+ANNESS V

ANNESS V




ANNESS V

STRUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORTAR DWAR INFORMAZZJONI FINANZJARJA

Werrej

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Referenzi

2.

Konvenzjonijiet

3.

Konsolidazzjoni

4.

Il-portafolli tal-kontabilità ta’ strumenti finanzjarji

4.1.

Assi finanzjarji

4.2.

Obbligazzjonijiet finanzjarji

5.

Strumenti finanzjarji

5.1.

Assi finanzjarji

5.2.

Ammont riportat gross

5.3.

Obbligazzjonijiet finanzjarji

6.

Diżaggregazzjoni skont il-kontroparti

STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLA

1.

Karta bilanċjali

1.1.

Assi (1.1)

1.2.

Obbligazzjonijiet (1.2)

1.3.

Ekwità (1.3)

2.

Dikjarazzjoni ta’ profitt jew telf (2)

3.

Ir-rapport tal-introjtu komprensiv (3)

4.

Id-diżaggregazzjoni tal-assi finanzjarji skont l-istrument u skont is-settur tal-kontroparti (4)

5.

Id-diżaggregazzjoni tas-self u l-avvanzi mhux tan-negozjar skont il-prodott (5)

6.

Diżaggregazzjoni ta’ self u avvanzi lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji skont il-kodiċi NACE (6)

7.

L-assi finanazjarji soġġetti għall-indeboliment li huma skaduti (7)

8.

Id-diżaggregazzjoni ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji (8)

9.

Impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn (9)

10.

Derivattivi u kontabilità għall-iħħeġġjar (10 u 11)

10.1.

Klassifikazzjoni tad-derivattivi skont it-tip ta’ riskju

10.2.

L-ammonti li għandhom jiġu rrapportati għal derivattivi

10.3.

Id-derivattivi klassifikati bħala “ħeġġijiet ekonomiċi”

10.4.

Diżaggregazzjoni tad-derivattivi skont is-settur tal-kontroparti

10.5.

Kontabilità għall-iħħeġġjar taħt il-GAAP nazzjonali (11.2)

10.6.

L-ammont li għandu jiġi rrapportat għal strumenti tal-iħħeġġjar mhux derivattivi (11.3 u 11.3.1)

10.7.

Entrati ħħeġġjati f’ħeġġijiet fuq il-valur ġust (11.4)

11.

Ċaqliq fil-koperturi u l-provvedimenti għal telf ta’ kreditu (12)

11.1.

Iċ-ċaqliq fil-koperturi għal telf u indeboliment ta’ kreditu ta’ strumenti ta’ ekwità skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD (12.0)

11.2.

Ċaqliq fil-koperturi u l-provvedimenti għal telf ta’ kreditu skont l-IFRS (12.1)

11.3.

Trasferimenti bejn stadji ta’ indeboliment (preżentazzjoni ta’ bażi grossa) (12.2)

12.

Il-kollateral u l-garanziji riċevuti (13)

12.1.

Diżaggregazzjoni tal-kollateral u l-garanziji skont is-self u l-avvanzi minbarra dawk miżmuma għan-negozjar(13.1)

12.2.

Il-kollateral miksub bit-teħid b’pussess matul il-perjodu (miżmum fid-data ta’ referenza) (13.2.1)

12.3.

Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess akkumulat (13.3.1)

13.

Ġerarkija tal-valur ġust: L-istrumenti finanzjarji bil-valur ġust (14)

14.

L-irtirar tar-rikonoxximent u l-obligazzjonijiet finanzjarji assoċjati ma’ assi finanzjarji trasferiti (15)

15.

Id-diżaggregazzjoni ta’ entrati magħżula tar-rapport tal-introjtu (16)

15.1.

Dħul mill-imgħax u spejjeż skont l-istrument u s-settur tal-kontroparti (16.1)

15.2.

Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejla b’valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-istrument (16.2)

15.3.

Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar u negozjar ta’ assi finanzjarji u negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont l-istrument (16.3)

15.4.

Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar u n-negozjar ta’ assi finanzjarji u n-negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont ir-riskju (16.4)

15.5.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-istrument (16.4.1)

15.6.

Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati bil-valur ġust għall-profitt jew telf skont l-istrument (16.5)

15.7.

Qligħ jew telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar (16.6)

15.8.

Indeboliment ta’ assi mhux finanzjarji (16.7)

15.9.

Spejjeż Amministrattivi Oħra (16.8)

16.

Ir-rikonċiljazzjoni bejn il-kontabilità u l-ambitu ta’ konsolidazzjoni tas-CRR (17)

17.

Skoperturi improduttivi (18)

17.1.

Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi (18.0)

17.2.

Flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ ta’ skoperturi improduttivi – self u avvanzi skont is-settur tal-kontroparti (18.1)

17.3.

Self għal Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE) u informazzjoni addizzjonali fuq self garantit bi proprjetà immobbli (18.2)

18.

Skoperturi tollerati (19)

19.

Id-diżaggregazzjoni ġeografika (20)

19.1.

Diżaggregazzjoni ġeografika skont il-post tal-attivitajiet (20.1-20.3)

19.2.

Diżaggregazzjoni ġeografika skont ir-residenza tal-kontroparti (20.4-20.7)

20.

Assi tanġibbli u intanġibbli: assi soġġetti għal lokazzjoni operatorja (21)

21.

L-immaniġġar tal-assi, il-kustodja u funzjonijiet oħra ta’ servizz (22)

21.1.

Introjtu mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u l-ispejjeż skont l-attività (22.1)

21.2.

Assi involuti fis-servizzi provduti (22.2)

22.

L-imgħax f’entitajiet strutturati mhux ikkonsolidati (30)

23.

Partijiet relatati (31)

23.1.

Partijiet relatati: ammonti pagabbli lil u ammonti riċevibbli minn (31.1)

23.2.

Partijiet relatati: spejjeż u introjtu ġġenerati minn tranżazzjonijiet ma’ (31.2)

24.

L-istruttura tal-grupp (40)

24.1.

Struttura tal-grupp: “entità b’entità” (40.1)

24.2.

Struttura tal-grupp: “strument bi strument” (40.2)

25.

Il-valur ġust (41)

25.1.

Ġerarkija tal-valur ġust: strumenti finanzjarji b’kost amortizzat (41.1)

25.2.

L-użu tal-opzjoni ta’ valur ġust (41.2)

26.

Assi tanġibbli u intanġibbli: ammont riportat skont il-metodu ta’ kejl (42)

27.

Provvedimenti (43)

28.

Pjanijiet ta’ benefiċċji definiti u benefiċċji tal-impjegati (44)

28.1.

Komponenti tal-assi u l-obbligazzjonijiet netti tal-pjan ta’ benefiċċju definit (44.1)

28.2.

Ċaqliq fl-obbligi ta’ benefiċċji definiti (44.2)

28.3.

Spejjeż tal-persunal skont it-tip ta’ benefiċċji (44.3)

28.4.

Spejjeż tal-persunal skont il-kategorija ta’ remunerazzjoni u l-kategorija tal-persunal (44.4)

29.

Id-diżaggregazzjoni ta’ entrati speċifiċi tar-rapport tal-profitt jew telf (45)

29.1.

Il-qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont il-portafoll tal-kontabilità (45.1)

29.2.

Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji (45.2)

29.3.

Introjtu u spejjeż operatorji oħrajn (45.3)

30.

Ir-rapport tal-bidliet fl-ekwità(46)

31.

SELF U AVVANZI: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI (23)

32.

SELF U AVVANZI: FLUSSI TA’ SKOPERTURI IMPRODUTTIVI, INDEBOLIMIENTI U TĦASSIR SA MILL-AĦĦAR TAS-SENA FINANZJARJA TA’ QABEL (24)

32.1.

Self u avvanzi: Flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ ta’ skoperturi improduttivi (24.1)

32.2.

Self u avvanzi: Fluss ta’ indebolimenti u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu fuq skoperturi improduttivi (24.2)

32.3.

Self u avvanzi: Tħassir ta’ skoperturi improduttivi matul il-perjodu (24.3)

33.

KOLLATERAL MIKSUB BIL-PROĊESS TA’ TEĦID TA’ PUSSESS U TA’ EŻEKUZZJONI (25)

33.1.

Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess minbarra kollateral klassifikat bħala Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (PP&E): flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ (25.1)

33.2.

Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess minbarra kollateral klassifikat bħala Proprjetà Impjanti u Tagħmir (PP&E) - Tip ta’ kollateral miksub (25.2)

33.3.

Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess klassifikat bħala Proprjetà Impjanti u Tagħmir (PP&E) (25.3)

34.

ĠESTJONI TAT-TOLLERANZA U KWALITÀ TAT-TOLLERANZA (26)

35.

SELF U AVVANZI: ID-DURATA MEDJA U L-PERJODI TA’ RKUPRU (47)

L-IMMAPPJAR TAL-KLASSIJIET TAL-ISKOPERTURI U S-SETTURI TAL-KONTROPARTIJIET

PARTI 1

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   REFERENZI

1. Dan l-Anness jinkludi struzzjonijiet addizzjonali għall-formoli ta’ informazzjoni finanzjarja (“FINREP”) fl-Annessi III u IV ta’ dan ir-Regolament. Dan l-Anness jikkumplimenta l-istruzzonijiet inklużi fil-forma ta’ referenzi fil-formoli fl-Annessi III u IV.

2. Istituzzjonijiet li jużaw standards nazzjonali tal-kontabilità kompatibbli mal-IFRS (“GAAP nazzjonali kompatibbli”) għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet komuni u tal-IFRS f’dan l-Anness, sakemm ma jkunx previst mod ieħor. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-konformità tar-rekwiżiti nazzjonali kompatibbli tal-GAAP mar-rekwiżiti tal-BAD. L-istituzzjonijiet li jużaw rekwiżiti tal-GAAP nazzjonali li mhuwiex kompatibbli mal-IFRS jew li għadhom ma sarux kompatibbli mar-rekwiżiti fl-IFRS 9 għandhom japplikaw l-istruzzjonijiet komuni u tal-BAD f’dan l-Anness, sakemm ma jkunx previst mod ieħor.

3. Il-punti ta’ data identifikati fil-formoli għandhom jitfasslu skont ir-regoli dwar ir-rikonoxximent, it-tpaċija u l-valwazzjoni tal-qafas ta’ kontabilità rilevanti, kif definit fil-punt (77) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4. L-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu biss dawk il-partijiet tal-formoli relatati ma’:

(a) 

assi, obbligazzjonijiet, ekwità, introjtu u spejjeż li huma rikonoxxuti mill-istituzzjoni;

(b) 

skoperturi barra l-karta bilanċjali u attivitajiet li hija involuta fihom l-istituzzjoni;

(c) 

tranżazzjonijiet imwettqa mill-istituzzjoni;

(d) 

regoli dwar il-valwazzjoni, inklużi metodi għall-istima tal-provvedimenti għar-riskju ta’ kreditu, applikati mill-istituzzjoni.

5. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw l-abbrevjazzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“CRR”: Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(b) 

“IAS” jew “IFRS”: “Standards Internazzjonali tal-Kontabilità”, kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), li ġew adottati mill-Kummissjoni;

(c) 

“Ir-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI” jew “BĊE/2013/33”: Ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew ( 12 );

(d) 

“Ir-Regolament tan-NACE”: Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 );

(e) 

“Kodiċi NACE”: kodiċi fir-Regolament tan-NACE;

(f) 

“BAD”: Id-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE ( 14 );

(g) 

“Id-Direttiva dwar il-Kontabilità”: tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 );

(h) 

“GAAP nazzjonali”: il-prinċipji tal-kontabbiltà nazzjonali ġeneralment aċċettati żviluppati skont il-BAD;

(i) 

“SME”: intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2003)1422 ( 16 );

(j) 

“Kodiċi ISIN”: in-Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli assenjat lit-titoli, magħmul minn 12-il karattru alfanumeriku, li jidentifika b’mod uniku l-ħruġ ta’ titoli;

(k) 

“Kodiċi LEI”: l-Identifikatur globali ta’ Entità Ġuridika assenjat lill-entitajiet, li jidentifika b’mod uniku parti għal tranżazzjoni finanzjarja;

(l) 

“Stadji ta’ indeboliment”: kategoriji ta’ indeboliment kif definiti fl-IFRS 9.5.5. “Stadju 1” jirreferi għall-indeboliment imkejjel skont l-IFRS 9.5.5.5. “Stadju 2” jirreferi għall-indeboliment imkejjel skont l-IFRS 9.5.5.3. “Stadju 3” jirreferi għall-indeboliment fuq assi b’indeboliment tal-kreditu kif definit fl-Appendiċi A tal-IFRS 9;

(m) 

“Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar l-għeluq ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli” tirreferi għar-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-31 ta’ Ottubru 2016 dwar l-għeluq ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli (BERS/2016/14) ( 17 ).

2.   KONVENZJONIJIET

6. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV, punt ta’ data fuq sfond griż għandu jfisser li dak il-punt ta’ data mhuwiex mitlub jew mhuwiex possibbli li jiġi rrapportat. Fl-Anness IV, ringiela jew kolonna b’referenzi fuq sfond iswed għandhom ifissru li l-punti ta’ data relatati ma għandhomx jiġu ppreżentati minn dawk l-istituzzjonijiet li jsegwu dawk ir-referenzi f’dik ir-ringiela jew kolonna.

7. Il-formoli fl-Annessi III u IV jinkludu regoli impliċiti dwar il-validazzjoni li huma stabbiliti fil-formoli nfushom bl-użu ta’ konvenzjonijiet.

8. L-użu ta’ parentesi fit-tikketta ta’ entrata f’formula jfisser li din l-entrata għandha titnaqqas biex jinkiseb total, iżda ma jfissirx li għandha tiġi rrapportata bħala negattiva.

9. L-entrati li għandhom jiġu rrapportati bħala negattivi huma identifikati fil-formuli ta’ kumpilazzjoni billi jiġi inkluż “(-)” fil-bidu tat-tikketta tagħhom bħal fl-“(-) Azzjonijiet tat-teżor”.

10. Fil-“Formola tal-Punti ta’ Data” (“DPM”) għall-formoli tar-rapportar ta’ informazzjoni finanzjarja tal-Annessi III u IV, kull punt ta’ data (ċellula) għandu “entrata bażi” li għaliha huwa allokat l-attribut ta’ “kreditu/debitu”. Dik l-allokazzjoni tiżgura li l-entitajiet kollha li jirrapportaw punti ta’ data jsegwu “il-konvenzjoni dwar is-sinjali” u tippermetti li jkun magħruf l-attribut ta’ “kreditu/debitu” li jikkorrispondi għal kull punt ta’ data.

11. B’mod skematiku, din il-konvenzjoni taħdem bħal fit-Tabella 1.



Tabella 1

Il-konvenzjoni dwar il-kreditu/id-debitu, is-sinjali pożittivi u negattivi

Element

Kreditu /Debitu

Bilanċ /Ċaqliq

Ċifra rrapportata

Assi

Debitu

Bilanċ fl-assi

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Żieda fl-assi

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Bilanċ negattiv fuq l-assi

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Tnaqqis fuq l-assi

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Spejjeż

Bilanċ fuq l-ispejjeż

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Żieda fuq l-ispejjeż

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Bilanċ negattiv (inkluż treġġigħ lura) fl-ispejjeż

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Tnaqqis fl-ispejjeż

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Obbligazzjonijiet

Kreditu

Bilanċ fl-obbligazzjonijiet

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Żieda fl-obbligazzjonijiet

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Bilanċ negattiv fl-obbligazzjonijiet

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Tnaqqis fl-obbligazzjonijiet

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Ekwità

Bilanċ tal-ekwità

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Żieda fl-ekwità

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Bilanċ negattiv tal-ekwità

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Tnaqqis fl-ekwità

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Introjtu

Bilanċ tal-introjtu

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Żieda fl-introjtu

Pożittiva (“Normali”, ma hemm bżonn tal-ebda sinjal)

Bilanċ negattiv (inkluż treġġigħ lura) tal-introjtu

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

Tnaqqis fl-introjtu

Negattiv (Hemm bżonn tas-sinjal tal-minus “-”)

3.   KONSOLIDAZZJONI

12. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor f’dan l-Anness, il-formoli FINREP għandhom jitħejjew bl-użu tal-ambitu prudenzjali ta’ konsolidazzjoni skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti 1 tas-CRR. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni s-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati tagħhom billi jużaw l-istess metodi bħal fil-konsolidazzjoni prudenzjali:

(a) 

l-istituzzjonijiet jistgħu jitħallew jew ikunu meħtieġa japplikaw il-metodu tal-ekwità għal investimenti f’sussidjarji tal-assigurazzjoni u mhux finanzjarji skont l-Artikolu 18(5) tas-CRR;

(b) 

l-istituzzjonijiet jistgħu jitħallew jużaw il-metodu ta’ konsolidazzjoni proporzjonali għal sussidjarji finanzjarji skont l-Artikolu 18(2) tas-CRR;

(c) 

l-istituzzjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa jużaw il-metodu ta’ konsolidazzjoni proporzjonali għall-investiment f’impriżi konġunti skont l-Artikolu 18(4) tas-CRR.

4.   IL-PORTAFOLLI TAL-KONTABILITÀ TA’ STRUMENTI FINANZJARJI

13. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, “portafolli tal-kontabilità” tfisser strumenti finanzjarji aggregati skont regoli ta’ valwazzjoni. Dawk l-aggregazzjonijiet ma għandhomx jinkludu investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, bilanċi riċevibbli fuq talba klassifikati bħala “Flus, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti oħra ta’ domanda”, u lanqas l-istrumenti finanzjarji klassifikati bħala “Miżmumin għall-bejgħ” ippreżentati fl-entrati “Assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmumin għall-bejgħ” u “Obbligazzjonijiet inklużi fil-gruppi tad-disponiment ikklassifikati bħala miżmumin għall-bejgħ”.

14. Skont il-GAAP nazzjonali, l-istituzzjonijiet li jistgħu jew li huma meħtieġa japplikaw ċerti regoli ta’ valwazzjoni għal strumenti finanzjarji skont l-IFRS għandhom jissottomettu, sa fejn jiġu applikati dawk ir-regoli, il-portafolli tal-kontabilità tal-IFRS rilevanti. Fejn ir-regoli dwar il-valwazzjoni għal strumenti finanzjarji li l-istituzzjonijiet jistgħu jew huma meħtieġa jużaw skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD jirreferu għar-regoli dwar il-valwazzjoni fl-IAS 39, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu l-portafolli tal-kontabilità bbażati fuq il-BAD għall-istrumenti finanzjarji kollha tagħhom sakemm ir-regoli dwar il-valwazzjoni li japplikaw jirreferu għar-regoli dwar il-valwazzjoni fl-IFRS 9.

4.1.    Assi finanzjarji

15. Il-portafolli tal-kontabilità li ġejjin ibbażati fuq l-IFRS għandhom jintużaw għal assi finanzjarji:

(a) 

“Assi finanzjarji miżmumin għan-negozjar”;

(b) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf”;

(c) 

“Assi finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf”;

(d) 

“Assi finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv”;

(e) 

“Assi finanzjarji bil-kost amortizzat”.

16. Il-portafolli tal-kontabilità bbażati fuq il-GAAP nazzjonali għandhom jintużaw għal assi finanzjarji:

(a) 

“Assi finanzjarji tan-negozjar”;

(b) 

“Assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar imkejla bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf”;

(c) 

“Assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar imkejla bil-valur ġust għall-ekwità”;

(d) 

“Assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar imkejla b’metodu bbażat fuq il-kost”;

(e) 

“Assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar oħrajn”.

17. “Assi finanzjarji tan-negozjar” tinkludi l-assi finanzjarji kollha kklassifikati bħala negozjar skont il-GAAP Nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD. Irrispettivament mill-metodoloġija tal-kejl applikata skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, id-derivattivi kollha b’bilanċ pożittiv għall-istituzzjoni li tirrapporta li mhumiex klassifikati bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont il-paragrafu 22 ta’ din il-Parti għandhom jiġu rrapportati bħala assi finanzjarji għan-negozjar. Dik il-klassifikazzjoni għandha tapplika wkoll għad-derivattivi li skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD mhumiex rikonoxxuti fil-karta bilanċjali, jew li għandhom biss il-bidliet fil-valur ġust tagħhom rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew li huma użati bħala ħeġġijiet ekonomiċi kif definit fil-paragrafu 137 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

18. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, għal assi finanzjarji, “il-metodi bbażati fuq il-kost” għandhom jinkludu dawk ir-regoli dwar il-valwazzjoni li bihom jitkejjel l-istrument ta’ dejn skont il-kost flimkien mal-imgħax dovut, nieqes it-telf mill-indeboliment.

19. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, “Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla b’metodu bbażat fuq il-kost” tinkludi strumenti finanzjarji mkejla b’metodi bbażati fuq il-kost kif ukoll strumenti mkejla fl-inqas kost jew suq (“LOCOM”) skont bażi mhux kontinwa (LOCOM moderat) irrispettivament mill-kejl propju tagħhom fid-data ta’ referenza tar-rapportar. Assi mkejla b’LOCOM moderat huma assi li għalihom il-LOCOM jiġi applikat biss f’ċirkostanzi speċifiċi. Il-qafas ta’ kontabilità applikabbli jipprovdi għal dawn iċ-ċirkostanzi, bħal indeboliment, tnaqqis prolongat fil-valur ġust meta mqabbel mal-kost jew bidla fl-intenzjoni tal-ġestjoni.

20. Skont il-GAAP Nazzjonali abbażi tal-BAD, “Assi finanzjarji oħrajn mhux derivattivi u mhux tan-negozjar” għandhom jinkludu assi finanzjarji li ma jikkwalifikawx għall-inklużjoni f’portafolli tal-kontabilità oħrajn. Dak il-portafoll tal-kontabilità jinkludi, fost oħrajn, assi finanzjarji li jitkejlu bil-LOCOM fuq bażi kontinwa (“LOCOM strett”). Assi mkejla b’LOCOM strett huma assi li għalihom il-qafas tal-kontabilità applikabbli jipprovdi jew għall-kejl inizjali u sussegwenti b’LOCOM, jew għall-kejl inizjali b’kost u l-kejl sussegwenti b’LOCOM.

