+Artikolu 19 Rapportar dwar aggravar ta’ assi fuq bażi individwali u konsolidata
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 Rapportar dwar aggravar ta’ assi fuq bażi individwali u konsolidata
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar aggravar ta’ assijiet f’konformità mal-Artikolu 430(1), il-punt (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVII ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 19 2.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa b’din il-frekwenza:
(a)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Partijiet A, B u D, bi frekwenza trimestrali;
(b)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti C, bi frekwenza annwali;
(c)
l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti E, bi frekwenza semiannwali.
|
|
Artikolu 19 3.
|
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa kif ġej:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti A;
(b)
l-istituzzjonijiet il-kbar għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Partijiet B, C u E;
(c)
l-istituzzjonijiet li la huma istituzzjonijiet kbar u lanqas istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi għandhom jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Partijiet B, C u E, meta l-livell ta’ aggravar tal-assi tal-istituzzjoni, kif ikkalkulat f’konformità mal-Anness XVII, il-punt 1.6, is-subpunt 9, ikun ugwali għal 15 % jew ogħla;
(d)
l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI, il-Parti D, biss meta joħorġu bonds imsemmija fl-Artikolu 52(4), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biss (
3
).
Il-kriterji tad-dħul u l-ħruġ tal-Artikolu 4(3) għandhom japplikaw.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
- EULAW_GA -
EULAW_GA
|