+Artikolu 51 2.

Artikolu 51 2.

Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:

(a) 

notifikatur li ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, jista’ jissottometti n-notifika u kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali mitluba lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali; fil-każ ta’ email b’firma diġitali, kwalunkwe timbru jew firma meħtieġa għandhom jiġu sostitwiti bil-firma diġitali;

(b) 

in-notifikatur, jew meta n-notifikatur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni u ma jkollu l-ebda aċċess għal sistema msemmija fl-Artikolu 27, l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni fl-Unjoni, għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti kollha, tal-inqas id-dokument ta’ notifika inkluż kwalunkwe anness, id-dokument ta’ moviment inkluż kwalunkwe anness, il-kunsensi bil-miktub, informazzjoni dwar kunsensi taċiti u l-kundizzjonijiet, tkun inkluża f’dik is-sistema;

(c) 

l-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni u kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu fl-Unjoni għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni bi kwalunkwe talba għal informazzjoni u dokumentazzjoni min-naħa tagħhom u bid-deċiżjoni tagħhom rigward il-vjeġġ ippjanat, bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali sakemm l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi kkonċernati ma jkollhomx aċċess għas-sistema ċentrali msemmija fl-Artikolu 27(3);

(d) 

l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtorità kompetenti tad-dispaċċ u lil kwalunkwe awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni skont l-Artikoli 7, 8, 16 u 17 għandha tiġi pprovduta bil-posta, jew jekk ikun xieraq, bil-faks jew bl-email b’firma diġitali, sakemm dawk l-awtoritajiet ma jkunux konnessi ma’ sistema msemmija fl-Artikolu 27;

(e) 

awtorità kompetenti tat-tranżitu barra l-Unjoni għandu jkollha 60 jum mid-data tat-trażmissjoni tal-konferma tar-riċevuta ta’ notifika kompluta kif suppost, sabiex tipprovdi, jekk il-pajjiż ikkonċernat ikun iddeċieda li ma jitlobx kunsens bil-miktub minn qabel u jkun informa b’dan lill-Partijiet l-oħra għall-Konvenzjoni ta’ Basilea f’konformità mal-Artikolu 6(4) ta’ dik il-Konvenzjoni, kunsens taċitu jew tagħti kunsens bil-miktub b’xi kundizzjonijiet jew mingħajrhom;

(f) 

fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 50(1), il-punt (d), li jinvolvu sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ta’ operazzjonijiet ta’ stabbiliment tal-paċi jew taż-żamma tal-paċi, jew ta’ gwerra, il-kunsens tal-awtoritajiet kompetenti tad-dispaċċ ma għandux ikun meħtieġ.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.07.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1157
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.