21. Irrispettivament mill-metodu ta’ kejl tagħhom, l-investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati li mhumiex konsolidati bis-sħiħ jew proporzjonalment skont l-ambitu regolatorju ta’ konsolidazzjoni huma rrapportati “f’Investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati”, ħlief fejn huma kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5.

22. “Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar” għandha tinkludi derivattivi b’bilanċ pożittiv għall-istituzzjoni li tirrapporta miżmuma għall-kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-IFRS. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, id-derivattivi tal-portafoll bankarju għandhom jiġu kklassifikati bħala derivattivi miżmumin għall-kontabilità għall-iħħeġġjar biss fejn ikun hemm regoli ta’ kontabilità speċjali għal derivattivi tal-portafoll bankarju skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, u d-derivattivi jnaqqsu r-riskju ta’ pożizzjoni oħra fil-portafoll bankarju.

4.2.    Obbligazzjonijiet finanzjarji

23. Il-portafolli tal-kontabilità li ġejjin ibbażati fuq l-IFRS għandhom jintużaw għal obbligazzjonijiet finanzjarji:

(a) 

“Obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar”;

(b) 

“Obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf”;

(c) 

“Obbligazzjonijiet finanzjarji mkejla bil-kost amortizzat”.

24. Il-portafolli tal-kontabilità li ġejjin ibbażati fuq il-GAAP nazzjonali għandhom jintużaw għal obbligazzjonijiet finanzjarji:

(a) 

“Obbligazzjonijiet finanzjarji tan-negozjar”;

(b) 

“Obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar imkejla b’metodu bbażat fuq il-kost”.

25. “Obbligazzjonijiet finanzjarji tan-negozjar” tinkludi l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha klassifikati bħala negozjar skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD. Irrispettivament mill-metodoloġija ta’ kejl applikata skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, id-derivattivi kollha b’bilanċ negattiv għall-istituzzjoni li tirrapporta li mhumiex klassifikati bħala kontabilità għall-iħħeġġjar skont il-paragrafu 26 ta’ din il-Parti għandhom jiġu rrapportati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji ta’ negozjar. Dik il-klassifikazzjoni għandha tapplika wkoll għad-derivattivi li skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD mhumiex rikonoxxuti fil-karta bilanċjali, jew li għandhom biss il-bidliet fil-valur ġust tagħhom rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew li huma użati bħala ħeġġijiet ekonomiċi kif definit fil-paragrafu 137 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

26. “Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar” għandha tinkludi derivattivi b’bilanċ negattiv għall-istituzzjoni li tirrapporta miżmuma għall-kontabilità għall-iħħeġġjar skont l-IFRS. Skont il-GAAP Nazzjonali abbażi tal-BAD, id-derivattivi tal-portafoll bankarju għandhom jiġu klassifikati bħala kontabilità għall-iħħeġġjar biss jekk ikun hemm regoli speċjali tal-kontabilità għal derivattivi tal-portafoll bankarju skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD u jekk id-derivattivi jnaqqsu r-riskju ta’ pożizzjoni oħra fil-portafoll bankarju.

5.   STRUMENTI FINANZJARJI

27. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, “l-ammont riportat” tfisser l-ammont li jrid jiġi rrapportat fil-karta bilanċjali. L-ammont riportat ta’ strumenti finanzjarji għandu jinkludi l-imgħax dovut. Skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, l-ammont riportat tad-derivattivi għandu jkun jew l-ammont riportat skont il-GAAP nazzjonali inkluż id-dovuti, il-valuri tal-primjum u l-provvedimenti jekk applikabbli, jew għandu jkun ugwali għal żero meta d-derivattivi ma jkunux rikonoxxuti fil-karta bilanċjali.

28. Jekk ikunu rikonoxxuti skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, id-dovuti u d-differimenti ta’ strumenti finanzjarji inkluż dovuti tal-imgħax, primjums u skontijiet jew kostijiet ta’ tranżazzjoni għandhom jiġu rrapportati flimkien mal-istrument u mhux bħala assi oħra jew obbligazzjonijiet oħra.

29. Fejn applikabbli skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, “Haircuts għal pożizzjonijiet tan-negozjar ivvalutati f’valur ġust” għandhom jiġu rrapportati. Il-haircuts inaqqsu l-valur tal-assi tan-negozjar u jżidu l-valur tal-obbligazzjonijiet tan-negozjar.

5.1.    Assi finanzjarji

30. L-assi finanzjarji għandhom jitqassmu bejn il-klassijiet ta’ strumenti li ġejjin: “Flus fl-idejn”, “Derivattivi”, “Strumenti ta’ ekwità”, “Titoli ta’ dejn”, u “Self u avvanzi”.

31. “Titoli ta’ dejn” huma strumenti ta’ dejn miżmuma mill-istituzzjoni maħruġa bħala titoli li mhumiex self, kif definit fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI.

32. “Self u avvanzi” huma strumenti ta’ dejn miżmuma mill-istituzzjonijiet li mhumiex titoli. Dik l-entrata tinkludi self kif definit fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI (fosthom depożiti ta’ domanda f’istituzzjonijiet ta’ kreditu jew banek ċentrali, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom skont il-qafas tal-kontabilità applikabbli) kif ukoll avvanzi li ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “self” kif definiti fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI. “Avvanzi li mhumiex self” huma kkaratterizzati iktar fil-paragrafu 85(g) tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness.

33. Fil-FINREP, “strumenti ta’ dejn” għandha tinkludi “self u avvanzi” kif ukoll “titoli ta’ dejn”.

5.2.    Ammont riportat gross

34. L-ammont riportat gross tal-istrumenti ta’ dejn għandu jkollu t-tifsira li ġejja:

(a) 

skont l-IFRS u l-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD għal strumenti ta’ dejn imkejla f’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf mingħajr ma jiġu inklużi fil-portafoll miżmum għan-negozjar jew tan-negozjar, l-ammont riportat gross għandu jiddependi fuq jekk dawk l-istrumenti ta’ dejn humiex klassifikati bħala produttivi jew improduttivi. Għal strumenti ta’ dejn produttivi, l-ammont riportat gross għandu jkun il-valur ġust. Għal strumenti ta’ dejn improduttivi, l-ammont riportat gross għandu jkun il-valur ġust wara li jerġa’ jiġi miżjud kwalunkwe tibdil negattiv akkumulat fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu, kif definit fil-paragrafu 69 tal-Parti 2 ta’ dan l-Anness. Għall-finijiet tal-kejl tal-ammont riportat gross, il-valwazzjoni tal-istrumenti ta’ dejn għandha titwettaq fil-livell tal-istrumenti finanzjarji individwali.

(b) 

skont l-IFRS għal strumenti ta’ dejn b’kost amortizzat, l-ammont riportat gross għandu jkun l-ammont riportat qabel l-aġġustament għal kwalunkwe kopertura għal telf u għal strumenti ta’ dejn bil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor, il-kost amortizzat qabel ma jsir aġġustament għal kwalunkwe kopertura għal telf;

(c) 

skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, għal strumenti ta’ dejn klassifikati bħala “assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar imkejla b’metodu bbażat fuq il-kost”, l-ammont riportat gross ta’ assi indeboliti għandu jkun ugwali għall-ammont riportat qabel ma jsir aġġustament għal provvedimenti speċifiċi għar-riskju ta’ kreditu. L-ammont riportat gross ta’ assi mhux indeboliti għandu jkun l-ammont riportat qabel ma jsir aġġustament għal koperturi ġenerali għal riskju ta’ kreditu u koperturi ġenerali għal riskju bankarju, meta dawn jaffettwaw l-ammont riportat;

(d) 

skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, l-ammont riportat gross ta’ strumenti ta’ dejn klassifikati bħala “Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla f’valur ġust għall-ekwità” għandu jiddependi fuq jekk dawk l-assi finanzjarji humiex soġġetti għal rekwiżiti ta’ indeboliment. Meta jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ indeboliment, l-ammont riportat gross għandu jkun l-ammont riportat qabel ma jsir aġġustament għal kwalunkwe indeboliment akkumulat, skont ir-rekwiżiti fil-punt (c) hawn fuq għal assi indeboliti u mhux indeboliti, jew kwalunkwe ammont akkumulat ta’ aġġustament ta’ valur ġust meqjus bħala telf minn indeboliment. Meta dawk l-assi finanzjarji ma jkunux soġġetti għal rekwiżiti ta’ indeboliment, l-ammont riportat gross ta’ dawn l-assi finanzjarji għandu jkun il-valur ġust għal skoperturi produttivi, u għal skoperturi improduttivi l-valur ġust wara li jerġa’ jiġi miżjud kwalunkwe aġġustament negattiv akkumulat tal-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu;

(e) 

skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, l-ammont riportat gross ta’ strumenti ta’ dejn imkejla b’LOCOM strett jew moderat għandu jkun il-kost meta jitkejjel skont il-kost matul il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar. Meta dawk l-istrumenti ta’ dejn jitkejlu bil-valur tas-suq, l-ammont riportat gross għandu jkun il-valur tas-suq qabel ma jsir aġġustament għall-aġġustamenti ta’ valur indotti mir-riskju ta’ kreditu;

(f) 

skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, għall-istrumenti ta’ dejn irrapportati taħt “Assi finanzjarji mhux derivattivi u mhux tan-negozjar oħrajn” skont metodi ta’ kejl għajr il-LOCOM, l-ammont riportat gross għandu jkun l-ammont riportat qabel ma jittieħed inkunsiderazzjoni kwalunkwe aġġustament ta’ valwazzjoni li jikkwalifika bħala indeboliment;

(g) 

għal assi finanzjarji ta’ negozjar skont il-GAAP abbażi tal-BAD jew għal assi finanzjarji miżmuma għan-negozjar skont l-IFRS, l-ammont riportat gross għandu jkun il-valur ġust. Meta l-GAAP abbażi tal-BAD ikunu jeħtieġu haircuts fuq strumenti ta’ negozjar u b’valur ġust, l-ammont riportat tal-istrumenti finanzjarji għandu jkun il-valur ġust qabel dawk il-haircuts.

5.3.    Obbligazzjonijiet finanzjarji

35. L-obbligazzjonijiet finanzjarji għandhom jitqassmu bejn il-klassijiet ta’ strumenti li ġejjin: “Derivattivi”, “Pożizzjonijiet qosra”, “Depożiti”, “Titoli ta’ dejn maħruġa” u “Obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn”.

36. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll dan l-Anness, “depożiti” għandhom ikunu depożiti kif definiti fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI.

37. “Titoli ta’ dejn maħruġa” għandhom ikunu strumenti ta’ dejn maħruġa bħala titoli mill-istituzzjoni li mhumiex depożiti, kif definit fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI.

38. “Obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” għandha tinkludi l-obbligazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra derivattivi, pożizzjonijiet qosra, depożiti u titoli ta’ dejn maħruġa.

39. Skont l-IFRS “Obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” għandha tinkludi l-garanziji finanzjarji mogħtija meta jitkejlu jew bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (IFRS 9.4.2.1(a)) jew bl-ammont inizjalment rikonoxxut nieqes l-amortizzament kumulattiv (IFRS 9.4.2.1(c)(ii)). L-impenji ta’ self mogħtija għandhom jiġu rrapportati bħala “Obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” fejn jiġu speċifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf (IFRS 9.4.2.1(a)) jew meta jkunu impenji biex jipprovdu self b’rata tal-imgħax inqas minn dik tas-suq (IFRS 9.2.3(c), IFRS 9.4.2.1(d)).

40. Meta impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija jitkejlu f’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, kwalunkwe bidla fil-valur ġust, inkluż bidliet minħabba riskju ta’ kreditu, għandhom jiġu rrapportati bħala “obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” u mhux bħala provvedimenti għall-“Impenji u l-garanziji mogħtija”.

41. “Obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” għandha tinkludi wkoll dividendi li jridu jitħallsu, ammonti pagabbli fir-rigward ta’ entrati ta’ sospiża u transitu, u ammonti pagabbli fir-rigward ta’ saldi futuri ta’ tranżazzjonijiet f’titoli jew tranżazzjonijiet tal-kambju meta l-ammonti pagabbli għal tranżazzjonijiet jiġu rikonoxxuti qabel id-data tal-pagament.

6.   DIŻAGGREGAZZJONI SKONT IL-KONTROPARTI

42. Meta tkun meħtieġa diżaggregazzjoni skont il-kontroparti, għandhom jintużaw is-setturi tal-kontroparti li ġejjin:

(a) 

banek ċentrali;

(b) 

amministrazzjonijiet pubbliċi: gvernijiet ċentrali, gvernijiet statali jew reġjonali u gvernijiet lokali, inklużi l-korpi amministrattivi u impriżi mhux kummerċjali, iżda bl-esklużjoni ta’ kumpaniji pubbliċi u ta’ kumpaniji privati miżmuma minn dawn l-amministrazzjonijiet li għandhom attività kummerċjali (li għandhom jiġu rrapportati taħt “istituzzjonijiet ta’ kreditu”, “korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn” jew “korporazzjonijiet mhux finanzjarji” skont l-attività tagħhom); fondi tas-sigurtà soċjali; u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali;

(c) 

istituzzjonijiet ta’ kreditu: kwalunkwe istituzzjoni koperta bid-definizzjoni fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR (impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti f’li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il- pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess”) u banek multilaterali tal-iżvilupp (MDBs);

(d) 

korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn: il-korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet finanzjarji kollha minbarra istituzzjonijiet ta’ kreditu bħal ditti tal-investiment, fondi tal-investiment, kumpaniji tal-assigurazzjoni, fondi tal-pensjonijiet, intrapriżi għal investiment kollettiv, u kmamar tal-ikklirjar kif ukoll l-intermedjarji finanzjarji li jifdal, awżiljarji finanzjarji u istituzzjonijiet finanzjarji ristretti u mutwanti tal-flus;

(e) 

korporazzjonijiet mhux finanzjarji (NFCs): korporazzjonijiet u kważikorporazzjonijiet li mhumiex involuti f’intermedjazzjoni finanzjarja iżda prinċipalment fil-produzzjoni ta’ prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji, kif definit fit-Tabella tal-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI;

(f) 

unitajiet domestiċi: individwi jew gruppi ta’ individwi bħala konsumaturi u produtturi ta’ prodotti u servizzi mhux finanzjarji esklussivament għall-konsum tagħhom stess, u bħala produtturi ta’ prodotti tas-suq u servizzi mhux finanzjarji u servizzi finanzjarji, dment li l-attivitajiet tagħhom mhumiex dawk ta’ kważikorporazzjonijiet. Istituzzjonijiet mhux għall-profitt għas-servizz tal-unitajiet domestiċi (“NPISH”) u li huma prinċipalment involuti fil-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi mhux tas-suq maħsuba għal gruppi partikolari ta’ unitjajiet domestiċi għandhom jiġu inklużi.

43. L-allokazzjoni tas-settur tal-kontroparti għandha tkun ibbażata esklussivament fuq in-natura tal-kontroparti immedjata. Il-klassifikazzjoni tal-iskoperturi mġarrba b’mod konġunt minn iktar minn obbligant wieħed għandha ssir abbażi tal-karatteristiċi tal-obbligant li kien l-iktar rilevanti, jew determinanti, sabiex l-istituzzjoni tagħti l-iskopertura. Fost klassifikazzjonijiet oħrajn, id-distribuzzjoni ta’ skoperturi mġarrba b’mod konġunt skont is-settur tal-kontroparti, il-pajjiż ta’ residenza u l-kodiċi NACE għandha tkun skont il-karatteristiċi tal-obbligant l-aktar rilevanti jew determinanti.

44. Il-kontropartijiet immedjati fit-tranżazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu:

(a) 

għal self u avvanzi, il-mutwatarju immedjat. Għal riċevibbli tan-negozju, il-mutwatarju immedjat għandu jkun il-kontroparti li hija obbligata tħallas ir-riċevibbli, ħlief fi tranżazzjonijiet b’rikors, fejn il-mutwatarju immedjat għandu jkun it-trasferent ta’ riċevibbli meta l-istituzzjoni li tirrapporta ma takkwistax b’mod sostanzjali r-riskji u l-gwadjani ta’ sjieda tar-riċevibbli trasferiti;

(b) 

għal titoli ta’ dejn (inklużi strumenti ta’ titolizzazzjoni) u strumenti ta’ ekwità, l-emittent tat-titoli;

(c) 

għal depożiti, id-depożitant;

(d) 

għal pożizzjonijiet qosra, il-kontroparti tat-tranżazzjoni ta’ teħid b’self ta’ titoli jew ftehim ta’ retro riakkwist;

(e) 

għal derivattivi, il-kontroparti diretta tal-kuntratt tad-derivattivi. Għal derivattivi OTC ikklerjati ċentralment, il-kontroparti diretta għandha tkun il-kamra tal-ikklerjar li taġixxi bħala kontroparti ċentrali. Id-diżaggregazzjoni tal-kontroparti għal derivattivi tar-riskju ta’ kreditu tirreferi għas-settur li tappartjeni fih il-kontroparti tal-kuntratt (xerrej jew bejjiegħ tal-protezzjoni);

(f) 

għal garanziji finanzjarji mogħtija, il-kontroparti għandha tkun il-kontroparti diretta tal-istrument sottostanti ta’ dejn garantit;

(g) 

għal impenji ta’ self u impenji oħra mogħtija, il-kontroparti li r-riskju ta’ kreditu tagħha huwa assunt mill-istituzzjoni li tirrapporta;

(h) 

għal impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħra riċevuti, il-garanti jew il-kontroparti li provdiet l-impenn lill-istituzzjoni li tirrapporta.

PARTI 2

STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-FORMOLA

1.   KARTA BILANĊJALI

1.1.    Assi (1.1)

1. “Flus fl-idejn” għandha tinkludi parteċipazzjonijiet ta’ karti tal-flus u muniti nazzjonali u barranin fiċ-ċirkolazzjoni li jintużaw ta’ komunament biex isiru pagamenti.

2. “Bilanċi tal-flus fil-banek ċentrali” għandha tinkludi “self u avvanzi” li huma bilanċi riċevibbli fuq domanda fil-banek ċentrali.

3. “Depożiti ta’ domanda oħrajn” għandha tinkludi “self u avvanzi” li huma bilanċi riċevibbli fuq domanda ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

4. “Investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati” għandha tinkludi l-investimenti f’kumpaniji assoċjati, impriżi konġunti u sussidjarji li mhumiex konsolidati bis-sħiħ jew proporzjonalment skont l-ambitu regolatorju ta’ konsolidazzjoni, ħlief meta għandhom jiġu klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5, irrispettivament minn kif inhuma mkejla, inkluż meta l-istandards ta’ kontabilità jippermettu li jiġu inklużi fil-portafolli ta’ kontabilità differenti użati għal strumenti finanzjarji. L-ammont riportat ta’ investimenti kontabbilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità għandu jinkludi l-avvjament relatat.

5. Assi li mhumiex assi finanzjarji u li minħabba n-natura tagħhom ma setgħux jiġu klassifikati f’entrati speċifiċi tal-karta bilanċjali għandhom jiġu rrapportati “f’Assi oħrajn”. Assi oħrajn għandha tinkludi, fost oħrajn, deheb, fidda u komoditajiet oħrajn, anki fejn dawn huma miżmuma bl-intenzjoni ta’ negozjar.

6. Skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, l-ammont riportat ta’ azzjonijiet proprji riakkwistati għandu jiġi rrapportat bħala “assi oħrajn” meta l-preżentazzjoni bħala assi tkun permessa skont il-GAAP nazzjonali rilevanti.

7. “Assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fl-IFRS 5.

1.2.    Obbligazzjonijiet (1.2)

8. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, il-provvedimenti għal telf kontinġenti li jirriżulta mill-parti ineffettiva tar-relazzjoni tal-ħeġġ tal-portafoll għandhom jiġu rrapportati fir-ringiela “Derivattivi – Kontabilità għall-iħħeġġjar” fejn it-telf jirriżulta mill-valwazzjoni tad-derivattiv tal-iħħeġġjar, jew fir-ringiela “Bidliet fil-valur ġust tal-entrati ħħeġġjati fil-ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax” fejn it-telf jirriżulta mill-valwazzjoni tal-pożizzjoni ħħeġġjata. Fejn ma hi possibbli l-ebda distinzjoni bejn it-telf li jirriżulta mill-valwazzjoni tad-derivattiv tal-iħħeġġjar u telf li jirriżulta mill-valwazzjoni tal-pożizzjoni ħħeġġjata, il-provvedimenti kollha għal telf kontinġenti li jirriżultaw mill-parti ineffettiva tar-relazzjoni tal-ħeġġ tal-portafoll għandhom jiġu rrapportati fir-ringiela “Derivattivi – Kontabilità għall-iħħeġġjar”.

9. Provvedimenti għal “Pensjonijiet u obbligi ta’ benefiċċji definiti oħrajn għal wara l-impjieg” għandhom jinkludu l-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ benefiċċji definiti netti.

10. Skont l-IFRS il-provvedimenti għal “Benefiċċji fit-tul oħrajn għall-impjegati” għandhom jinkludu l-ammont tad-defiċits fil-pjanijiet ta’ benefiċċji fit-tul għall-impjieg elenkati fl-IAS 19.153. L-ispiża dovuta minn benefiċċji għal terminu qasir għall-impjegati (IAS 19.11(a)), pjanijiet ta’ kontribuzzjoni definita (IAS 19.51(a)) u benefiċċji għat-terminazzjoni tal-impjieg (IAS 19.169(a)) għandha tiġi inkluża f’“Obbligazzjonijiet oħrajn”.

11. Skont l-IFRS, provvedimenti għal “Impenji u garanziji mogħtija” għandhom jinkludu provvedimenti relatati mal-impenji u l-garanziji kollha, irrispettivament minn jekk l-indeboliment tagħhom huwiex determinat skont l-IFRS 9 jew jekk il-provvediment tagħhom isegwix l-IAS 37 jew jekk humiex trattati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni skont l-IFRS 4. L-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn impenji u garanziji finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ma għandhomx jiġu rrapportati bħala provvedimenti għalkemm huma dovuti għar-riskju ta’ kreditu, iżda bħala “obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn” skont il-paragrafu 40 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, provvedimenti għal “Impenji u garanziji mogħtija” għandhom jinkludu l-provvedimenti relatati mal-impenji u l-garanziji kollha.

