu implimentati.
|
|
Artikolu 57 2.
|
Ksur soġġett għal penali għandu jinkludi:
(a)
dikjarazzjonijiet foloz, b'mod partikolari matul il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura jew il-proċeduri relatati mal-eżenzjonijiet;
(b)
il-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet relatati ma' approvazzjoni tat-tip tal-UE jew il-monitoraġġ ta' magni fis-servizz;
(c)
iż-żamma lura ta' data jew speċifikazzjonijiet tekniċi li jistgħu jwasslu għas-sejħa lura ta' magni, jew għar-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE;
(d)
l-użu ta' strateġiji ta' invalidazzjoni;
(e)
ir-rifjut li jingħata aċċess għall-informazzjoni;
(f)
it-tqegħid fis-suq ta' magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE mingħajr approvazzjoni tat-tip tal-UE, jew il-falsifikazzjoni ta' dokumenti jew marki statutorji bl-intenzjoni li jagħmlu dan;
(g)
it-tqegħid fis-suq ta' magni ta' transizzjoni u l-makkinarju mobbli mhux tat-triq fejn jiġu installati tali magni bi ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni;
(h)
il-ksur tar-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 35(3) u (4);
(i)
it-tqegħid fis-suq ta' magna modifikata b'tali mod li din ma tibqax f'konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħha;
(j)
l-installazzjoni ta' magna f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għal użu differenti mill-użu esklużiv previst fl-Artikolu 4;
(k)
it-tqegħid fis-suq ta' magna bi skop speċjali skont l-Artikolu 34(5) jew (6) għall-użu f'makkinarju mobbli mhux tat-triq għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;
(l)
it-tqegħid fis-suq ta' magna skont l-Artikolu 34(7) jew (8) u l-Artikolu 58(9), (10) jew (11) għall-użu f'makkinarju għajr dak previst f'dawk il-paragrafi;
(m)
it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq li fih magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip tal-UE skont dan ir-Regolament huma installati, mingħajr tali approvazzjoni;
(n)
it-tqegħid fis-suq ta' makkinarju mobbli mhux tat-triq bi ksur ta' xi restrizzjoni dwar makkinarju mobbli mhux tat-triq stipulati fl-Artikoli 34(8).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R1628
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|