12. “Kapital azzjonarju ripagabbli fuq domanda” għandha tinkludi l-istrumenti kapitali maħruġa mill-istituzzjoni li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jiġu kklassifikati bħala ekwità. L-istituzzjonijiet għandhom jinkludu f’din l-entrata l-ishma kooperattivi li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jiġu klassifikati bħala ekwità.

13. Obbligazzjonijiet li mhumiex obbligazzjonijiet finanzjarji u li minħabba n-natura tagħhom ma jistgħux jiġu klassifikati f’entrati speċifiċi tal-karta tal-bilanċ għandhom jiġu rrapportati “f’Obbligazzjonijiet oħrajn”.

14. “Obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fl-IFRS 5.

15. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD “Fondi għal riskju bankarju ġenerali” huma ammonti li ġew assenjati skont l-Artikolu 38 tal-BAD. Fejn rikonoxxuti, dawn għandhom jidhru b’mod separat jew bħala obbligazzjonijiet taħt “provvedimenti” jew fl-ekwità taħt “riżervi oħrajn” skont il-GAAP nazzjonali rilevanti.

1.3.    Ekwità (1.3)

16. Skont l-IFRS, l-istrumenti ta’ ekwità li huma strumenti finanzjarji għandhom jinkludu dawk il-kuntratti li jaqgħu taħt l-ambitu tal-IAS 32.

17. Skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, “Kapital mhux imħallas li ġie prelevat” għandha tinkludi l-ammont riportat ta’ kapital maħruġ mill-istituzzjoni li ġie prelevat għall-abbonati iżda mhux imħallas fid-data ta’ referenza. Jekk iż-żieda fil-kapital, li għadha ma tħallsitx, tiġi rreġistrata bħala żieda fil-kapital azzjonarju, il-kapital mhux imħallas li ġie prelevat għandu jiġi rrapportat f’“Kapital mhux imħallas li ġie prelevat” fil-formola 1.3 kif ukoll f’“assi oħrajn” fil-formola 1.1. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, fejn iż-żieda fil-kapital tista’ tiġi rreġistrata biss wara li jasal il-ħlas mingħand l-azzjonisti, il-kapital mhux imħallas ma għandhux jiġi rrappurtat fil-formola 1.3.

18. “Komponent ta’ ekwità ta’ strumenti finanzjarji komposti” għandha tinkludi l-komponent tal-ekwità ta’ strumenti finanzjarji komposti (jiġifieri, l-istrumenti finanzjarji li fihom komponent kemm ta’ obbligazzjoni kif ukoll ta’ ekwità) maħruġ mill-istituzzjoni, meta segregat skont il-qafas ta’ kontabilità rilevanti (inklużi strumenti finanzjarji komposti b’derivattivi inkorporati multipli li l-valuri tagħhom huma interdipendenti).

19. “Strumenti ta’ ekwità oħrajn maħruġa” għandha tinkludi strumenti ta’ ekwità li huma strumenti finanzjarji għajr “Kapital” u “Komponent ta’ ekwità ta’ strumenti finanzjarji komposti”.

20. “Ekwita oħra” għandha tkopri l-istrumenti ta’ ekwità kollha li mhumiex strumenti finanzjarji inkluż, fost l-oħrajn, tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq azzjonijiet saldati b’ekwità (IFRS 2.10).

21. “Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tinkludi l-qligħ u t-telf akkumulati minħabba bidliet fil-valur ġust fuq investimenti fi strumenti ta’ ekwità li għalihom l-entità li tirrapporta għamlet l-għażla rrevokabbli li tippreżenta l-bidliet fil-valur ġust f’introjtu ieħor komprensiv.

22. “L-ineffettività tal-ħeġġ ta’ ħeġġijiet fuq il-valur ġust għal strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tinkludi l-ineffettività akkumulata tal-ħeġġ li tirriżulta f’ħeġġijiet fuq il-valur ġust li fihom l-entrata ħħeġġjata tkun strument ta’ ekwità mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv. L-ineffettività tal-ħeġġ rrapportata f’din ir-ringiela għandha tkun id-differenza bejn il-varjazzjoni akkumulata tal-valur ġust tal-istrument ta’ ekwità rrapportata f’“Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (entrata ħħeġġjata)” u l-varjazzjonijiet akkumulati tal-valur ġust tad-derivattiv tal-iħħeġġjar irrapportati f’“Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (strument tal-iħħeġġjar)” (IFRS 9.6.5.3 u IFRS 9.6.5.8).

23. “Bidliet fil-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf attribwibbli għal bidliet fir-riskju ta’ kreditu” għandha tinkludi qligħ u telf akkumulati rikonoxxuti f’introjtu komprensiv ieħor u relatati mar-riskju tal-kreditu proprju għal obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, irrispettivament jekk l-ispeċifikazzjoni ssirx b’rikonoxximent inizjali jew sussegwentement.

24. “Ħeġġ ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin (porzjon effettiv)” għandha tinkludi r-riserva ta’ qlib ta’ munita barranija għall-porzjon effettiv kemm ta’ ħeġġijiet kontinwi ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin kif ukoll ħeġġijiet ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin li ma għadhomx japplikaw filwaqt li l-operazzjonijiet barranin jibqgħu rikonoxxuti fil-karta bilanċjali.

25. “Derivattivi tal-iħħeġġjar. Riżerva tal-ħeġġijiet tal-fluss tal-flus (porzjon effettiv)” għandha tinkludi r-riżerva tal-ħeġġ tal-fluss tal-flus għall-porzjon effettiv tal-varjazzjoni fil-valur ġust tad-derivattivi tal-iħħeġġjar f’ħeġġ ta’ fluss tal-flus, kemm għal ħeġġijiet ta’ flussi ta’ flus kontinwi kif ukoll għal ħeġġijiet ta’ flussi ta’ flus li ma għadhomx japplikaw.

26. “Bidliet fil-valur ġust tal-istrument ta’ dejn imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tinkludi qligħ jew telf akkumulat fuq strumenti ta’ dejn imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor, nett mill-kopertura għal telf li titkejjel fid-data tar-rapportar skont l-IFRS 9.5.5.

27. “Strumenti tal-iħħeġġjar (mhux entrati speċifiċi)” għandha tinkludi l-bidliet akkumulati fil-valur ġust ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a) 

il-valur taż-żmien ta’ opzjoni fejn il-bidliet fil-valur ta’ żmien u l-valur intrinsiku ta’ dik l-opzjoni huma separati u hija speċifikata bħala strument tal-iħħeġġjar il-bidla fil-valur intrinsiku biss (IFRS 9.6.5.15);

(b) 

l-element forward ta’ kuntratt forward fejn l-element forward u l-element spot ta’ dak il-kuntratt forward huma separati u hija speċifikata bħala strument tal-iħħeġġjar il-bidla fl-element spot tal-kuntratt forward biss;

(c) 

il-firxa tal-bażi tal-munita barranija minn strument finanzjarju fejn din il-firxa hija eskluża mill-ispeċifikazzjoni ta’ dak l-istrument finanzjarju bħala l-istrument tal-iħħeġġjar (IFRS 9.6.5.15, IFRS 9.6.5.16).

28. Skont l-IFRS, “Riżervi ta’ rivalwazzjoni” għandha tinkludi l-ammont ta’ riżervi li jirriżultaw mill-adozzjoni għall-ewwel darba għall-IAS li ma ġewx rilaxxati għal tipi oħra ta’ riżervi.

29. “Riżervi oħrajn” għandha tinqasam bejn “Riżervi jew telf akkumulat ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati” kkontabilizzati bl-użu tal-metodu ta’ ekwità” u “Oħrajn”. “Riżervi jew telf akkumulat ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità” għandha tinkludi l-ammont akkumulat ta’ introjtu u spejjeż iġġenerati mill-investimenti msemmija iktar kmieni permezz ta’ profitt jew telf f’dawn l-aħħar snin fejn jiġu kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità. “Oħrajn” għandha tinkludi riżervi differenti minn dawk divulgati b’mod separat f’entrati oħrajn u tista’ tinkludi riżerva legali u riżerva statutorja.

30. “Azzjonijiet tat-teżor” għandha tkopri l-istrumenti finanzjarji kollha li għandhom il-karatteristiċi ta’ strumenti proprji ta’ ekwità li ġew riakkwistati mill-istituzzjoni filwaqt li ma jinbigħux jew jiġu amortizzati, ħlief fejn skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD dawn għandhom jiġu rrapportati f’“assi oħrajn”.

2.   DIKJARAZZJONI TA’ PROFITT JEW TELF (2)

31. Id-dħul mill-imgħax u l-ispejjeż tal-imgħax minn strumenti finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u minn derivattivi tal-iħħeġġjar klassifikati fil-kategorija “kontabilità tal-iħħeġġjar”, għandhom jiġu rrapportati jew separatament minn qligħ jew telf oħrajn taħt l-entrati “dħul mill-imgħax” u “spejjeż mill-imgħax” (“prezz nadif”) jew bħala parti mill-qligħ jew telf minn dawn il-kategoriji ta’ strumenti (“prezz maħmuġ”). L-approċċ ta’ prezz nadif jew maħmuġ għandu jiġi applikat b’mod konsistenti għall-istrumenti finanzjarji kollha mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u għad-derivattivi għall-iħħeġġjar klassifikati fil-kategorija “kontabilità tal-iħħeġġjar”.

32. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-entrati li ġejjin, li jinkludu l-introjtu u l-ispejjeż fir-rigward ta’ partijiet relatati mhux konsolidati bis-sħiħ jew proporzjonalment skont l-ambitu regolatorju ta’ konsolidazzjoni, diżaggregati skont il-portafolli tal-kontabilità:

(a) 

“Introjtu mill-imgħax”;

(b) 

“Spejjeż tal-imgħax”;

(c) 

“Introjtu mid-dividendi”;

(d) 

“Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf, nett”;

(e) 

“Qligħ jew telf ta’ modifika, nett”;

(f) 

“Indeboliment jew (-) treġġigħ lura tal-indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’profitt jew telf”.

33. “Dħul mill-imgħax. Assi finanzjarji miżmuma għan-negozjar” u “Spejjeż tal-imgħax. Obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar”; għandha tinkludi, fejn jintuża l-prezz nadif, l-ammonti relatati ma’ dawk id-derivattivi klassifikati fil-kategorija “miżmuma għan-negozjar” li huma strumenti tal-iħħeġġjar minn perspettiva ekonomika iżda mhux ta’ kontabilità sabiex jiġu preżentati introjtu u spejjeż tal-imgħax korretti mill-istrumenti finanzjarji li jiġu ħħeġġjati.

34. Fejn jintuża l-prezz nadif, “Dħul mill-imgħax. Assi finanzjarji miżmuma għan-negozjar” u “Spejjeż tal-imgħax. Obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar” għandhom jinkludu wkoll tariffi maqsuma skont il-ħin u l-bilanċ tal-ħlas fir-rigward ta’ derivattivi ta’ kreditu mkejla fil-valur ġust u użati għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ parti minn strument finanzjarju jew tiegħu kollu li jkun speċifikat fil-valur ġust f’dik l-okkażjoni (IFRS 9.6.7).

35. “Dħul mill-imgħax. Derivattivi – Kontabilità għall-iħħeġġjar, riskju tar-rata tal-imgħax” u “Spejjeż tal-imgħax. Derivattivi – Kontabilità għall-iħħeġġjar, riskju tar-rata tal-imgħax” għandha tinkludi, fejn jintuża l-prezz nadif, l-ammonti relatati ma’ dawk id-derivattivi klassifikati fil-kategorija “kontabilità għall-iħħeġġjar” li jkopru riskju tar-rata tal-imgħax, inklużi ħħeġġjar ta’ grupp ta’ entrati b’pożizzjonijiet ta’ tpaċija tar-riskju (ħeġġijiet ta’ pożizzjoni netta) li r-riskju ħħeġġjat tagħhom jaffettwa entrati differenti fir-rapport tal-profitt u telf. Fejn jintuża l-prezz nadif, dawk l-ammonti għandhom jiġu rrapportati bħala introjtu mill-imgħax u spejjeż tiegħu fuq bażi grossa biex jippreżentaw introjtu mill-imgħax u spejjeż tiegħu, b’mod korrett, mill-entrati ħħeġġjati li magħhom huma marbuta. Bi prezz nadif, fejn l-entrata ħħeġġjata tiġġenera introjtu mill-imgħax (spiża), dawk l-ammonti għandhom jiġu rrapportati bħala introjtu mill-imgħax (spiża) anke fejn dan ikun ammont negattiv (pożittiv).

36. “Introjtu mill-imgħax - assi oħrajn” għandha tinkludi l-ammonti ta’ introjtu mill-imgħax li mhumiex inklużi fl-entrati l-oħra, bħal introjtu mill-imgħax relatat ma’ flus, bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn u assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ kif ukoll introjtu nett mill-imgħax minn assi ta’ benefiċċji definiti nett.

37. Skont l-IFRS u fejn ma jiġix stipulat mod ieħor fil-GAAP nazzjonali, l-imgħax fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva għandhom jiġu rrapportati fi “Introjtu mill-imgħax fuq l-obbligazzjonijiet”. Dawn l-obbligazzjonijiet u l-interessi tagħhom iwassalu għal rendiment pożittiv għal istituzzjoni.

38. “Spejjeż tal-imgħax - obbligazzjonijiet oħrajn” għandha tinkludi ammonti ta’ spejjeż tal-imgħax li mhumiex inklużi f’entrati oħrajn, bħal spejjeż tal-imgħax relatati ma’ obbligazzjonijiet inklużi fi gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ, spejjeż minn żidiet fl-ammont riportat ta’ provvediment li jirriflettu l-mogħdija taż-żmien jew l-ispejjeż netti tal-imgħax minn obbligazzjonijiet netti ta’ benefiċċju definit.

39. Skont l-IFRS u fejn ma jiġix provdut mod ieħor fil-GAAP nazzjonali, l-imgħax fir-rigward ta’ assi finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva għandhom jiġu rrapportati fi “Spejjeż tal-imgħax fuq l-assi”. Dawk l-assi u l-interessi tagħhom iwassalu għal rendiment negattiv għal istituzzjoni.

40. L-introjtu mid-dividendi fuq strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għandhom jiġu rrapportati jew bħala “introjtu mid-dividendi” b’mod separat minn qligħ u telf ieħor minn dawk il-klassijiet ta’ strumenti fejn jintuża l-prezz nadif jew bħala parti mill-qligħ jew it-telf minn dawk il-klassijiet ta’ strumenti fejn jintuża l-prezz maħmuġ.

41. L-introjtu mid-dividendi fuq strumenti ta’ ekwità speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv għandu jinkorpora dividendi relatati ma’ strumenti li r-rikonoxximent tagħhom ġie rtirat matul il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar u dividendi relatati ma’ strumenti miżmuma fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar.

42. L-introjtu mid-dividendi minn investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati għandu jinkludi d-dividendi ta’ dawn l-investimenti fejn huma kkontabilizzati bl-użu ta’ metodi għajr dak tal-ekwità.

43. “Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar, nett” għandha tinkludi qligħ u telf fir-rikalkolu u fl-irtirar tar-rikonoxximent ta’ strumenti finanzjarji klassifikati bħala miżmuma għan-negozjar. Din l-entrata għandha tinkludi wkoll qligħ u telf fuq derivattivi ta’ kreditu mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf użati għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju kollu jew parti minnu li huwa speċifikat bħala mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, kif ukoll introjtu u spejjeż mid-dividendi u mill-imgħax fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar fejn jintuża l-prezz maħmuġ.

44. “Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” għandha tinkludi wkoll l-ammont rikonoxxut fir-rapport tal-profitt jew it-telf għar-riskju ta’ kreditu proprju ta’ obbligazzjonijiet speċifikati f’valur ġust fejn ir-rikonoxximent tal-bidliet tar-riskju ta’ kreditu proprju f’introjtu ieħor komprensiv joħloq jew iżid l-ispariġġ kontabilistiku (IFRS 9.5.7.8). Din l-entrata għandha tinkludi wkoll qligħ jew telf fuq strumenti ħħeġġjati li huma speċifikati bħala mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fejn l-ispeċifikazzjoni tintuża għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu, kif ukoll għall-introjtu u l-ispejjeż tal-imgħax fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fejn jintuża l-prezz maħmuġ.

45. “Qligħ jew (-) telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” ma għandhiex tinkludi qligħ fuq strumenti ta’ ekwità li entità relatriċi tagħżel li tkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (IFRS 9.5.7.1(b)).

46. Fejn bidla fil-mudell ta’ negozju twassal għar-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarju f’portafoll tal-kontabilità differenti, il-qligħ jew it-telf mir-riklassifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati fir-ringieli rilevanti tal-portafoll tal-kontabilità li fih huwa riklassifikat l-assi finanzjarju, skont dan li ġej:

(a) 

fejn assi finanzjarju huwa riklassifikat barra mill-kategorija tal-kejl tal-kost amortizzat u fil-valur ġust permezz tal-portafoll tal-kontabilità tal-profitt jew telf (IFRS 9.5.6.2), qligħ jew telf minħabba r-riklassifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati fi “Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar, nett” jew “Qligħ jew (-) telf fuq assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett”, skont kif applikabbli;

(b) 

fejn assi finanzjarju huwa riklassifikat barra mill-valur ġust permezz ta’ kategorija tal-kejl ta’ introjtu ieħor komprensiv u fil-valur ġust permezz ta’ kategorija tal-kejl ta’ profitt jew telf (IFRS 9.5.6.7), il-qligħ jew telf kumulattivi preċedentement rikonoxxuti f’introjtu ieħor komprensiv riklassifikat fi profitt jew telf għandhom jiġu rrapportati fi “Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar, nett” jew “Qligħ jew (-) telf fuq assi finanzjarji mhux għan-negozar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett”, skont kif applikabbli.

47. “Qligħ jew (-) telf minn kontabilità għall-iħħeġġjar, nett” għandha tinkludi qligħ jew telf fuq strumenti tal-iħħeġġjar u entrati ħħeġġjati, inkluż dawk fuq entrati ħħeġġjati imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv għajr strumenti ta’ ekwità, f’ħeġġ fuq il-valur ġust skont l-IFRS 9.6.5.8. Din għandha tinkludi wkoll il-parti ineffettiva tal-varjazzjoni tal-valur ġust tal-istrumenti tal-iħħeġġjar f’ħeġġ tal-flussi tal-flus. Ir-riklassifikazzjonijiet tar-riżerva tal-ħeġġijiet tal-flussi tal-flus jew tar-riżerva għal ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjoni barranija għandhom jiġu rikonoxxuti fl-istess ringieli tar-“Rapport tal-profit jew telf” bħal dawk affettwati mill-flussi tal-flus tal-entrati ħħeġġjati. “Qligħ jew (-) telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar, nett” għandha tinkludi wkoll il-qligħ jew telf minn ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjonijiet barranin. Din l-entrata għandha tinkludi wkoll qligħ fuq ħeġġijiet ta’ pożizzjonijiet netti.

48. “Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji” għandha tinkludi l-qligħ u t-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji, ħlief fejn huma klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ jew bħala investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati.

48i. “Kontribuzzjonijiet fi flus għal fondi ta’ riżoluzzjoni u skemi ta’ garanzija tad-depożiti” għandhom jinkludu l-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet għal fondi ta’ riżoluzzjoni u skemi ta’ garanzija tad-depożiti fejn jitħallsu fil-forma ta’ flus. Meta l-kontribuzzjoni ssir fil-forma ta’ impenn ta’ pagament, dan l-impenn ta’ pagament għandu jkun inkluż fil-“provvedimenti jew(-) inverżjoni tal-provvedimenti”, jekk l-impenn ta’ pagament iwassal għal obbligazzjoni skont l-istandard tal-kontabilità applikabbli.

49. “Qligħ jew (-) telf ta’ modifika, nett” għandha tinkludi l-ammonti li jirriżultaw mill-aġġustament tal-ammonti riportati grossi ta’ assi finanzjarji sabiex jirriflettu l-flussi tal-flus kuntrattwali nnegozjati mill-ġdid jew modifikati (IFRS 9.5.4.3 u Appendiċi A). Il-qligħ jew telf ta’ modifika ma għandhomx jinkludu l-impatt tal-modifiki fuq l-ammont ta’ telf ta’ kreditu mistenni, li għandu jiġi rrapportat f’“Indeboliment jew (-) treġġigħ lura tal-indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf”.

50. “Provvedimenti jew (-) treġġigħ lura tal-provvedimenti. Impenji u garanziji mogħtija” għandha tinkludi t-tariffi netti fir-“Rapport tal-profitt jew telf” għal provvedimenti fuq l-impenji u l-garanziji kollha fl-ambitu tal-IFRS 9, l-IAS 37 jew l-IFRS 4 skont il-paragrafu 11 ta’ din il-Parti, jew skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD. Skont l-IFRS, kwalunkwe bidla fil-valur ġust ta’ impenji u garanziji finanzjarji mkejla fil-valur ġust għandha tiġi rrapportata fi “Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett”. Għaldaqstant, il-provvedimenti jinkludu l-ammont ta’ indeboliment għal impenji u garanziji li għalihom l-indeboliment huwa ddeterminat skont l-IFRS 9 jew li l-provvizzjonament tagħhom issegwi l-IAS 37 jew huma trattati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni skont l-IFRS 4.

51. Skont l-IFRS, “Indeboliment jew (-) treġġigħ lura tal-indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” għandha tinkludi l-qligħ jew telf kollu ta’ indeboliment għal strumenti ta’ dejn li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ indeboliment fl-IFRS 9.5.5, irrispettivament minn jekk it-telf ta’ kreditu mistenni skont l- IFRS 9.5.5 huwiex stmat fuq perjodu ta’ 12-il xahar jew tul il-ħajja, u inkluż il-qligħ jew it-telf ta’ indeboliment għal riċevibbli tan-negozju, assi tal-kuntratt u riċevibbli ta’ lokazzjoni (IFRS 9.5.5.15).

52. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD “Indeboliment jew (-) treġġigħ lura ta’ indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” għandha tinkludi l-provvedimenti kollha u t-treġġigħ lura ta’ koperturi ta’ strumenti finanzjarji mkejla b’metodi bbażati fuq il-kost minħabba l-bidla fl-affidabbiltà kreditizja tad-debitur jew l-emittent, kif ukoll, skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-GAAP nazzjonali, il-koperturi minħabba l-indeboliment ta’ strumenti finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-ekwità u metodi oħra ta’ kejl, inkluż il-LOCOM.

53. “Indeboliment jew (-) treġġigħ lura tal-indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” għandha tinkludi wkoll l-ammonti mħassra - kif definit fil-paragrafu 72, 74 u 165(b) ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness - li jaqbżu l-ammont tal-kopertura għal telf fid-data tat-tħassir u għaldaqstant huma rikonoxxuti bħala telf direttament fi profitt jew telf, kif ukoll bħala rkupri ta’ ammonti preċedentement imħassra rreġistrati direttament fir-rapport tal-profitt jew telf.

54. Is-sehem ta’ profitt jew telf minn sussidjarji, kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti li huma kkontabilizzati skont il-metodu tal-ekwità fl-ambitu regolatorju ta’ konsolidazzjoni għandu jiġi rrapportat fi “Sehem ta’ profitt jew (-) telf ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti jew assoċjati kkontabilizzati bl-użu tal-metodu tal-ekwità”. Skont l-IAS 28.10, l-ammont riportat tal-investiment għandu jitnaqqas bl-ammont tad-dividendi mħallsa minn dawk l-entitajiet. L-indeboliment fuq dawk l-investimenti għandu jiġi rrapportat fi (Indeboliment jew (-) treġġigħ lura ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati)”. Il-qligħ jew it-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dawn l-investimenti għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafu 55 u 56 ta’ din il-Parti.

55. “Profitt jew telf minn assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ li ma jikkwalifikawx bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx” għandha tinkludi profitt jew telf iġġenerat minn assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ li ma jikkwalifikawx bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx.

56. Skont l-IFRS, il-qligħ jew it-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati għandu jiġi rrapportat fi ħdan il-“Profitt jew (-) telf qabel it-taxxa minn operazzjonijiet li ma tkomplewx” fejn jitqiesu bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx skont l-IFRS 5. Meta l-investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati jiġi rtirati r-rikonoxximent tagħhom mingħajr ma jkunu kklassifikati qabel bħala miżmuma għall-bejgħ u mingħajr ma jkunu kwalifikati bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx skont l-IFRS 5, kwalunkwe qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ dawn l-investimenti għandu jiġi rrapportat fi “Qligħ jew (-) telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, nett”, irrispettivament mill-metodu ta’ konsolidazzjoni applikat. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, kull qligħ u telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati għandu jiġi rrapportat fi “Qligħ jew telf (-) fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, nett”.

3.   IR-RAPPORT TAL-INTROJTU KOMPRENSIV (3)

57. “Qligħ jew (-) telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar ta’ strumenti ta’ ekwità fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tinkludi l-bidla fl-ineffettività akkumulata tal-ħeġġ f’ħeġġijiet fuq il-valur ġust li fihom l-entrata ħħeġġjata hija strument ta’ ekwità mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv. Il-bidla fl-ineffettività akkumulata tal-ħeġġ rrapportata f’din ir-ringiela għandha tkun id-differenza bejn il-bidliet fil-varjazzjoni tal-valur ġust tal-istrument ta’ ekwità rrapportata f’“Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (entrata ħħeġġjata)” u l-bidliet fil-varjazzjoni tal-valur ġust tad-derivattiv tal-iħħeġġjar irrapportati f’“Bidliet fil-valur ġust ta’ strumenti ta’ ekwità mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv (strument tal-iħħeġġjar)”.

58. “Ħeġġ ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin (porzjon effettiv)” għandha tinkludi l-bidla fir-riżerva ta’ qlib ta’ munita barranija akkumulata għall-porzjon effettiv ta’ ħeġġijiet kemm kontinwi kif ukoll li ma tkomplewx ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin.

59. Għal ħeġġijiet ta’ investiment nett f’operazzjonijiet barranin u ħeġġijiet tal-flussi tal-flus, l-ammonti rispettivi rrapportati fi “Trasferiti għal profitt jew telf” għandhom jinkludu l-ammonti trasferiti għax il-flussi ħħeġġjati seħħew u ma għadhomx mistennija li jseħħu.

60. “Strumenti tal-iħħeġġjar (mhux elementi speċifiċi)” għandha tinkludi l-bidliet fil-bidliet akkumulati fil-valur ġust ta’ dawn kollha li ġejjin fejn mhumiex speċifikati bħala komponent tal-iħħeġġjar:

(a) 

valur taż-żmien tal-opzjonijiet;

(b) 

elementi forward ta’ kuntratti forward;

(c) 

firxa tal-bażi tal-munita barranija ta’ strumenti finanzjarji.

61. Għall-opzjonijiet, l-ammonti riklassifikati għal profitt jew telf u rrapportati fi “Trasferiti għal profitt jew telf” għandhom jinkludu riklassifikazzjonijiet minħabba opzjonijiet li jiħħeġġjaw entrata hedged relatata ma’ tranżazzjoni u opzjonijiet li jiħħeġġjaw entrata ta’ ħeġġ relatata ma’ perjodu ta’ żmien.

62. “Strumenti ta’ dejn fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tinkludi qligħ jew telf fuq strumenti ta’ dejn imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv għajr qligħ jew telf minn indeboliment u qligħ jew telf mill-kambju tal-muniti barranin, li rispettivament għandhom jiġu rrapportati fi“(Indeboliment jew (-) treġġigħ lura tal-indeboliment fuq assi finanzjarji mhux imkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf)” u “f’“Differenzi tal-kambju (qligħ jew (-) telf), nett” fil-formola 2. B’mod partikolari, “Trasferit għal profitt jew telf” għandha tinkludi t-trasferiment għal profitt jew telf minħabba l-irtirar tar-rikonoxximent jew ir-riklassifikazzjoni fil-valur ġust permezz tal-kategorija ta’ kejl ta’ profitt jew telf.

63. Fejn assi finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ta’ kejl tal-kost amortizzat u fil-valur ġust permezz ta’ kategorija ta’ kejl ta’ introjtu ieħor komprensiv (IFRS 9.5.6.4), il-qligħ jew telf li jirriżultaw minħabba r-riklassifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati fi “Strumenti ta’ dejn fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv”.

64. Fejn ass finanzjarju jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz ta’ kategorija ta’ kejl ta’ introjtu ieħor komprensiv u fil-valur ġust permezz ta’ kategorija ta’ kejl ta’ profitt jew telf (IFRS 9.5.6.7) jew fil-kategorija ta’ kejl tal-kost amortizzat (IFRS 9.5.6.5), il-qligħ u t-telf kumulattiv riklassifikat preċedentement rikonoxxut f’introjtu ieħor komprensiv għandu jiġi rrapportat rispettivament fi “Trasferiti għal profitt jew telf” u f’“Riklassifikazzjonijiet oħrajn”, b’aġġustament, fl-aħħar każ, tal-ammont riportat tal-assi finanzjarju.

65. Għall-komponenti kollha tal-introjtu ieħor komprensiv, “Riklassifikazzjonijiet oħrajn” għandha tinkludi trasferimenti għajr ir-riklassifikazzjonijiet mill-introjtu ieħor komprensiv għall-profitt jew it-telf jew għall-ammont riportat inizjali ta’ entrati ħħeġġjati fil-każ ta’ ħeġġijiet tal-flussi tal-flus.

66. Skont l-IFRS “Taxxa fuq l-introjtu relatata ma’ entrati li mhumiex se jiġu rikklassifikati” u “Taxxa fuq l-introjtu relatata ma’ entrati li jistgħu jiġu rikklassifikati għal profitt jew (-) telf” (IAS 1.91 (b), IG6) għandhom jiġu rrapportati bħala entrati f’linja separati.

4.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI TAL-ASSI FINANZJARJI SKONT L-ISTRUMENT U SKONT IS-SETTUR TAL-KONTROPARTI (4)

67. L-assi finanzjarji għandhom jiġu diżaggregati skont il-portafoll u l-istrument tal-kontabilità u – fejn meħtieġ – skont il-kontroparti. Għal strumenti ta’ dejn imkejla b’valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor u b’kost amortizzat, l-ammont riportat gross ta’ assi u indebolimenti akkumulati għandu jiġi diżaggregat skont l-istadji ta’ indeboliment, ħlief meta dawn ikunu mixtrija jew jkunu assi finanzjarji oriġinati li huma indeboliti fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali kif definit fl-IFRS 9 Appendiċi A. Għal dawn l-assi, l-ammont riportat gross u l-indeboliment akkumulat għandhom jiġu rrapportati separatament, barra mill-istadji tal-indeboliment, fil-formoli 4.3.1 u 4.4.1.

68. Id-derivattivi rrapportati bħala assi finanzjarji ta’ negozjar skont il-GAAP abbażi tal-BAD jinkludu strumenti mkejla fil-valur ġust kif ukoll strumenti mkejla b’metodi bbażati fuq il-kost jew il-LOCOM.

69. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll dan l-Anness, “bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riksju ta’ kreditu” tfisser, għal skoperturi improduttivi, bidliet akkumlati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu fejn il-bidla netta akkumulata hija negattiva. Il-bidla netta akkumulata fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu għandha tiġi kkalkolata billi jingħaddu flimkien il-bidliet negattivi u pożittivi kollha fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu li seħħew sa mir-rikonoxximent tal-istrument ta’ dejn. Dak l-ammont għandu jiġi rrapportat biss jekk l-addizzjoni tal-bidliet pożittivi u negattivi fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu tirriżulta f’ammont negattiv. Il-valwazzjoni tal-istrumenti tad-dejn għandha titwettaq fil-livell ta’ strumenti finanzjarji individwali. Għal kull strument ta’ dejn “Bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu” għandha tiġi rrapportata sal-irtirar tar-rikonoxximent tal-istrument.

70. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, “indeboliment akkumulat” għandu jkollha t-tifsira li ġejja:

(a) 

għal strumenti ta’ dejn imkejla b’kost amortizzat jew b’metodu bbażat fuq il-kost, li ma humiex assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu, indeboliment akkumulat huwa l-ammont kumulattiv ta’ telf minn indeboliment, nett mill-użu u t-treġġigħ lura li ġie rikonoxxut, fejn xieraq għal kull wieħed mill-istadji ta’ indeboliment. L-indeboliment akkumulat inaqqas l-ammont riportat tal-istrument ta’ dejn permezz tal-użu ta’ kont ta’ kopertura skont l-IFRS u GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, jew permezz ta’ tnaqqis dirett li ma jikkostitwixxix każ ta’ irtirar tar-rikonoxximent skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD;

(b) 

għal strumenti ta’ dejn imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv skont l-IFRS li ma humiex mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu, l-indeboliment akkumulat huwa s-somma tat-telf ta’ kreditu mistenni u l-varjazzjonijiet tiegħu rikonoxxuti bħala tnaqqis tal-valur ġust fuq strument partikolari sa mir-rikonoxximent inizjali;

(c) 

għal strumenti ta’ dejn f’valur ġust permezz ta’ ekwità skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD soġġetti għal indeboliment, l-indeboliment akkumulat huwa l-ammont kumulattiv tat-telf ta’ indeboliment, nett mill-użu u t-treġġigħ lura li ġie rikonoxxut. It-tnaqqis fl-ammont riportat isir jew permezz tal-użu ta’ kont ta’ kopertura jew permezz ta’ tnaqqis dirett li ma jikkostitwixxix każ ta’ irtirar tar-rikonoxximent.

(d) 

għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu, l-istima inizjali tat-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja hija inkorporata fil-kalkolu tar-rata effettiva tal-imgħax aġġustata għall-kreditu u l-indeboliment akkumulat huwa s-somma tal-bidliet sussegwenti fit-telf ta’ kreditu mistenni tul il-ħajja mir-rikonoxximent inizjali li huma rikonoxxuti bħala varjazzjoni tal-ammont riportat/valur ġust fuq strument partikolari. Indeboliment akkumulat għal assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati jista’ jkun pożittiv f’każ ta’ qligħ minn indeboliment li jaqbeż kwalunkwe telf rikonoxxut qabel mill-indeboliment (IFRS 9.5.5.14).

71. Skont l-IFRS, l-indeboliment akkumulat għandu jinkludi l-kopertura għat-telf ta’ kreditu mistenni għal assi finanzjarji skont kull wieħed mill-istadji ta’ indeboliment speċifikati fl-IFRS 9 u l-kopertura għal għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, għandu jinkludi kopertura speċifika u ġenerali għar-riskju ta’ kreditu, kif ukoll il-kopertura ġenerali għar-riskju bankarju fejn dan inaqqas l-ammont riportat ta’ strumenti ta’ dejn. L-indeboliment akkumulat għandu jinkludi wkoll l-aġġustamenti tal-valur indott mir-riskju ta’ kreditu fuq assi finanzjarji skont il-LOCOM.

72. “Tħassir parzjali akkumulat” u “Tħassir totali akkumulat” għandhom jinkludu, rispettivament, l-ammont parzjali u totali akkumulat, fid-data ta’ referenza, ta’ kapital u mgħax u tariffi passati dovuti skaduti ta’ kwalunkwe strument ta’ dejn li sal-lum ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu bl-użu ta’ kwalunkwe wieħed mill-metodi deskritti fil-paragrafu 74 għax l-istituzzjoni ma għandha l-ebda aspettattiva raġonevoli li tirkupra l-flussi ta’ flus kuntrattwali. Dawk l-ammonti għandhom jiġu rrapportati sakemm jiġu totalment eżawriti d-drittijiet kollha tal-istituzzjoni li tirrapporta sal-iskadenza tal-perjodu tal-istatut ta’ limitazzjonijiet, maħfra jew kawżi oħrajn, jew sal-irkupru. Għaldaqstant, fejn l-ammonti mħassra ma jiġux rkuprati, għandhom jiġu rrapportati waqt li jkunu soġġetti għal attivitajiet ta’ infurzar.

73. Meta strument ta’ dejn eventwalment jitħassar kompletament minħabba tħassir parzjali suċċessiv, l-ammont kumulattiv imħassar għandu jiġi riklassifikat mit-“Tħassir parzjali akkumulat” għall-kolonna “Tħassir totali akkumulat”.

74. It-tħassir għandu jikkostitwixxi event ta’ rtirar tar-rikonoxximent u jirrigwarda assi finanzjarju fl-intier tiegħu jew parti minnu, inkluż meta l-modifika ta’ assi twassal lill-istituzzjoni biex tirrinunzja d-dritt tagħha li tiġbor flussi ta’ flus fuq parti minn dan l-assi jew minnu kollu kif spjegat aktar fil-paragrafu 72. It-tħassir għandu jinkludi l-ammonti kkważati kemm minn tnaqqis tal-ammont riportat ta’ assi finanzjarji rikonoxxuti direttament fi profitt jew telf kif ukoll minn tnaqqis fl-ammonti tal-kontijiet ta’ kopertura għat-telf ta’ kreditu mġarrab kontra l-ammont riportat ta’ assi finanzjarji.

75. Il-kolonna “li minnhom: Strumenti b’riskju ta’ kreditu baxx” għandha tinkludi strumenti li huma determinati li għandhom riskju ta’ kreditu baxx fid-data ta’ rapportar u li għalihom l-istituzzjoni tassumi li r-riskju ta’ kreditu ma żdiedx b’mod sinifikanti mir-rikonoxximent inizjali skont l-IFRS 9.5.5.10.

76. Riċevibbli tan-negozju fit-tifsira tal-IAS 1.54(h), assi ta’ kuntratt u riċevibbli ta’ lokazzjoni li għalihom ġie applikat l-approċċ issimplifikat tal-IFRS 9.5.5.15 għall-istima tal-kopertura ta’ telf għandhom jiġu rrapportati fi ħdan is-self u l-avvanzi fil-formola 4.4.1. Il-kopertura ta’ telf korrispondenti għal dawk l-assi li mhumiex mixtrija jew assi finanzjarji oriġinati b’indeboliment fil-kreditu għandu jiġi rrapportat jew f’“Indeboliment akkumulat fuq assi b’żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali iżda li mhumiex b’indeboliment fil-kreditu (Stadju 2)” jew f’“Indeboliment akkumulat fuq assi b’indeboliment fil-kreditu (Stadju 3)”, skont jekk ir-riċevibbli tan-negozju, l-assi tal-kuntratt jew ir-riċevibbli ta’ lokazzjoni skont l-approċċ issimplifikat humiex meqjusin assi b’indeboliment fil-kreditu.

78. Fil-formola 4.5, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammont riportat ta’ “Self u avvanzi” u “Titoli ta’ dejn” li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “dejn subordinat” fil-paragrafu 100 ta’ din il-Parti.

79. Fil-formola 4.8, l-informazzjoni li trid tiġi rrapportata tiddependi fuq jekk l-Assi Finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla fil-valur ġust għall-ekwità jistgħux ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ indeboliment fl-applikazzjoni tal-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD. Fejn dawk l-assi finanzjarji huma soġġetti għal indeboliment, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw f’din il-formola informazzjoni li tirrigwarda l-ammont riportat, l-ammont riportat gross ta’ assi mhux indeboliti u assi indeboliti, indeboliment akkumulat u tħassir akkumulat. Fejn dawn l-assi finanzjarji mhumiex soġġetti għal indeboliment, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu għal skoperturi improduttivi.

80. Fil-formola 4.9, assi finanzjarji mkejla skont LOCOM moderat u l-aġġustamenti għall-valur assoċjat tagħhom għandhom jiġu identifikati b’mod separat minn assi finanzjarji oħra mkejla b’metodu bbażat fuq il-kost u l-indeboliment assoċjat tagħhom. Assi finanzjarji skont metodu bbażat fuq il-kost, inkluż assi finanzjarji taħt LOCOM moderat, għandhom jiġu rrapportati bħala assi mhux indeboliti meta ma jkollhomx aġġustament tal-valur jew indeboliment assoċjat magħhom, u bħala assi indeboliti f’każ li jkollhom aġġustamenti tal-valur li jikkwalifikaw bħala indeboliment jew indeboliment assoċjat magħhom. Aġġustamenti tal-valur li jikkwalifikaw bħala indeboliment għandhom ikunu aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju ta’ kreditu li jirriflettu d-deterjorament tal-affidabbiltà kreditizja tal-kontroparti. Assi finanzjarji taħt LOCOM moderat b’aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju tas-suq li jirriflettu l-impatt tal-bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq fuq il-valur tal-assi ma għandhomx jitqiesu bħala indeboliti. Aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju ta’ kreditu akkumulat u mir-riskju tas-suq għandhom jiġu rrapportati b’mod separat.

81. Fil-formola 4.10, assi mkejla b’LOCOM strett kif ukoll l-aġġustamenti assoċjati fil-valur tagħhom għandhom jiġu rrapportati separatament minn assi taħt metodi tal-kejl oħra. Assi finanzjarji taħt LOCOM strett u assi finanzjarji taħt metodi tal-kejl oħra għandhom jiġu rrapportati bħala assi indeboliti f’każ li jkollhom aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju ta’ kreditu kif definit fil-paragrafu 80 jew indeboliment assoċjat magħhom. Assi finanzjarji taħt LOCOM strett b’aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju tas-suq kif definit fil-paragrafu 80 ma għandhomx jitqiesu bħala indeboliti. Aġġustamenti tal-valur indotti mir-riskju ta’ kreditu akkumulat u mir-riskju tas-suq għandhom jiġu rrapportati b’mod separat.

82. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, l-ammont ta’ koperturi ġenerali għal riskju bankarju li jridu jiġu rrapportati fil-formoli applikabbli għandhom ikunu biss il-parti li taffettwa l-ammont riportat ta’ strumenti ta’ dejn (Artikolu 37.2 tal-BAD).

5.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI TAS-SELF U L-AVVANZI MHUX TAN-NEGOZJAR SKONT IL-PRODOTT (5)

83. Self u avvanzi għajr dawk miżmuma għan-negozjar, assi tan-negozjar jew assi miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ prodott u skont is-settur tal-kontroparti għall-ammont riportat u skont it-tip ta’ prodotti għall-ammont riportat gross biss.

84. Il-bilanċi riċevibbli fuq domanda, klassifikati bħala “Flus, bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn” għandhom jiġu rrapportati wkoll f’dan il-formola irrispettivament minn kif jitkejlu.

85. Self u avvanzi għandhom jiġu allokati lill-prodotti li ġejjin:

(a) 

“fuq doamda (sejħa) u f’qasir żmien (kont kurrenti)” għandhom jinkludu bilanċi riċevibbli fuq domnda (sejħa), f’qasir żmien (sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fil-ġurnata wara dik li fiha saret id-domanda), kontijiet kurrenti u bilanċi simili inkluż self li huwa depożiti mil-lum għall-għada għall-mutwatarju (self li jrid jitħallas lura sa tmiem il-ġurnata tax-xogħol fil-ġurnata wara dik li fiha ngħata), irrispettivament mill-forma ġuridika tagħhom. Għandha tinkludi wkoll “overdrafts” li huma bilanċi tad-dejn fuq bilanċi tal-kont kurrenti u riżervi obbligatorji miżmuma fil-bank ċentrali;

(b) 

“Dejn fuq il-karta tal-kreditu” għandu jinkludi kreditu mogħti jew permezz ta’ karti tad-debitu mdewma jew permezz ta’ karti tal-kreditu kif definiti fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI;

(c) 

“Riċevibbli tan-negozju” għandha tinkludi self lil debituri oħrajn mogħti fuq il-bażi ta’ kambjala jew dokumenti oħrajn li jagħtu d-dritt li jiġi riċevut ir-rikavat ta’ tranżazzjonijiet għall-bejgħ ta’ prodotti jew l-għoti ta’ servizzi. Dik l-entrata għandha tinkludi l-fatturament kollu u t-tranżazzjonijiet simili, bħal aċċettazzjonijiet, xiri dirett ta’ riċevibbli tan-negozju, forfaiting, skontar tal-fatturazzjoni, kambjali, karti kummerċjali u pretensjonijiet oħra fejn l-istituzzjoni li tirrapporta tixtri r-riċevibbli tan-negozju (kemm b’fatturamenti kif ukoll mingħajru);

(d) 

“Lokazzjonijiet finanzjarji” għandha tinkludi l-ammont riportat ta’ riċevibbli ta’ lokazzjoni finanzjarja. Skont l-IFRS, “riċevibbli ta’ lokazzjoni finanzjarja” huma kif definiti fl-IAS 17;

(e) 

“Self ta’ retroriakkwist” għandu jinkludi finanzjament mogħti bi skambju għal titoli jew deheb mixtrija skont ftehimiet ta’ riakkwist jew mislufa skont ftehimiet ta’ self ta’titoli kif definit fil-paragrafi 183 u 184 ta’ din il-Parti;

(f) 

“Self b’terminu ieħor” għandha tinkludi bilanċi ta’ debitu b’maturitajiet jew terimini fissi b’mod kuntrattwali li mhumiex inklużi f’entrati oħrajn;

(g) 

“Avvanzi li mhumiex self” għandhom jinkludu avvanzi li ma jistgħux jiġu klassifikati bħala “self” skont it-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI. Dik l-entrata għandha tinkludi, fost l-oħrajn, ammonti grossi riċevibbli fir-rigward ta’ entrati ta’ sospiża (bħal fondi li qed jistennew investiment, trasferiment jew saldu) u entrati ta’ tranżitu (bħal ċekkijiet u forom oħrajn ta’ ħlas li ntbagħtu għall-ġbir).

86. Self u avvanzi għandhom jiġu kklassifikati abbażi tal-kollateral riċevut kif ġej:

(a) 

“Self kollateralizzat bi proprjetà immobbli” għandha tinkludi self u avvanzi formalment garantiti b’kollateral ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali, irrispettivament mill-proporzjon self mal-kollateral tagħhom (komunement imsejjaħ “self għall-valur”) u l-forma ġuridika tal-kollateral;

(b) 

“Self kollateralizzat ieħor” għandha tinkludi self u avvanzi formalment garantiti b’kollateral, irrispettivament mill-proporzjon tas-self mal-kollateral tagħhom (komunement imsejjaħ proporzjon tas-“self għall-valur” (LTV)) u l-forma ġuridika tal-kollateral, minbarra “Self kollateralizzat bi proprjetà immobbli”. Dak il-kollateral għandu jinkludi rahan ta’ titoli, flus u kollateral ieħor indipendentement mill-forma ġuridika tal-kollateral.

87. Self u avvanzi għandhom jiġu klassifikati abbażi tal-kollateral u irrispettivament mill-iskop tas-self. L-ammont riportat ta’ self u avvanzi garantiti b’aktar minn tip ta’ kollateral wieħed għandu jiġi klassifikat u rrapportat bħala kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli fejn dawk is-self u l-avvanzit huma garantiti permezz ta’ propjetà immobbli irrispettivament minn jekk humiex garantiti wkoll b’tipi oħra ta’ kollateral.

88. Self u avvanzi għandhom jiġu klassifikati abbażi tal-iskop tagħhom bħala:

(a) 

“Kreditu għall-konsum” għandu jinkludi self mogħti primarjament għall-konsum personali ta’ prodotti u servizzi, kif definiti fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI;

(b) 

“Self għax-xiri ta’ djar” għandu jinkludi kreditu estiż għal unitajiet domestiċi għall-finijiet ta’ investiment fi djar għall-użu personali jew kiri, inkluż bini u restawrar, kif definiti fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI.

89. Is-self għandu jiġi klassifikat abbażi ta’ kif jista’ jiġi rkuprat. “Self għall-finanzjament ta’ proġetti” għandha tinkludi self li jilħaq il-karatteristiċi ta’ skoperturi ta’ self speċjalizzat kif imsemmi fl-Artikolu 147(8) tas-CRR.

6.   DIŻAGGREGAZZJONI TA’ SELF U AVVANZI LIL KORPORAZZJONIJIET MHUX FINANZJARJI SKONT IL-KODIĊI NACE (6)

90. L-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji minbarra dawk inklużi fil-portafolli miżmuma għan-negozjar, assi tan-negozjar jew assi miżmuma għall-bejgħ, għandu jiġi kklassifikat skont is-settur tal-attivitajiet ekonomiċi bl-użu tal-Kodiċi NACE abbażi tal-attività prinċipali tal-kontroparti.

91. Il-klassifikazzjoni tal-iskoperturi mġarrba b’mod konġunt minn iktar minn obbligant wieħed għandha ssir skont il-paragrafu 43 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness.

92. Ir-rapportar tal-kodiċi NACE għandu jsir bl-ewwel livell ta’ diżaggregazzjoni (skont it-“taqsima”). L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw self u avvanzi lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji li jinvolvu ruħhom f’attivitajiet finanzjarji jew tal-assigurazzjoni f’“K – Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni”.

93. Skont l-IFRS, assi finanzjarji soġġetti għal indeboliment huma dawk inklużi fil-portafolli tal-kontabilità li ġejjin: (i) assi finanzjarji b’kost amortizzat, u (ii) assi finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, assi finanzjarji soġġetti għal indeboliment għandhom jinkludu assi finanzjarji mkejla b’metodu bbażat fuq il-kost, inkluż taħt il-LOCOM. Skont l-ispeċifikazzjonijiet f’kull GAAP nazzjonali, dawn jistgħu jinkludu (i) assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz tal-kwità, u (ii) assi finanzjarji taħt metodi tal-kejl oħrajn.

7.   L-ASSI FINANAZJARJI SOĠĠETTI GĦALL-INDEBOLIMENT LI HUMA SKADUTI (7)

94. L-ammont riportat ta’ strumenti ta’ dejn li huma inklużi fil-portafolli tal-kontabilità soġġetti għal indeboliment għandu jiġi rrapportat fil-formola 7.1 meta jkunu skaduti biss. Strumenti skaduti għandhom jiġu allokati lit-taqsimiet tal-skaduti korrispondenti abbażi tas-sitwazzjoni individwali tagħhom.

95. Il-portafolli tal-kontabilità soġġetti għal indeboliment għandhom ikunu assi finanzjarji soġġetti għal indeboliment, kif definiti bħal fil-paragrafu 93 ta’ din il-Parti.

96. Assi finanzjarji għandhom jikkwalifikaw bħala skaduti fejn kwalunkwe ammont ta’ kapital, imgħax jew tariffa ma tkunx tħallset fid-data li kien dovut. Skoperturi skaduti għandhom jiġu rrapportati għall-ammont riportat kollu tagħhom u diżaggregati skont l-għadd ta’ jiem tal-eqdem ammont skadut mhux imħallas fid-data ta’ referenza. Skont l-IFRS, l-ammonti riportati ta’ assi li mhumiex assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati għandhom jiġu rrapportati skont l-istadji ta’ indeboliment; l-ammont riportat ta’ assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati għandu jiġi rrapportat b’mod separat. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, l-assi skaduti għandhom jiġu rrapportati skont l-istatus ta’ indeboliment skont l-istandards tal-kontabbiltà applikabbli.

8.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI TA’ OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI (8)

97. Id-diżaggregazzjoni tad-“Depożiti” u tal-prodott għandhom jiġu ddefiniti skont it-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI. Depożiti ta’ tfaddil regolati għandhom jiġu kklassifikati skont ir-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI u jitqassmu skont il-kontroparti. B’mod partikolari, depożiti tat-tfaddil liberi mhux trasferibbli, li għad li jistgħu jinfdew b’mod legali fuq domanda, huma soġġetti għal penali u restrizzjonijiet sinifikanti u għandhom karatteristiċi li huma ferm simili għal depożiti mil-lum għall-għada, għandhom jiġu klassifikati bħala depożiti li jinfdew b’notifika.

98. “Titoli ta’ dejn maħruġa” għandha tiġi diżaggregata fit-tipi ta’ prodotti li ġejjin:

(a) 

“Ċertifikati ta’ depożiti” għandhom ikunu titoli li jippermettu lid-detenturi jirtiraw fondi minn kont;

(b) 

“Titoli garantiti b’assi” għandha tkun titoli derivati minn tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni kif definiti fil-punt (61) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR;

(c) 

“Bonds Koperti” skont l-Artikolu 129(1) tas-CRR;

(d) 

“Kuntratti ibridi” għandha tinkludi kuntratti b’derivattivi inkorporati li mhumiex inklużi fil-prodotti msemmija fil-punti (b) u (c) jew ikklassifikati bħala strumenti finanzjarji komposti konvertibbli skont il-punt (e);

(e) 

“Titoli ta’ dejn oħra maħruġa” għandha tkun titoli ta’ dejn li mhumiex inklużi fil-prodotti msemmija fil-punti (a) sa (d) u għandha tiddistingwi bejn strumenti finanzjarji komposti konvertibbli u strumenti mhux konvertibbli.

99. “Obbligazzjonijiet finanzjarji subordinati” maħruġa għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn imġarrba. Obbligazzjonijiet subordinati maħruġa fil-forma ta’ titoli għandhom jiġu klassifikati bħala “Titoli ta’ dejn maħruġa” u obbligazzjonijiet subordinati fil-forma ta’ depożiti huma klassifikati bħala “Depożiti”.

100. Il-formola 8.2 għandha tinkludi l-ammont riportat ta’ “Depożiti” u “Titoli ta’ dejn maħruġa” li għandhom ikunu dejn subordinat, kif determinat fit-Tabella tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI, ikklassifikati skont il-portafolli tal-kontabilità. Strumenti ta’ “dejn subordinat” jipprovdu pretensjoni sussidjarja fuq l-istituzzjoni emittenti li tista’ tiġi eżerċitata biss wara li jkunu ġew issodisfati l-pretensjonijiet kollha bi status ogħla.

101. “Bidliet akkumulati fil-valur ġust minħabba bidliet fir-riskju ta’ kreditu proprju” għandha tinkludi l-bidliet akkumulati fil-valur ġust msemmija kollha, irrispettivament humiex rikonoxxuti bħala profitt jew telf jew fl-introjtu ieħor komprensiv.

9.   IMPENJI TA’ SELF, GARANZIJI FINANZJARJI U IMPENJI OĦRAJN (9)

102. Skoperturi barra l-karta bilanċjali għandhom jinkludu l-entrati barra l-karta bilanċjali elenkati fl-Anness I tas-CRR. Fil-formoli 9.1, 9.1.1 u 9.2 l-iskoperturi kollha barra l-karta bilanċjali elenkati fl-Anness I tas-CRR għandhom jiġu diżaggregati f’impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn.

103. Informazzjoni dwar impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija u riċevuti għandha tinkludi impenji kemm revokabbli kif ukoll irrevokabbli.

104. Impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija elenkati fl-Anness I tas-CRR jistgħu jkunu strumenti li huma fl-ambitu tal-IFRS 9 fejn jitkejlu fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, jew fejn huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9, kif ukoll strumenti li huma fl-ambitu tal-IAS 37 jew l-IFRS 4.

105. Skont l-IFRS, impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija għandhom jiġu rrapportati fil-formola 9.1.1 fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe kundizzjoni minn dawn:

(a) 

huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9;

(b) 

huma speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9;

(c) 

huma fi ħdan l-ambitu tal-IAS 37 jew l-IFRS 4,

106. L-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala telf ta’ kreditu għall-garanziji finanzjarji u l-impenji mogħtija msemmija taħt il-punti (a) u (c) tal-paragrafu 105 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness għandhom jiġu rrapportati bħala provvedimenti irrispettivament mill-kriterji ta’ kejl applikati.

107. L-istituzzjonijiet skont l-IFRS għandhom jirrapportaw l-ammont nominali u l-provvedimenti tal-istrumenti li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9, inklużi dawk imkejla fil-kost inizjali nieqes l-introjtu kumulattiv rikonoxxut, diżaggregat skont l-istadji ta’ indeboliment, ħlief fejn huma meqjusa indeboliti fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali b’mod konsistenti mad-definizzjoni ta’ assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati tal-IFRS 9 Appendiċi A. Għal dawn l-iskoperturi, l-ammont nominali u l-provvedimenti għandhom jiġu rrapportati separatament, barra mill-istadji ta’ indeboliment fil-formola 9.1.1.

108. L-ammont nominali tal-impenn biss għandu jiġi rrapportat fil-formola 9.1.1 fejn strument ta’ dejn jinkludi kemm strument fil-karta bilanċjali kif ukoll komponent barra mill-karta bilanċjali. Fejn l-entità relatriċi ma tistax tidentifika b’mod separat it-telf ta’ kreditu mistenni fuq il-komponenti fil-karta bilanċjali u fuq dawk li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, it-telf ta’ kreditu mistenni fuq l-impenn għandu jiġi rrapportat flimkien mal-indeboliment akkumulat fuq il-komponent fil-karta bilanċjali. Fejn it-telf ta’ kreditu mistenni kkombinat jaqbeż l-ammont riportat gross tal-istrument ta’ dejn, il-bilanċ li jibqa’ tat-telf ta’ kreditu mistenni għandu jiġi rrapportat bħala provvediment fil-kolonna adegwata fil-formola 9.1.1 (IFRS 9.5.5.20 u IFRS 7.B8E).

109. Garanzija finanzjarja jew impenn sabiex self jingħata b’rata inqas minn dik tas-suq li jitkejjel skont l-IFRS 9.4.2.1(d) u li għalih il-kopertura għal telf tiġi determinata skont l-IFRS 9.5.5, għandu jiġi rrapportat fil-kolonna adegwata.

110. Fejn impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn jitkejlu fil-valur ġust skont l-IFRS 9, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw fil-formola 9.1.1 l-ammont nominali u l-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu ta’ dawk il-garanziji finanzjarji u impenji f’kolonni apposta. “Bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu” għandhom jiġu rrapportati bl-applikazzjoni tal-kriterji tal-paragrafu 69 ta’ din il-Parti.

111. L-ammont nominali u l-provvedimenti ta’ impenji jew garanziji oħrajn li huma fl-ambitu tal-IAS 37 jew l-IFRS 4 għandhom jiġu rrapportati f’kolonni apposta.

112. L-istituzzjonijiet taħt il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD għandhom jirrapportaw l-ammont nominali tal-impenji u l-garanziji finanzjarji msemmija fil-paragrafi 102 u 103 fil-formola 9.1, kif ukoll l-ammont ta’ provvedimenti li huma meħtieġa jinżammu kontra dawk l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali.

113. “Impenji ta’ self’” għandhom ikunu impenji sodi biex jiġi provdut kreditu b’termini u kundizzjonijiet speċifikati minn qabel, ħlief dawk li huma derivattivi għaliex jistgħu jiġu saldati netti fi flus jew billi jiġi fornit jew jinħareġ strument finanzjarju ieħor. L-entrati li ġejjin tal-Anness I tas-CRR għandhom jiġu klassifikati bħala “Impenji ta’ self”:

(a) 

“Depożiti forward”;

(b) 

“Faċilitajiet ta’ kreditu mhux irtirat” li jinkludu ftehimiet ta’ “self” jew jipprovdu “faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni” skont termini u kundizzjonijiet speċifikati minn qabel.

114. “Garanziji finanzjarji” għandhom ikunu kuntratti li jeħtieġu li l-emittent jagħmel pagamenti speċjali biex jirrimborża lid-detentur tat-telf li jġarrab, għaliex debitur speċifiku jonqos milli jagħmel pagament meta dan ikun dovut skont it-termini oriġinali jew modifikati ta’ strument ta’ dejn, inkluż garanziji provduti għal garanziji finanzjarji oħrajn. Skont l-IFRS, dawk il-kuntratti għandhom jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratti ta’ garanzija finanzjarja fl-IFRS 9.2.1(e) u l-IFRS 4.A. L-entrati li ġejjin tal-Anness I tas-CRR għandhom jiġu klassifikati bħala “garanziji finanzjarji”:

(a) 

“Garanziji li għandhom il-karattru ta’ sostitut ta’ kreditu”;

(b) 

“Derivattivi ta’ kreditu” li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ garanzija finanzjarja;

(c) 

“Ittri ta’ kreditu rrevokabli pendenti li jkollhom il-karattru ta’ sostituti ta’ kreditu”.

115. “Impenji oħrajn” għandha tinkludi l-entrati li ġejjin tal-Anness I tas-CRR:

(a) 

“Porzjon mhux imħallas tal-ishma u t-titoli mħallsa parzjalment”;

(b) 

“Dokumenti ta’ krediti maħruġa jew ikkonfermati”;

(c) 

“Entrati barra l-karta bilanċjali ta’ finanzjament tan-negozju”;

(d) 

“Dokumenti ta’ krediti li fihom konsenji sottostanti jaġixxu bħala kollateral u tranżazzjonijiet oħrajn awtolikwidanti”;

(e) 

“Garanziji u indennizzi” (inklużi bonds ta’ offerta u prestazzjoni) u “garanziji li ma għandhomx il-karattru ta’ sostituti tal-kreditu”;

(f) 

“Garanziji marittimi, bonds doganali u tat-taxxa”;

(g) 

“Faċilitajiet ta’ ħruġ ta’ noti” (NIFs) u “Faċilitajiet ċirkolanti ta’ sottoskrizzjoni” (RUFs);

(h) 

“Faċilitajiet ta’ kreditu mhux prelevat” li jinvolvu ftehimiet ta’ “self” jew forniment ta’ “faċilitajiet ta’ aċċettazzjoni” meta t-termini u l-kundizzjonijiet ma jkunux speċifikati minn qabel;

(i) 

“Faċilitajiet ta’ kreditu mhux prelevat” li jinvolvu ftehimiet ta’ “xiri ta’ titoli” jew “forniment ta’ garanziji”;

(j) 

“Faċilitajiet ta’ kreditu mhux prelevat għal garanziji tal-offerti u tal-prestazzjoni”;

(k) 

“Entrati oħrajn barra l-karta bilanċjali” fl-Anness I tas-CRR.

116. Skont l-IFRS, l-entrati li ġejjin huma rikonoxxuti fil-karta bilanċjali u, b’hekk, ma għandhomx jiġu rrapportati bħala skoperturi barra l-karta bilanċjali:

(a) 

“Derivattivi ta’ kreditu” li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ garanziji finanzjarji huma “derivattivi” skont l-IFRS 9;

(b) 

“Aċċettazzjonijiet” huma obbligi minn istituzzjoni sabiex mal-maturità jitħallas il-valur nominali ta’ kambjala, u dan normalment ikopri l-bejgħ tal-prodotti. Konsegwentement, huma klassifikati bħala “riċevibbli tan-negozju” fuq il-karta bilanċjali;

(c) 

“Il-ġira tal-kambjala” li ma jissodisfawx il-kriterji għall-irtirar tar-rikonoxximent skont l-IFRS 9;

(d) 

“Tranżazzjonijiet b’rikors” li ma jissodisfawx il-kriterji għall-irtirar tar-rikonoxximent skont IFRS 9;

(e) 

“Assi mixtrijin skont ftehimiet ta’ xiri forward dirett” huma “derivattivi” taħt l-IFRS 9;

(f) 

“Ftehimiet ta’ bejgħ u riakkwist ta’ assi kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 5 tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 86/635/KEE”. F’dawk il-kuntratti, iċ-ċessjonarju għandu l-għażla, iżda mhux l-obbligu, li jirritorna l-assi bi prezz miftiehem minn qabel f’data speċifikata jew f’data li għad trid tiġi speċifikata. Għalhekk, dawk il-kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ derivattivi fl-Appendiċi A tal-IFRS 9.

117. L-entrata “li minnhom: improduttivi” għandha tinkludi l-ammont nominali ta’ dawk l-impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn mogħtija li huma meqjusa bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 ta’ din il-Parti.

118. Għal garanziji finanzjarji, impenji ta’ self u impenji oħrajn mogħtija, “l-Ammont nominali” għandu jkun l-ammont li jirrappreżenta l-aħjar l-iskopertura massima tal-istituzzjoni għal riskju ta’ kreditu bla ma jittieħed inkunsiderazzjoni kwalunkwe kollateral miżmum jew tisħiħ ieħor tal-kreditu. B’mod partikolari, għall-garanziji finanzjarji mogħtija, l-ammont nominali għandu jkun l-ammont massimu li l-entità jkollha tħallas jekk il-garanzija tiġi msejħa. Għal impenji ta’ self, l-ammont nominali għandu jkun l-ammont mhux prelevat li l-istituzzjoni ħadet l-impenn li ssellef. L-ammonti nominali għandhom ikunu l-valuri tal-iskopertura qabel ma jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni u t-tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

119. Fil-formola 9.2, għal impenji ta’ self riċevuti, l-ammont nominali għandu jkun l-ammont totali mhux prelevat li l-kontroparti impenjat ruħha li ssellef lill-istituzzjoni. Għal impenji oħrajn riċevuti, l-ammont nominali għandu jkun l-ammont totali impenjat mill-parti l-oħra fit-tranżazzjoni. Għal garanziji finanzjarji riċevuti, “l-ammont massimu tal-garanzija li jista’ jitqies” għandu jkun l-ammont massimu li l-kontroparti jkollha tħallas jekk il-garanzija tiġi msejħa. Meta garanzija finanzjarja riċevuta tkun inħarġet minn aktar minn garanti wieħed, l-ammont garantit għandu jiġi rrapportat darba biss f’din il-formola; l-ammont garantit għandu jiġi allokat lill-garanti li huwa l-aktar rilevanti għall-mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu.

10.   DERIVATTIVI U KONTABILITÀ GĦALL-IĦĦEĠĠJAR (10 U 11)

120. Għall-finijiet tal-formoli 10 u 11, id-derivattivi għandhom jitqiesu jew bħala derivattivi għall-iħħeġġjar fejn jintużaw f’relazzjoni tal-iħħeġġjar kwalifikanti skont l-IFRS jew il-GAAP nazzjonali applikabbli abbażi tal-BAD jew bħala miżmuma għan-negozjar f’każijiet oħrajn.

121. L-ammont riportat u l-ammont nozzjonali tad-derivattivi miżmuma għan-negozjar, inklużi ħeġġijiet ekonomiċi kif ukoll id-derivattivi miżmuma għall-kontabilità għall-iħħeġġjar għandhom jiġu rrapportati diżaggregati skont it-tip ta’ riskju sottostanti, it-tip ta’ suq u t-tip ta’ prodott fil-formoli 10 u 11. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw id-derivattivi miżmuma għall-kontabilità għall-iħħeġġjar diżaggregati wkoll skont it-tip ta’ ħeġġ. L-informazzjoni dwar strumenti tal-iħħeġġjar mhux derivattivi għandha tiġi rrapportata b’mod separat, u diżaggregata skont it-tipi ta’ ħeġġijiet.

122. Skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, id-derivattivi kollha għandhom jiġu rrapportati f’dawn il-formoli irrispettivament minn jekk humiex rikonoxxuti fil-karta bilanċjali jew le skont il-GAAP nazzjonali rilevanti.

123. Id-diżaggregazzjoni tal-ammont riportat, il-valur ġust u l-ammont nozzjonali ta’ derivattivi ta’ negozjar u ħħeġġjar skont il-portafolli tal-kontabilità u t-tipi ta’ ħeġġijiet għandha tiġi implimentata b’kunsiderazzjoni tal-portafolli tal-kontabilità u t-tipi ta’ ħeġġijiet li huma applikabbli fl-IFRS jew fil-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, skont liema qafas japplika għall-entità relatriċi.

124. Derivattivi tan-negozjar u derivattivi tal-iħħeġġjar li, skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, jitkejlu skont il-kost jew il-LOCOM, għandhom jiġu identifikati b’mod separat.

125. Il-formola 11 għandha tinkludi strumenti tal-iħħeġġjar u entrati ħħeġġjati irrispettivament mill-istandard ta’ kontabilità użat għar-rikonoxximent ta’ relazzjoni ta’ ħeġġ kwalifikanti, inkluż fejn dik ir-relazzjoni ta’ ħeġġ kwalifikanti tkun tikkonċerna pożizzjoni netta. Fejn istituzzjoni għażlet li tibqa’ tapplika l-IAS 39 għall-kontabilità tal-iħħeġġjar (IFRS 9.7.2.21), ir-referenzi u l-ismijiet għat-tipi ta’ ħeġġijiet u portafolli tal-kontabilità għandhom jinqraw bħala r-referenzi u l-ismijiet rilevanti fl-IAS 39.9: “Assi finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” għandha tirreferi għal “Assi disponibbli għall-bejgħ” u “Assi b’kost amortizzat għandhom jinkludu “Miżmuma sal-maturità” kif ukoll “Self u riċevibbli”.

126. Derivattivi inklużi fi strumenti ibridi li ġew separati mill-kuntratt ospitanti għandhom jiġu rrapportati fil-formoli 10 u 11 skont in-natura tad-derivattiv. L-ammont tal-kuntratt ospitanti mhuwiex inkluż f’dawk il-formoli. Madankollu, fejn l-istrument ibridu jitkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, il-kuntratt għandu jiġi rrapportat bħala ħaġa sħiħa u d-derivattivi inkorporati ma għandhomx jiġu rrapportati fil-formoli 10 u 11.

127. L-impenji meqjusa bħala derivattivi (IFRS 9.2.3(b)) u d-derivattivi ta’ kreditu li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ garanzija finanzjarja fil-paragrafu 114 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness għandhom jiġu rrapportati fil-formola 10 u l-formola 11 bl-istess diżaggregazzjonijiet bħall-istrumenti derivattivi l-oħrajn, iżda ma għandhomx jiġu rrapportati fil-formola 9.

128. L-ammont riportat ta’ assi finanzjarji mhux derivattivi jew obbligazzjonijiet finanzjarji mhux derivattivi li huma rikonoxxuti bħala strument għall-iħħeġġjar fl-applikazzjoni ta’ IFRS jew il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD għandhom jiġu rrapportati b’mod separat fil-formola 11.3.

10.1.    Klassifikazzjoni tad-derivattivi skont it-tip ta’ riskju

129. Id-derivattivi kollha għandhom jiġu klassifikati f’waħda mill-kategoriji ta’ riskju li ġejjin:

(a) 

rata tal-imgħax: Id-derivattivi tar-rata tal-imgħax għandhom ikunu kuntratti relatati ma’ strument finanzjarju bl-imgħax li l-flussi ta’ flus tiegħu huma ddeterminati b’rati tal-imgħax ta’ referenza jew b’kuntratt tar-rata tal-imgħax bħal opzjoni fuq kuntratt tal-futuri għax-xiri ta’ kambjala tat-teżor. Dik il-kategorija għandha tkun limitata għal dawk in-negozji fejn il-komponenti kollha jkunu esposti għal rata tal-imgħax ta’ munita waħda biss. B’hekk għandha teskludi kuntratti li jinvolvu l-iskambju ta’ munita barranija waħda jew aktar bħal swaps tal-muniti u opzjonijiet ta’ muniti, u kuntratti oħrajn li l-karatteristika tar-riskju predominanti tagħhom hija r-riskju tal-kambju tal-muniti barranin, li għandhom jiġu rrapportati bħala kuntratti ta’ kambju tal-muniti barranin. L-unika eċċezzjoni hija meta l-iswaps bejn il-muniti jintużaw bħala parti minn ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax, fejn għandhom jiġu rrapportati fir-ringieli apposta għal dawk it-tipi ta’ ħeġġijiet. Kuntratti tar-rata tal-imgħax għandhom jinkludu ftehimiet ta’ rati forward, swaps ta’ rati tal-imgħax fuq muniti singoli, futuri tar-rati tal-imgħax, opzjonijiet tar-rati tal-imgħax (inklużi limiti massimi, collars u kurituri), swaps tar-rati tal-imgħax u ċertifikati tar-rati tal-imgħax;

(b) 

ekwità: Derivattivi ta’ ekwità għandhom ikunu kuntratti li għandhom redditu, jew porzjon tar-redditu tagħhom, marbut mal-prezz ta’ ekwità partikolari jew ma’ indiċi ta’ prezzijiet tal-ekwità;

(c) 

munita barranija u deheb: Dawn id-derivattivi għandhom jinkludu kuntratti li jinvolvu l-iskambju ta’ muniti fis-suq forward u l-iskopertura għad-deheb. Għalhekk għandhom ikopru forwards diretti, swaps tal-kambju tal-muniti barranin, swaps ta’ muniti (inklużi swaps tar-rati tal-imgħax bejn il-muniti), futuri tal-muniti, opzjonijiet tal-muniti, swaps tal-muniti u ċertifikati tal-muniti. Id-derivattivi tal-muniti barranin għandhom jinkludu n-negozji kollha li jinvolvu skopertura għal aktar minn munita waħda, kemm jekk f’rati tal-kambju kif ukoll jekk f’rati tal-imgħax, ħlief fejn jintużaw swaps bejn il-muniti bħala parti minn ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax. Kuntratti tad-deheb għandhom jinkludu n-negozji kollha li jinvolvu skopertura għal dik il-kommodità;

(d) 

kreditu: Id-derivattivi ta’ kreditu għandhom ikunu kuntratti li fihom l-iżborż huwa marbut primarjament ma’ xi miżura ta’ affidabbiltà kreditizja ta’ kreditu ta’ referenza partikolari u li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ garanziji finanzjarji (IFRS 9.4.2.1 (c)). Il-kuntratti għandhom jispeċifikaw skambju ta’ pagamenti li fihom tal-inqas waħda miż-żewġ komponenti hija ddeterminata mill-prestazzjoni tal-kreditu ta’ referenza. L-iżborżi jistgħu jkunu skattati minn għadd ta’ eventi, inklużi inadempjenza, tniżżil fil-klassifikazzjoni jew bidla stipulata fil-firxa tal-kreditu tal-assi ta’ referenza. Id-derivattivi ta’ kreditu li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ garanzija finanzjarja fil-paragrafu 114 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness għandhom jiġu rrapportati biss fil-formola 9;

(e) 

komodità: Dawn id-derivattivi għandhom ikunu kuntratti li għandhom redditu, jew sehem mir-redditu tagħhom, marbut mal-prezz ta’, jew ma’ indiċi tal-prezzijiet ta’, komodità bħal metall prezzjuż (minbarra deheb), żejt mhux maħdum, injam jew prodotti agrikoli;

(f) 

oħrajn: dawk id-derivattivi għandhom ikunu kwalunkwe kuntratt derivattiv ieħor, li ma jinvolvix skopertura għar-riskju tal-kambju tal-muniti barranin, tar-rata tal-imgħax, tal-ekwità, tal-komoditajiet jew tal-kreditu bħal derivattivi klimatiċi jew derivattivi tal-assigurazzjoni.

130. Meta derivattiv ikun influwenzat minn aktar minn tip wieħed ta’ riskju sottostanti, l-istrument għandu jkun allokat għat-tip ta’ riskju l-aktar sensittiv. Għal derivattivi b’bosta skoperturi, f’każijiet ta’ inċertezza, in-negozji għandhom jiġu allokati skont l-ordni ta’ preċedenza li ġejja:

(a) 

komoditajiet: It-tranżazzjonijiet derivattivi kollha li jinvolvu skopertura għal komodità jew indiċi tal-kommodità, kemm jekk jinvolvu skopertura konġunta jew le f’komoditajiet u kwalunkwe kategorija ta’ riskju oħra li tista’ tinkludi kambju, rata tal-imgħax jew ekwità, għandhom jiġu rrapportati f’din il-kategorija;

(b) 

ekwitajiet: Bl-eċċezzjoni ta’ kuntratti bi skopertura konġunta għal kommoditajiet u ekwitajiet, li għandhom jiġu rapportati bħala komoditajiet, it-tranżazzjonijiet derivattivi kollha b’rabta mal-prestazzjoni tal-ekwitajiet jew indiċi tal-ekwitajiet għandhom jiġu rrapportati fil-kategorija tal-ekwità. In-negozji tal-ekwità bi skopertura għal rati tal-kambju jew tal-imgħax għandhom jiġu inklużi f’din il-kategorija;

(c) 

munita barranija u deheb: Din il-kategorija għandha tinkludi t-tranżazzjonijiet derivattivi kollha (bl-eċċezzjoni ta’ dawk diġà rrapportati fil-kategoriji tal-komodità jew tal-ekwità) bi skopertura għal iktar minn munita waħda, kemm jekk tappartjeni għal strumenti finanzjarji bl-imgħax kif ukoll jekk tappartjeni għal rati tal-kambju ħlief fejn jintużaw swaps bejn il-muniti bħala parti minn ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax.

10.2.    L-ammonti li għandhom jiġu rrapportati għal derivattivi

131. Skont l-IFRS, l-“ammont riportat” għad-derivattivi kollha (iħħeġġjar jew negozjar) għandu jkun il-valur ġust. Derivattivi b’valur ġust pożittiv (ogħla minn żero) għandhom ikunu “assi finanzjarji” u derivattivi b’valur ġust negattiv (taħt iż-żero) għandhom ikunu “obbligazzjonijiet finanzjarji”. L-“ammont riportat” għandu jiġi rrapportat b’mod separat għal derivattivi b’valur ġust pożittiv (“assi finanzjarji”) u għal dawk b’valur ġust negattiv (“obbligazzjonijiet finanzjarji”). Fid-data ta’ rikonoxximent inizjali, derivattiv għandu jiġi klassifikat bħala “assi finanzjarju” jew “obbligazzjoni finanzjarja” skont il-valur ġust inizjali tiegħu. Wara r-rikonoxximent inizjali, hekk kif il-valur ġust ta’ derivattiv jitla’ jew jinżel, it-termini tal-iskambju jistgħu jsiru jew favorevoli għall-istituzzjoni (u d-derivattiv jiġi klassifikat bħala “assi finanzjarju”) jew mhux favorevoli (u d-derivattiv jiġi klassifikat bħala “obbligazzjoni finanzjarja”). L-ammont riportat ta’ derivattivi tal-iħħeġġjar għandu jkun il-valur ġust sħiħ tagħhom, inklużi fejn applikabbli l-komponenti ta’ dan il-valur ġust li mhumiex speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar.

132. Minbarra l-ammonti riportati kif definiti fil-paragrafu 27 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness, il-valuri ġusti għandhom jiġu rrapportati mill-istituzzjonijiet li jirrapportaw skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD għall-istrumenti derivattivi kollha, sew jekk meħtieġa jiġu rreġistrati fil-karta bilanċjali sew jekk barra l-karta bilanċjali skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD.

133. L-“Ammont nozzjonali” għandu jkun in-nominal gross tan-negozji kollha konklużi u li jkunu għadhom mhumiex saldati fid-data ta’ referenza, irrispettivament minn jekk dawk in-negozji jwasslux għar-reġistrar ta’ skoperturi derivattivi fil-karta bilanċjali jew le. B’mod partikolari, għandu jitqies dan li ġej sabiex jiġi ddeterminat l-ammont nozzjonali:

(a) 

għal kuntratti b’ammonti kapitali nominali jew nozzjonali varjabbli, il-bażi għar-rapportar għandha tkun l-ammonti kapitali nominali jew nozzjonali fid-data ta’ referenza;

(b) 

il-valur tal-ammont nozzjonali li għandu jiġi rrapportat għal kuntratt derivattiv b’komponent multiplikatur għandu jkun l-ammont nozzjonali effettiv tal-kuntratt jew il-valur nominali;

(c) 

swaps: L-ammont nozzjonali ta’ swap għandu jkun l-ammont prinċipali sottostanti li fuqu huwa bbażat l-iskambju tal-imgħax, il-kambju jew dħul jew infiq ieħor;

(d) 

kuntratti marbutin ma’ ekwità u komodità: L-ammont nozzjonali li għandu jiġi rrapportat għal kuntratt ta’ ekwità jew komodità għandu jkun il-kwantità tal-komodità jew tal-ekwità kuntrattat għax-xiri jew il-bejgħ multiplikat bil-prezz tal-kuntratt ta’ unità. L-ammont nozzjonali li għandu jiġi rrapportat għal kuntratti ta’ komodità bi skambji multipli ta’ kapital għandu jkun l-ammont kuntrattwali multiplikat bin-numru ta’ skambji li jifdal ta’ kapital fil-kuntratt;

(e) 

derivattivi ta’ kreditu: L-ammont tal-kuntratt li għandu jiġi rrapportat għal derivattivi ta’ kreditu għandu jkun il-valur nominali tal-kreditu ta’ referenza rilevanti;

(f) 

opzjonijiet diġitali għandhom gwadanji predefiniti li jistgħu jkunu jew ammont monetarju jew għadd ta’ kuntratti ta’ sottostanti. L-ammont nozzjonali għal opzjonijiet diġitali għandu jkun jew l-ammont monetarju predefinit jew il-valur ġust tas-sottostanti fid-data ta’ referenza.

134. Il-kolonna “Ammont nozzjonali” ta’ derivattivi għandha tinkludi, għal kull entrata, is-somma tal-ammonti nozzjonali tal-kuntratti kollha li fihom l-istituzzjoni hija kontroparti, irrispettivament minn jekk id-derivattivi jitqisux assi jew obbligazzjonijiet fuq il-profil tal-karta bilanċjali jew jekk ma jiġux irreġistrati fil-karta bilanċjali. L-ammonti nozzjonali kollha għandhom jiġu rrapportati irrispettivament minn jekk il-valur ġust tad-derivattivi huwiex pożittiv, negattiv jew ugwali għal żero. Netting bejn l-ammonti nozzjonali ma għandux ikun permess.

135. L-“Ammont nozzjonali” għandu jiġi rrapportat skont it-“otal” u skont “li minnhom: mibjugħa” għall-entrati: “Opzjonijiet OTC”, “Opzjonijiet ta’ suq regolat”, “Kreditu”, “Komodità” u “Oħrajn”. L-entrata “li minnhom mibjugħin” għandha tinkludi l-ammonti nozzjonali (prezz tal-eżerċitar) tal-kuntratti li fihom il-kontropartijiet (detenturi tal-opzjoni) tal-istituzzjoni (bejjiegħa tal-opzjoni) għandhom id-dritt li jeżerċitaw l-opzjoni u għall-entrati relatati ma’ derivattivi tar-riskju ta’ kreditu, l-ammonti nozzjonali tal-kuntratti li fihom l-istituzzjoni (bejjiegħa ta’ protezzjoni) biegħet (tagħti) protezzjoni lill-kontropartijiet tagħha (xerrejja ta’ protezzjoni).

136. L-allokazzjoni ta’ tranżazzjoni bħala “OTC” jew “Suq organizzat” għandha tkun ibbażata fuq in-natura tas-suq fejn issir it-tranżazzjoniu mhux fuq jekk hemmx obbligu tal-ikklejar mandatorju għal dik it-tranżazzjoni. “Suq organizzat” huwa suq regolat fit-tifsira tal-punt (92) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR. Għaldaqstant, fejn entità relatriċi tidħol f’kuntratt derivattiv f’suq OTC fejn l-ikklejar ċentrali huwa obbligatorju, din għandha tikklassifika dik id-derivattiva bħala “OTC” u mhux bħala “Suq organizzat”.

10.3.    Id-derivattivi klassifikati bħala “ħeġġijiet ekonomiċi”

137. Id-derivattivi li huma miżmuma għal skopijiet ta’ ħħeġġjar iżda li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex ikunu strumenti effettivi għall-iħħeġġjar skont l-IFRS 9, skont l-IAS 39 fejn l-IAS 39 huwa applikat għal skopijiet ta’ kontabilità għall-iħħeġġjar jew bil-qafas tal-kontabilità skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, għandhom jiġu rrapportati fil-formola 10 bħala “ħeġġijiet ekonomiċi”. Dan għandu japplika wkoll għall-każijiet li ġejjin kollha:

(a) 

derivattivi li jiħħeġġjaw strumenti azzjonarji mhux kwotati li għalihom il-kost jista’ jkun stima xierqa tal-valur ġust;

(b) 

derivattivi ta’ kreditu mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf użati fil-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju kollu jew parti minnu, li huwa speċifikat bħala mkejjel fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fi, jew sussegwenti għal, rikonoxximent inizjali, jew waqt li ma jkunx rikonoxxut skont l-IFRS 9.6.7.;

(c) 

derivattivi li huma klassifikati bħala “miżmuma għan-negozjar” skont l-Appendiċi A għall-IFRS 9 jew klassifikati bħala assi tan-negozjar skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD iżda li mhumiex parti mill-portafoll tan-negozjar kif definit fil-punt (86) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR.

138. “ħeġġijiet ekonomiċi” ma għandhomx jinkludu derivattivi għan-negozjar għan-nom proprju.

139. Derivattivi li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ “ħeġġijiet ekonomiċi” għandhom ikunu rrappurtati b’mod separat fil-formola 10 għal kull tip ta’ riskju.

140. Id-derivattivi ta’ kreditu użati fil-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju kollu jew parti minnu, li huwa speċifikat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fi, jew sussegwenti għal, rikonoxximent inizjali, jew waqt li ma jkunx rikonoxxut skont l-IFRS 9.6.7 għandhom jiġu rrapportati f’ringiela apposta fil-formola 10 f’riskju ta’ kreditu. ħeġġijiet ekonomiċi oħrajn tar-riskju ta’ kreditu li għalihom l-entità relatriċi ma tapplikax l-IFRS 9.6.7 għandhom jiġu rrapportati b’mod separat.

10.4.    Diżaggregazzjoni tad-derivattivi skont is-settur tal-kontroparti

141. L-ammont riportat u l-ammont totali nozzjonali tad-derivattivi miżmuma għan-negozjar, u anki tad-derivattivi miżmuma għall-kontabilità għall-iħħeġġjar, li huma nnegozjati fis-suq OTC, għandhom jiġu rrapportati mill-kontroparti bl-użu tal-kategoriji li ġejjin:

(a) 

“istituzzjonijiet ta’ kreditu”;

(b) 

“korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn”;

(c) 

“il-bqija” tinkludi l-kontropartijiet l-oħrajn kollha.

142. Id-derivattivi OTC kollha, irrispettivament mit-tip ta’ riskju li huma relatati miegħu, għandhom jiġu diżaggregati skont dawn il-kontropartijiet.

10.5.    Kontabilità għall-iħħeġġjar taħt il-GAAP nazzjonali (11.2)

143. Fejn il-GAAP nazzjonali skont il-BAD ikunu jeħtieġu l-allokazzjoni tad-derivattivi tal-iħħeġġjar għal kategoriji kollha ta’ ħeġġijiet, id-derivattivi tal-iħħeġġjar għandhom jiġu rrapportati b’mod separat għal kull waħda mill-kategoriji applikabbli: “ħeġġijiet tal-valur ġust”, “ħeġġijiet tal-fluss ta’ flus”, “ħeġġijiet tal-prezz tal-kost”, “ħeġġ f’investimenti netti f’operazzjoni barranija”, “ħeġġijiet fuq il-valur ġust tal-portafoll tar-riskju tar-rata tal-imgħax” u “ħeġġijiet tal-fluss ta’ flus tal-portafoll tar-riskju tar-rata tal-imgħax”.

144. Fejn applikabbli skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, “ħeġġijiet fuq il-prezz tal-kost” għandhom jirreferu għal kategorija tal-iħħeġġjar li fiha d-derivattiv tal-iħħeġġjar ikun ġeneralment mkejjel skont il-kost.

10.6.    L-ammont li għandu jiġi rrapportat għal strumenti tal-iħħeġġjar mhux derivattivi (11.3 u 11.3.1)

145. Għal strumenti ta’ iħħeġġjar mhux derivattivi, l-ammont li għandu jiġi rrapportat għandu jkun l-ammont riportat ta’ dawk l-istrumenti ta’ ħħeġġjar mhux derivattivi skont ir-regoli ta’ kejl applikabbli fl-IFRS jew fil-GAAP abbażi tal-BAD għall-portafolli ta’ kontabilità li jappartjenu għalihom. L-ebda “ammont nozzjonali” ma għandu jiġi rrapportat għal strumenti tal-iħħeġġjar mhux derivattivi.

10.7.    Entrati ħħeġġjati f’ħeġġijiet fuq il-valur ġust (11.4)

146. L-ammont riportat ta’ entrati ħħeġġjati f’ħeġġ fuq il-valur ġust rikonoxxut fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandu jiġi diżaggregat skont il-portafoll tal-kontabilità u t-tip ta’ riskju ħħeġġjat għal assi finanzjarji ħħeġġjati u obbligazzjonijiet finanzjarji ħħeġġjati. Meta strument finanzjarju jiġi ħħeġġjat għal aktar minn riskju wieħed, għandu jiġi rrapportat fit-tip ta’ riskju li fih għandu jiġi rrapportat l-istrument tal-iħħeġġjar f’konformità mal-paragrafu 129.

147. “Mikroħeġġijiet” għandhom ikunu ħeġġijiet minbarra ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax skont l-IAS 39.89 A. Mikroħeġġijiet għandhom jinkludu ħeġġijiet ta’ pożizzjonijiet netti żero kif imsemmija skont l-IFRS 9.6.6.6.

148. “Aġġustamenti tal-ħeġġ fuq mikroħeġġijiet” għandha tinkludi l-aġġustamenti kollha tal-ħeġġ għall-mikroħeġġijiet kollha kif definit fil-paragrafu 147.

149. “Aġġustamenti tal-ħeġġ inklużi fl-ammont riportat ta’ assi/obbligazzjonijiet” għandha tkun l-ammont akkumulat tal-qligħ u t-telf fuq l-entrati ħħeġġjati li aġġustaw l-ammont riportat ta’ dawk l-entrati u li ġew rikonoxxuti fi profitt jew telf. Aġġustamenti tal-ħeġġ għall-entrati ħħeġġjati li huma ekwitajiet imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv għandhom jiġu rrapportati fil-formola 1.3. Aġġustamenti tal-ħeġġ għal impenji sodi mhux rikonoxxuti jew komponent tagħhom ma għandhomx jiġu rrapportati.

150. “L-aġġustamenti li jifdal għal mikroħeġġijiet li ma tkomplewx inklużi ħeġġijiet ta’ pożizzjonijiet netti” għandha tinkludi dawk l-aġġustamenti tal-ħeġġ li, wara li twaqqfet ir-relazzjoni tal-ħeġġ u t-tmiem tal-aġġustament ta’ entrati ħħeġġjati għall-qligħ u t-telf tal-iħħeġġjar, ikunu għadhom iridu jiġu amortizzati għall-profitt jew it-telf permezz ta’ rata effettiva tal-imgħax ikkalkolata mill-ġdid għal entrati ħħeġġjati mkejlin b’kost amortizzat, jew għall-ammont li jirrappreżenta l-qligħ jew it-telf tal-iħħeġġjar kumulattiv preċedentement rikonoxxut għal assi ħħeġġjati mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv.

151. Fejn grupp ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji, inkluż grupp ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji li jikkostitwixxu pożizzjoni netta, ikun eliġibbli bħala entrata ħħeġġjata, assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li jikkostitwixxu dak il-grupp għandhom jiġu rrapportati fl-ammont riportat tagħhom fuq bażi grossa, qabel in-netting bejn l-istrumenti fil-grupp, “Assi jew obbligazzjonijiet inklużi f’ħeġġ ta’ pożizzjoni netta (qabel in-netting)”.

152. “Entrati ħħeġġjati fil-ħeġġ fil-portafoll fuq ir-riskju tar-rata tal-imgħax” għandha tinkludi assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji f’ħeġġ fuq il-valur ġust tal-iskopertura tar-rata tal-imgħax ta’ portafoll ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji. Dawk l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati fl-ammont riportat tagħhom fuq bażi grossa, qabel in-netting bejn l-istrumenti fi ħdan il-portafoll.

11.   ĊAQLIQ FIL-KOPERTURI U L-PROVVEDIMENTI GĦAL TELF TA’ KREDITU (12)

11.1.    Iċ-ċaqliq fil-koperturi għal telf u indeboliment ta’ kreditu ta’ strumenti ta’ ekwità skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD (12.0)

153. Il-formola 12.0 tinkludi rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tal-kont ta’ kopertura għal assi finanzjarji mkejla skont metodi bbażati fuq il-kost, kif ukoll għal assi finanzjarji skont metodi oħrajn ta’ kejl jew imkejla fil-valur ġust permezz ta’ ekwità meta l-GAAP nazzjonali taħt il-BAD jeħtieġ li dawk l-assi jkunu soġġetti għal indeboliment (inklużi bilanċi ta’ flus kontanti f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn). Aġġustamenti tal-valur fuq assi mkejla fl-inqas bejn il-kost u s-suq ma għandhomx jiġu rrapportati fil-formola 12.0.

154. “Żidiet dovuti għal ammonti mwarrbin għal telf minn self stmat matul il-perjodu” għandhom jiġu rrapportati meta, għall-kategorija ewlenija ta’ assi jew il-kontroparti, l-istima tal-indeboliment għall-perjodu tirriżulta fir-rikonoxximent tal-ispejjeż netti; jiġifieri, għall-kategorija jew kontroparti inkwistjoni, iż-żidiet fl-indeboliment għall-perjodu jeċċedu t-tnaqqis. “Tnaqqis dovut għal ammonti mreġġgħin lura għal telf minn self stmat matul il-perjodu” għandhom jiġu rrapportati meta, għall-kategorija ewlenija ta’ assi jew kontroparti, l-istima tal-indeboliment għall-perjodu tirriżulta fir-rikonoxximent tal-introjtu nett; jiġifieri għall-kategorija jew il-kontroparti inkwistjoni, it-tnaqqis fl-indeboliment għall-perjodu jaqbeż iż-żidiet.

155. Il-bidliet fl-ammonti ta’ kopertura minħabba ripagament u disponimenti ta’ assi finanzjarji għandhom jiġu rrapportati f’“Aġġustamenti oħrajn”. It-tħassir għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafi 72 sa 74.

11.2.    Ċaqliq fil-koperturi u l-provvedimenti għal telf ta’ kreditu skont l-IFRS (12.1)

156. Il-formola 12.1 tinkludi rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tal-kont ta’ provvediment għal assi finanzjarji mkejla b’kost amortizzat u fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv diżaggregat skont l-istadji ta’ indeboliment, skont l-istrument (inklużi bilanċi ta’ flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn) u skont il-kontroparti. Rikonċiljazzjoni separata għal assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu għandha tiġi rrapportata fil-formola.

157. Il-provvedimenti għal skoperturi barra l-karta bilanċjali li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9 għandhom jiġu rrapportati skont l-istadji ta’ indeboliment u b’mod separat għal skoperturi mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu. L-indeboliment għal impenji ta’self għandhom jiġu rrapportati bħala provvedimenti biss fejn mhumiex ikkunsidrati flimkien mal-indeboliment ta’ assi fil-karta bilanċjali skont l-IFRS 9.7.B8E u l-paragrafu 108 ta’ din il-parti. Iċ-ċaqliq fil-provvedimenti għal impenji u garanziji finanzjarji mkejla skont l-IAS 37 u garanziji finanzjarji trattati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni skont l-IFRS 4 ma għandhomx jiġu rrapportati f’din il-formola iżda fil-formola 43. Il-bidliet fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu ta’ impenji u garanziji finanzjarji mkejla fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9 ma għandhomx jiġu rrapportati f’din il-formola iżda fl-entrata “Qligħ jew (-) telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, nett” skont il-paragrafu 50 ta’ din il-Parti.

158. L-entrati “li minnhom: koperturi mkejlin b’mod kollettiv” u “li minnhom: koperturi mkejlin b’mod individwali” għandhom jinkludu l-movimenti fl-ammont kumulattiv ta’ indeboliment relatat ma’ assi finanzjarji li ġew imkejlin fuq bażi kollettiva jew individwali.

159. “Żidiet dovuti għal oriġinazzjoni u akkwiżizzjoni” għandhom jinkludu l-ammont ta’ żidiet fit-telf mistenni kontabilizzat fir-rikonoxximent inizjali ta’ assi finanzjarji oriġinati jew akkwistati. Dik iż-żieda fil-kopertura għandha tiġi rrapportata fl-ewwel data ta’ referenza ta’ rapportar wara l-oriġinazzjoni jew l-akkwiżizzjoni ta’ dawk l-assi finanzjarji. Iż-żidiet jew it-tnaqqis fit-telf mistenni fuq dawk l-assi finanzjarji wara r-rikonoxximent inizjali tagħhom għandhom jiġu rrapportati f’kolonni oħrajn. L-assi oriġinati jew akkwistati għandhom jinkludu assi li jirriżultaw mill-prelevament ta’ impenji barra l-karta bilanċjali mogħtija.

160. “Tnaqqis minħabba l-irtirar tar-rikonoxximent” għandu jinkludi l-ammont ta’ bidliet fil-koperturi minħabba assi finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom ġie ritirat totalment fil-perjodu ta’ referenza tar-rapportar għal raġunijiet għajr tħassir, li jinkludu trasferimenti għal partijiet terzi jew l-iskadenza tad-drittijiet kuntrattwali minħabba ħlas lura sħiħ, disponiment ta’ dawk l-assi finanzjarji jew it-trasferiment tagħhom f’portafoll tal-kontabilità ieħor. Il-bidla fil-kopertura għandha tiġi rikonoxxuta f’din il-kolonna fl-ewwel data ta’ referenza ta’ rapportar wara r-ripagament, id-disponiment jew it-trasferiment. Għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta bilanċjali, din l-entrata għandha tinkludi wkoll it-tnaqqis fl-indeboliment dovut għall-entrata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali li ssir assi fil-karta bilanċjali.

161. “Bidliet minħabba bidla fir-riskju ta’ kreditu (nett)” għandha tinkludi l-ammont nett ta’ bidliet fit-telf mistenni fit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar minħabba żieda jew tnaqqis fir-riskju ta’ kreditu sa mir-rikonoxximent inizjali irrispettivament minn jekk dawk il-bidliet wasslux għal trasferiment tal-assi finanzjarju għal stadju ieħor. L-impatt fuq il-kopertura minħabba ż-żieda jew it-tnaqqis tal-ammont ta’ assi finanzjarji konsegwenza tal-introjtu mill-imgħax dovut u mħallas għandu jiġi rrapportat f’din il-kolonna. Din l-entrata għandha tinkludi wkoll l-impatt tal-milja taż-żmien fuq it-telf mistenni kkalkolat skont l-IFRS 9.5.4.1(a) u (b). Il-bidliet fl-istimi dovuti għal aġġornamenti jew rieżami tal-parametri ta’ riskju kif ukoll il-bidliet f’data ekonomika prospettiva għandhom ukoll jiġu rrapportati f’din il-kolonna. Il-bidliet fit-telf mistenni minħabba ripagament parzjali ta’ skoperturi permezz ta’ ħlas parzjali għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna bl-eċċezzjoni tal-aħħar ħlas parzjali, li għandu jiġi rrapportat fil-kolonna “Tnaqqis dovut għall-irtirar tar-rikonoxximent”.

162. Il-bidliet kollha fit-telf ta’ kreditu mistenni relatat ma’ skoperturi ċirkolanti għandhom jiġu rrapportati f’“Bidliet minħabba bidla fir-riskju ta’ kreditu (nett)”, ħlief għal dawk il-bidliet relatati ma’ tħassir u aġġornamenti fil-metodoloġija tal-istituzzjoni għall-istima tat-telf ta’ kreditu. Skoperturi ċirkolanti għandhom ikunu dawk li għalihom il-bilanċi pendenti tal-klijenti jitħallew ivarjaw skont id-deċiżjonijiet tagħhom li jisselfu u jerġgħu jħallsu sa limitu stabbilit mill-istituzzjoni.

163. “Bidliet minħabba aġġornament fil-metodoloġija tal-istituzzjoni għal stima (netta)” għandha tinkludi bidliet minħabba aġġornamenti fil-metodoloġija tal-istituzzjoni għall-istima tat-telf mistenni dovut għal bidliet fil-formoli eżistenti jew it-twaqqif ta’ formoli ġodda użati għall-istima tal-indeboliment. L-aġġornamenti metodoloġiċi għandhom jinkorporaw ukoll l-impatt tal-adozzjoni ta’ standards ġodda. Bidliet fil-metodoloġija li jwasslu biex assi jbiddel stadju ta’ indeboliment għandhom jiġu kkunsidrati għal bidla fil-mudell fl-intier tiegħu. Il-bidliet fl-istimi minħabba aġġornamenti jew rieżami tal-parametri ta’ riskju kif ukoll il-bidliet f’data ekonomika prospettiva ma għandhomx jiġu rrapportati f’din il-kolonna.

164. Ir-rapportar tal-bidliet fit-telf mistenni relatat ma’ assi modifikati (IFRS 9.5.4.3 u Appendiċi A) għandu jiddependi mill-karatteristiċi tal-modifika skont dan li ġej:

(a) 

fejn il-modifika tirriżulta fl-irtirar parzjali jew totali tar-rikonoxximent ta’ assi minħabba tħassir kif definit fil-paragrafu 74, l-impatt fuq it-telf mistenni minħabba dan ir-ritirar tar-rikonoxximent għandu jiġi rrapportat fi “Tnaqqis fil-kont ta’ kopertura minħabba tħassir”, u kwalunkwe impatt ieħor minn modifika fuq it-telf ta’ kreditu mistenni f’kolonni oħrajn xierqa;

(b) 

fejn il-modifika tirriżulta fl-irtirar sħiħ tar-rikonoxximent ta’ assi għal raġunijiet għajr tħassir kif definit fil-paragrafu 74 u s-sostituzzjoni tiegħu b’assi ġdid, l-impatt tal-modifika fuq it-telf ta’ kreditu mistenni għandu jiġi rrapportat f’“Bidliet minħabba l-irtirar tar-rikonoxximent” għall-bidliet minħabba l-irtirar ta’ rikonoxximent ta’ assi, u f’“Żidiet minħabba l-oriġinazzjoni u l-akkwiżizzjoni” għall-bidliet minħabba l-assi modifikat rikonoxxut reċentement. L-irtirar tar-rikonoxximent għal raġunijiet għajr tħassir għandu jinkludi r-ritirar tar-rikonoxximent fejn it-termini tal-assi modifikati ġew soġġetti għal bidliet sostanzjali;

(c) 

fejn il-modifika ma tirriżultax fl-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi modifikat kollu jew parti minnu, l-impatt tagħha fuq it-telf mistenni għandu jiġi rrapportat f’“Bidliet minħabba modifiki mingħajr irtirar tar-rikonoxximent”.

165. It-tħassir għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafi 72 sa 74 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness u skont dan li ġej:

(a) 

fejn l-istrument ta’ dejn huwa parzjalment jew kompletament irtirat mir-rikonoxximent għax ma hemm l-ebda aspettattiva raġjonevoli ta’ rkupru, it-tnaqqis fil-kopertura ta’ telf irrapportat minħabba l-ammonti mħassra għandu jiġi rrapportat fi: “Tnaqqis fil-kont ta’ kopertura minħabba tħassir”;

(b) 

“Ammonti mħassra direttament għar-rapport tal-profitt jew telf” għandha tkun l-ammonti ta’ assi finanzjarji mħassra matul il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar li jaqbżu kwalunkwe kont ta’ kopertura tal-assi finanzjarji rispettivi fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent. Dawn għandhom jinkludu l-ammonti kollha mħassra matul il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar u mhux biss dawk li għadhom soġġetti għal attività ta’ infurzar.

166. “Aġġustamenti oħrajn” għandha tinkludi kwalunkwe ammont li mhuwiex irrapportat fil-kolonni preċedenti, inklużi l-aġġustamenti fuq it-telf mistenni minħabba differenzi fil-kambju tal-muniti barranin fejn dan ma jkunx konsistenti mar-rapportar tal-impatt tal-kambju tal-muniti barranin fil-formola 2.

166i. “Qligħ jew telf mill-irtirar tar-rikonoxximent ta’ strumenti ta’ dejn” għandha tinkludi d-differenza bejn l-ammont riportat ta’ assi finanzjarji mkejla fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent u l-korrispettiv riċevut.

11.3.    Trasferimenti bejn stadji ta’ indeboliment (preżentazzjoni ta’ bażi grossa) (12.2)

167. Għal assi finanzjarji inklużi fil-portafolli tal-kontabilità u skoperturi barra l-karta bilanċjali, minbarra skoperturi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment fil-kreditu, li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9, l-ammont riportat gross u l-ammont nominali li ġew trasferiti bejn l-istadji ta’ indeboliment waqt il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar għandhom jiġu rrapportati fil-formola 12.2 rispettivament.

168. Għandu jiġi rrapportat biss l-ammont riportat gross jew l-ammont nominali ta’ dawk l-assi finanzjarji jew skoperturi barra l-karta bilanċjali li jkunu qegħdin fi stadju ta’ indeboliment differenti fid-data ta’ referenza ta’ rapportar minn dak li kienu fih fil-bidu tas-sena finanzjarja jew fir-rikonoxximent inizjali tagħhom. Għal skoperturi fil-karta bilanċjali li għalihom l-indeboliment irrapportat fil-formola 12.1 jinkludi komponent barra l-karta bilanċjali (IFRS 9.5.5.20 u IFRS 7.B8E), il-bidla fl-istadju tal-komponent fil-karta bilanċjali u barra l-karta bilanċjali għandha tiġi kkunsidrata.

169. Għar-rapportar tat-trasferimenti li seħħew matul is-sena finanzjarja, assi finanzjarji jew skoperturi barra l-karta bilanċjali li biddlu diversi drabi l-istadju ta’ indeboliment mill-bidu tas-sena finanzjarja jew mir-rikonoxximent inizjali tagħhom għandhom jiġu rrapportati bħala li ġew trasferiti mill-istadju ta’ indeboliment tagħhom fil-bidu tas-sena finanzjarja jew ir-rikonoxximent inizjali għall-istadju ta’ indeboliment li fih huma inklużi fid-data ta’ referenza ta’ rapportar.

170. L-ammont riportat gross jew l-ammont nominali li għandu jiġi rrapportat fil-formola 12.2 għandu jkun l-ammont riportat gross jew il-valur nominali fid-data tar-rapportar, irrispettivament minn jekk dak l-ammont kienx aktar għoli jew aktar baxx fid-data tat-trasferiment.

12.   IL-KOLLATERAL U L-GARANZIJI RIĊEVUTI (13)

12.1.    Diżaggregazzjoni tal-kollateral u l-garanziji skont is-self u l-avvanzi minbarra dawk miżmuma għan-negozjar(13.1)

171. Il-kollateral u l-garanziji li jappoġġaw is-self u l-avvanzi inklużi fil-portafolli ta’ kontabbiltà, b’mod indipendenti mill-forma ġuridika tagħhom, għandhom jiġu rrapportati skont it-tip ta’ rahan: self kollateralizzat bi proprjetà immobbli u self kollateralizzat ieħor, u b’garanziji finanzjarji riċevuti. Is-self u l-avvanzi għandhom jiġu diżaggregati skont il-kontropartijiet u l-iskop. Fl-entrata “li minnhom: improduttivi”, self u avvanzi għandhom jiġu rrappurtati kif definit fil-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti.

172. Fil-formola 13.1, għandu jiġi rrapportat l-“ammont massimu tal-kollateral jew garanzija li jistgħu jiġu kkunsidrati”. Is-somma tal-ammonti tal-garanzija finanzjarja u/jew kollateral murija fil-kolonni relatati tal-formola 13.1 ma għandhiex taqbeż l-ammont riportat tas-self relatat.

173. Għar-rapportar ta’ self u avvanzi skont it-tip ta’ rahan, għandhom jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

fi ħdan “Self kollateralizzat bi proprjetà immobbli”, “Residenzjali” għandhom jinkludu self garantit bi proprjetà immobbli residenzjali u self “Kummerċjali” garantit b’rahan ta’ proprjetà immobbli għajr residenzjali, inkluż uffiċini u binjiet kummerċjali u tipi oħra ta’ proprjetà immobbli kummerċjali. Id-determinazzjoni dwar jekk il-kollateral tal-proprjetà immobbli għandux ikun residenzjali jew kummerċjali għandha ssir skont il-punt (75) tal-Artikolu 4(1) tas-CRR;

(b) 

fi ħdan “Self kollateralizzat ieħor”:

(i) 

“Flus, depożiti, (Titolu ta’ dejn maħruġ)” għandha tinkludi (a) depożiti fl-istituzzjoni ta’ rapportar li ġew mirhuna bħala kollaterali għal self u (b) titoli ta’ dejn maħruġ mill-istituzzjoni ta’ rapportar li ġew mirhuna bħala kollateral għal self.

(ii) 

“Proprjetà mobbli” tinkludi r-rahan ta’ kollateral fiżiku minbarra proprjetà immobbli u tinkludi karozzi, ajruplani, vapuri, tagħmir industrijali u mekkaniku (makkinarju, tagħmir mekkaniku u tekniku), inventarji u komoditajiet (merkanzija, prodotti lesti u nofshom lesti, materja prima) u forom oħra ta’ proprjetà mobbli;

(iii) 

“Ekwitajiet u titoli ta’ dejn” għandha tinkludi kollateral fil-forma ta’ strumenti ta’ ekwità, inklużi investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati, kif ukoll fil-forma ta’ titoli ta’ dejn maħruġ minn partijiet terzi;

(iv) 

“Il-bqija” għandha tinkludi assi mirhuna;

(c) 

“Garanziji finanzjarji riċevuti” għandha tinkludi kuntratti li skont il-paragrafu 114 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness jeħtieġu li l-emittent jagħmel pagamenti speċifikati biex jirrimborża lill-istituzzjoni għal telf li ġġarrab, minħabba li debitur speċifikat ikun naqas milli jagħmel pagament meta jkun dovut skont it-termini oriġinali jew modifikati ta’ strument ta’ dejn.

174. Għal self u avvanzi li għandhom b’mod simultanju diversi tipi ta’ kollateral jew garanzija, l-ammont ta’ “Kollateral/garanzija massimi li jistgħu jiġu kkunsidrati” għandu jiġi allokat skont il-kwalità tiegħu u jibdew l-ewwel b’dawk tal-aqwa kwalità. Għal self kollateralizzat minn proprjetà immobbli, il-kollateral tal-proprjetà immobbli għandu dejjem jiġi rrapportat l-ewwel, irrispettivament mill-kwalità tiegħu meta mqabbla ma’ kollateral ieħor. Fejn il-“Kollateral/garanzija massimi li jistgħu jiġu kkunsidrati” jaqbżu l-valur tal-kollateral tal-proprjetà immobbli, il-valur tiegħu li jibqa’ għandu jiġi allokat għal tipi ta’ kollateral u garanziji oħrajn skont il-kwalità tagħhom u jibdew l-ewwel b’dawk tal-aħjar kwalità.

12.2.    Il-kollateral miksub bit-teħid b’pussess matul il-perjodu (miżmum fid-data ta’ referenza) (13.2.1)

175. Din il-formola għandha tintuża biex tiġi rrapportata informazzjoni dwar il-kollateral li nkiseb bejn il-bidu u t-tmiem tall-perjodu ta’ referenza u li jibqa’ rikonoxxut fil-karta bilanċjali fid-data ta’ referenza. Il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jinkludi assi li ma ġewx mirhuna mid-debitur bħala kollateral, iżda li nkisbu bi skambju għall-kanċellazzjoni ta’ dejn, kemm fuq bażi volontarja kif ukoll bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji. It-tipi ta’ kollateral għandhom ikunu dawk imsemmija fil-paragrafu 173, bl-eċċezzjoni ta’ dawk fil-punt (b)(i) ta’ dak il-paragrafu.

175i. “Valur fir-rikonoxximent inizjali” għandha tfisser l-ammont riportat gross tal-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess fil-mument tar-rikonoxximent inizjali fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni relatriċi.

175ii. “Bidliet negattivi akkumulati” għandha tkun id-differenza, fil-livell tal-entrata individwali ta’ kollateral, bejn il-valur fir-rikonoxximent inizjali tal-kollateral u l-ammont riportat fid-data ta’ referenza ta’ rapportar, fejn dik id-differenza tkun negattiva.

12.3.    Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess akkumulat (13.3.1)

176. Il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess li jibqa’ rikonoxxut fil-karta bilanċjali fid-data ta’ referenza, irrispettivament mill-mument meta nkiseb, għandu jiġi rrapportat fil-formola 13.3.1. Għandhom jiġu inklużi kemm il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess ikklassifikat bħala “Proprjetà, impjanti u tagħmir” kif ukoll kollateral ieħor miksub bit-teħid ta’ pussess. Il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jinkludi assi li ma ġewx mirhuna mid-debitur bħala kollateral, iżda li nkisbu bi skambju għall-kanċellazzjoni ta’ dejn, kemm fuq bażi volontarja kif ukoll bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji.

13.   ĠERARKIJA TAL-VALUR ĠUST: L-ISTRUMENTI FINANZJARJI BIL-VALUR ĠUST (14)

177. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw il-valur ta’ strumenti finanzjarji mkejlin fil-valur ġust skont il-ġerarkija provduta mill-IFRS 13.72. Fejn il-GAAP nazzjonali taħt il-BAD jeħtieġu wkoll l-allokazzjoni ta’ assi mkejlin fil-valur ġust bejn livelli differenti ta’ valur ġust, l-istituzzjonijiet taħt il-GAAP nazzjonali għandhom jirrapportaw din il-formola wkoll.

178. “Bidla fil-valur ġust għall-perjodu” għandha tinkludi qligħ jew telf minn kejl mill-ġdid magħmul skont l-IFRS 9, IFRS 13 jew il-GAAP nazzjonali fejn applikabbli, fil-perjodu tal-istrumenti li jkomplu jeżistu fid-data tar-rapportar. Dawk il-qligħ u telf għandhom jiġu rrapportati għall-inklużjoni fir-rapport tal-profitt u telf, jew fejn applikabbli, fir-rapport tal-introjtu komprensiv; għaldaqstant, l-ammonti li għandhom jiġu rrapportati huma ta’ qabel it-taxxi.

179. “Bidla akkumulata fil-valur ġust qabel it-taxxi” għandha tinkludi l-ammont ta’ qligħ jew telf minn kejl mill-ġdid tal-istrumenti akkumulati mir-rikonoxximent inizjali sad-data ta’ referenza.

14.   L-IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT U L-OBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI ASSOĊJATI MA’ ASSI FINANZJARJI TRASFERITI (15)

180. Il-formola 15 għandha tinkludi informazzjoni dwar assi finanzjarji trasferiti, li parti minnhom jew kollha kemm huma ma jikkwalifikawx għall-irtirar tar-rikonoxximent, u assi finanzjarji li r-rikonoxximent tagħhom ġie irtirat għall-kollox li għalihom l-istituzzjoni żżomm id-drittijiet ta’ servizzjar.

181. L-obbligazzjonijiet assoċjati għandhom jiġu rrappurtati skont il-portafoll li fih kienu inklużi l-assi finanzjarji trasferiti relatati fin-naħa tal-assi u mhux skont il-portafoll li fih kienu inklużi fin-naħa tal-obbligazzjonijiet.

182. Il-kolonna “Ammonti rtirati mir-rikonoxximent għal skopijiet kapitali” għandha tinkludi l-ammont riportat tal-assi finanzjarji rikonoxxuti għal skopijiet ta’ kontabilità iżda bir-rikonoxximent irtirat għal skopijiet prudenzjali għax l-istituzzjoni qed tittrattahom bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni għal skopijiet kapitali skont l-Artikoli 109, 243 u 244 tas-CRR.

183. “Ftehimiet ta’ riakkwist” (“repos”) għandhom ikunu tranżazzjonijiet li fihom l-istituzzjoni tirċievi flus bi skambju għal assi finanzjarji mibjugħa bi prezz partikolari b’impenn ta’ riakkwist tal-istess assi (jew identiċi) bi prezz fiss f’data futura speċifika. Tranżazzjonijiet li jinvolvu t-trasferiment temporanju ta’ deheb kontra kollateral fi flus għandhom jitqiesu wkoll bħala “Ftehimiet ta’ riakkwist” (“repos”). L-ammonti riċevuti mill-istituzzjoni bi skambju għal assi finanzjarji trasferiti lil parti terza (“akkwirent temporanju”) għandhom jiġu klassifikati taħt “ftehimiet ta’ riakkwist” meta jkun hemm impenn biex titreġġa’ lura l-operazzjoni u mhux sempliċiment opzjoni li jsir hekk. Ftehimiet ta’ riakkwist għandhom jinkludu wkoll operazzjonijiet tat-tip repo li jistgħu jinkludu:

(a) 

ammonti riċevuti bi skambju għal titoli temporanjament trasferiti lil parti terza fil-forma ta’ self ta’ titoli kontra kollateral fi flus;

(b) 

ammonti riċevuti bi skambju għal titoli trasferiti temporanjament lil parti terza fil-forma ta’ ftehim ta’ bejgħ/riakkwist.

184. “Ftehimiet ta’ riakkwist” (“repos”) u “self ta’ retroriakkwist” (“reverse repos”) għandhom jinvolvu flus riċevuti jew mogħtija b’self mill-istituzzjoni.

185. Fi tranżazzjoni ta’ titolizzazzjoni, meta l-assi finanzjarji trasferiti jiġu ritirati mir-rikonoxximent, l-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw il-qligħ (telf) iġġenerat mill-entrata fi ħdan ir-rapport tal-introjtu li jikkorrispondi għall-“portafolli tal-kontabilità” li kienu inklużi fihom l-assi finanzjarji qabel l-irtirar tar-rikonoxximent tagħhom.

15.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI TA’ ENTRATI MAGĦŻULA TAR-RAPPORT TAL-INTROJTU (16)

186. Għal entrati speċifiċi tar-rapport tal-introjtu għandhom jiġu rrapportati diżaggregazzjonijiet ulterjuri tal-qligħ (jew introjtu) u t-telf (jew spejjeż).

15.1.    Dħul mill-imgħax u spejjeż skont l-istrument u s-settur tal-kontroparti (16.1)

187. Id-dħul mill-imgħax għandu jiġi diżaggregat skont dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

introjtu mill-imgħax fuq assi finanzjarji inklużi fil-portafolli tal-kontabilità u assi oħrajn (inklużi flus, bilanċi tal-flus fil-banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn);

(b) 

id-dħul mill-imgħax fuq obbligazzjonijiet finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva.

188. L-ispejjeż tal-imgħax għandhom jiġu diżaggregati skont dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

spejjeż tal-imgħax fuq obbligazzjonijiet finanzjarji inklużi fil-portafolli tal-kontabilità u obbligazzjonijiet oħra;

(b) 

spejjeż tal-imgħax fuq assi finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva.

189. Id-dħul mill-imgħax fuq assi finanzjarji u fuq obbligazzjonijiet finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva għandu jinkludi dħul mill-imgħax fuq derivattivi miżmuma għan-negozjar, titoli ta’ dejn, u self u avvanzi, kif ukoll fuq depożiti, titoli ta’ dejn maħruġa u obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn b’r-rata effettiva tal-imgħax negattiva.

190. Spejjeż tal-imgħax fuq obbligazzjonijiet finanzjarji u fuq assi finanzjarji b’rata effettiva tal-imgħax negattiva għandhom jinkludu spejjeż tal-imgħax fuq derivattivi miżmuma għan-negozjar, depożiti, titoli ta’ dejn maħruġa u obbligazzjonijiet finanzjarji oħra, kif ukoll fuq titoli ta’ dejn u self u avvanzi b’rata effettiva tal-imgħax negattiva.

191. Għall-finijiet tal-formola 16.1, pożizzjonijiet qosra għandhom jiġu kkunsidrati fi ħdan obbligazzjonijiet finanzjarji oħrajn. Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-istrumenti kollha fil-portafolli varji ħlief dawk inklużi fl-entrati “Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar” mhux użati għall-iħħeġġjar tar-riskju tar-rata tal-imgħax.

192. “Derivattivi - Kontabilità għall-iħħeġġjar, riskju tar-rata tal-imgħax” għandha tinkludi l-introjtu u l-ispejjeż mill-imgħax fuq strumenti tal-iħħeġġjar meta l-entrati ħħeġġjati jiġġeneraw l-imgħax.

193. Meta jintuża l-prezz nadif, l-imgħax fuq id-derivattivi miżmuma għan-negozjar għandu jinkludi l-ammonti relatati ma’ dawk id-derivattivi miżmuma għan-negozjar li jikkwalifikaw bħala “ħeġġijiet ekonomiċi” li huma inklużi bħala introjtu jew spejjeż mill-imgħax biex jiġu korretti l-introjtu u l-ispiża tal-istrumenti finanzjarji ħħeġġjati minn perspettiva ekonomika iżda mhux kontabilistika. F’każ bħal dan, l-introjtu mill-imgħax fuq derivattivi ta’ ħeġġ ekonomiku għandu jiġi rrapportat b’mod separat fl-introjtu mill-imgħax minn derivattivi tan-negzjar. Tariffi maqsuma skont il-ħin jew bilanċi tal-ħlas fir-rigward ta’ derivattivi ta’ kreditu mkejla fil-valur ġust u użati għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ parti minn jew strument finanzjarju kollu li huwa speċifikat fil-valur ġust f’dik l-okkazzjoni, wkoll għandhom jiġu rrapportati fl-imgħax fuq derivattivi miżmuma għan-negozjar.

194. Skont l-IFRS, “Li minnhom: introjtu mill-imgħax fuq assi finanzjarji indeboliti “tfisser introjtu mill-imgħax fuq assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu, inklużi assi finanzjarji b’indeboliment fil-kreditu mixtrija jew oriġinati fejn dawn tal-aħħar jitqiesu bħala improduttivi skont il-paragrafu 215 ta’ din il-Parti. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, din għandha tinkludi d-dħul mill-imgħax fuq assi indeboliti b’kopertura speċifika għall-indeboliment għar-riskju ta’ kreditu.

194i. “Li minnhom: kreditu għall-konsum” u “li minnhom: self għal xiri ta’ djar” għandhom jirriflettu l-introjtu u l-ispejjeż fuq self u avvanzi kif deskritt fil-paragrafu 88 ta’ din il-Parti.

▼C2

194ii. “Li minnhom: imgħax minn lokazzjonijiet” għandha tirrifletti l-introjtu tal-lokatur mill-imgħax fuq ir-riċevibbli tal-lokazzjoni (lokazzjonijiet finanzjarji) u l-ispejjeż ta’ mgħax tal-lokatarju fuq l-obbligazzjoni tal-lokazzjoni rispettivament.

▼B

15.2.    Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi u obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejla b’valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-istrument (16.2)

195. Il-qligħ u t-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji u tal-obbligazzjonijiet finanzjarji mhux imkejlin bil-valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf ikunu diżaggregati skont it-tip ta’ strument finanzjarju u skont il-portafoll kontabilistiku. Għal kull entrata, għandhom jiġu rrapportati il-qligħ jew it-telf realizzat nett li ġej mit-tranżazzjoni rtirata mir-rikonoxximent. L-ammont nett jirrappreżenta d-differenza bejn il-qligħ u t-telf realizzat.

196. Il-formola 16.2 għandha tapplika skont l-IFRS għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet b’kost amortizzat, u strumenti ta’ dejn mkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, il-formola 16.2 għandha tapplika għal assi finanzjarji mkejla b’metodu bbażat fuq il-kost, f’valur ġust permezz ta’ ekwità, u skont metodi tal-kejl bħall-inqas kost jew is-suq. Qligħ u telf ta’ strumenti finanzjarji kklassifikati bħala negozju fil-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD ma jiġux irrapportati f’din il-formola irrelevantement mir-regoli ta’ valwazzjoni applikabbli għal dawk l-istrumenti.

15.3.    Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar u negozjar ta’ assi finanzjarji u negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont l-istrument (16.3)

197. Il-qligħ u t-telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet miżmuma għan-negozjar għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ strument; kull entrata tad-diżaggregazzjoni għandha tkun l-ammont nett realizzat u mhux realizzat (il-qligħ nieqes it-telf) tal-istrument finanzjarju.

198. Qligħ u telf min-negozjar tal-munita barranija fis-suq spot, bl-esklużjoni tal-iskambju ta’ karti tal-flus u muniti barranin, għandhom jiġu inklużi bħala qligħ u telf tan-negozjar. Qligħ u telf min-negozjar ta’ metalli prezzjużi jew l-irtirar tar-rikonoxximent u l-kejl mill-ġdid ma għandhomx jiġu inklużi fi qligħ u telf tan-negozjar iżda f’“Introjtu operatorju ieħor” jew “Spiża operatorja oħra” skont il-paragrafu 316 ta’ din il-Parti.

199. L-entrata “Li minnhom: ħeġġijiet ekonomiċi bl-użu tal-opzjoni tal-valur ġust” għandha tinkludi biss il-qligħ u t-telf fuq derivattivi ta’ kreditu mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf u użati għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju kollu jew parti minnu li huwa speċifikat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’dik l-okkażjoni skont l-IFRS 9.6.7. Il-qligħ jew telf dovuti għar-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji barra l-portafolli tal-kontabilità tal-kost amortizzat u fil-valur ġust permezz tal-portafoll tal-kontabilità tal-qligħ jew telf jew fil-portafoll miżmuma għan-negozjar (IFRS 9.5.6.2) għandhom jiħu rrapportati fi “Li minnhom: qligħ u telf minħabba r-riklassifikazzjoni ta’ assi b’kost amortizzat”.

15.4.    Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar u n-negozjar ta’ assi finanzjarji u n-negozjar ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji skont ir-riskju (16.4)

200. Il-qligħ u t-telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ riskju wkoll. Kull entrata tad-diżaggregazzjoni għandha tkun l-ammont nett realizzat kif ukoll mhux realizzat (il-qligħ nieqes it-telf) tar-riskju sottostanti (tar-rati tal-imgħax, tal-ekwità, tal-kambju tal-muniti barranin, tal-kreditu, tal-komoditajiet u oħrajn) assoċjat mal-iskopertura, inklużi d-derivattivi relatati. Qligħ u telf minn differenzi tal-kambju għandhom ikunu inklużi fl-entrata li fiha huma inklużi l-bqija tal-qligħ u t-telf li ġej mill-istrument konvertit. Qligħ u telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji minbarra derivattivi għandhom jiġu inklużi fil-kategoriji tar-riskju kif ġej:

(a) 

rata tal-imgħax: inkluż in-negozjar ta’ self u avvanzi, depożiti u titoli ta’ dejn (miżmuma jew maħruġa);

(b) 

ekwità: inkluż in-negozjar ta’ ishma, kwoti ta’ UCITS u strumenti oħrajn ta’ ekwità;

(c) 

negozjar tal-munita barranija: inkluż in-negozjar esklussiv fuq boroż barranin;

(d) 

riskju ta’ kreditu: inkluż in-negozjar ta’ noti marbutin mal-kreditu;

(e) 

komoditajiet: din l-entrata għandha tinkludi biss derivattivi għax il-qligħ u t-telf fuq komoditajiet miżmuma b’intenzjoni ta’ negozjar għandhom jiġu rrapportati taħt “Introjtu operatorju ieħor” jew “Spejjeż operatorji oħrajn” skont il-paragrafu 316 ta’ din il-Parti;

(f) 

oħrajn: inkluż in-negozjar ta’ strumenti finanzjarji li ma jistgħux ikunu klassifikati f’diżaggregazzjonijiet oħrajn.

15.5.    Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf skont l-istrument (16.4.1)

201. Il-qligħ jew telf fuq assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ strument. Kull entrata tad-diżaggregazzjoni għandha tkun l-ammont nett realizzat u mhux realizzat (il-qligħ nieqes it-telf) tal-istrument finanzjarju.

202. Il-qligħ jew telf minħabba r-riklassifikazzjoni ta’ assi finanzjarji barra mill-portafoll tal-kontabilità tal-kost amortizzat u fl-assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz tal-portafolli tal-kontabilità tal-qligħ jew telf (IFRS 9.5.6.2) għandhom jiġu rrapportati fi “Li minnhom: qligħ u telf minħabba r-riklassifikazzjoni ta’ assi b’kost amortizzat”.

15.6.    Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati bil-valur ġust għall-profitt jew telf skont l-istrument (16.5)

203. Il-qligħ u t-telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ strument. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw in-nett realizzat u mhux realizzat u l-ammont ta’ bidla fil-valur ġust ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji fil-perjodu minħabba bidliet fir-riskju ta’ kreditu (riskju ta’ kreditu proprju tal-mutwatarju jew l-emittent) meta r-riskju ta’ kreditu proprju ma jiġix irrapportat f’introjtu ieħor komprensiv.

204. Fejn derivattiv ta’ kreditu mkejjel fil-valur ġust jintuża għall-ġestjoni tar-riskju ta’ kreditu ta’ strument finanzjarju kollu jew parti minnu li huwa speċifikat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf f’dik l-okkażjoni, il-qligħ jew it-telf tal-istrument finanzjarju meta ssir dik l-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu rrapportati f’“Li minnhom: qligħ jew (-) telf meta ssir speċifikazzjoni ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew għal skopijiet ta’ hedging, nett”. Il-qligħ jew telf sussegwenti fil-valur ġust fuq dawn l-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu rrapportati f’“Li minnhom: qligħ jew (-) telf wara l-ispeċifikazzjoni ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għal skopijiet ta’ ħħeġġjar, nett”.

15.7.    Qligħ jew telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar (16.6)

205. Il-qligħ jew telf kollu mill-kontabilitaà għall-iħħeġġjar ħlief l-introjtu jew l-ispejjeż mill-imgħax fejn jintuża l-prezz nadif, għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ kontabilita’ għall-iħħeġġjar: ħeġġ tal-valur ġust, ħeġġ tal-flussi tal-flus u ħeġġ ta’ investimenti netti f’operazzjonijiet barranin. Il-qligħ u t-telf relatati ma’ ħeġġ tal-valur ġust għandhom jiġu diżaggregati bejn l-istrument għall-iħħeġġjar u l-entrata ħħeġġjata. Il-qligħ u t-telf fuq strumenti għall-iħħeġġjar ma għandhomx jinkludu qligħ u telf relatat ma’ entrati tal-istrumenti tal-iħħeġġjar li mhumiex speċifikati bħala strumenti għall-iħħeġġjar skont l-IFRS 9.6.2.4. Dawk l-istrumenti tal-iħħeġġjar li ma jkunux speċifikati għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafu 60 ta’ din il-Parti. Il-qligħ u t-telf mill-kontabilità għall-iħħeġġjar għandhom jinkludu wkoll qligħ u telf fuq ħeġġijiet ta’ grupp ta’ entrati b’pożizzjonijiet ta’ riskju ta’ tpaċija (ħeġġijiet ta’ pożizzjoni netta).

206. “Bidliet fil-valur ġust tal-entrata ħħeġġjata attribbwibbli għar-riskju ħħeġġjat” għandha tinkludi qligħ u telf fuq entrati ħħeġġjati fejn l-entrati huma strumenti ta’ dejn imkejla fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv skont l-IFRS 9.4.1.2 A (IFRS 9.6.5.8).

207. Skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD, id-diżaggregazzjoni skont it-tip ta’ ħeġġijiet kif previst f’din il-formola għandha tiġi rrapportata sa fejn id-diżaggregazzjoni hija kompatibbli mar-rekwiżiti ta’ kontabilità applikabbli.

15.8.    Indeboliment ta’ assi mhux finanzjarji (16.7)

208. “Żidiet” għandhom jiġu rrapportati fejn, għall-portafoll tal-kontabilità jew il-kategorija ewlenija ta’ assi, l-istima tal-indeboliment għall-perjodu tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ spejjeż netti. “Treġġigħ lura” għandha tiġi rrapportata fejn, għall-portafoll tal-kontabilità jew il-kategorija ewlenija ta’ assi, l-istima tal-indeboliment għall-perjodu tirriżulta fir-rikonoxximent ta’ introjtu nett.

15.9.    Spejjeż Amministrattivi Oħra (16.8)

208i. “Spejjeż tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni” għandha tkun l-ispejjeż magħmula biex jitwettqu proċessi tan-negozju ffaċilitati mill-IT, servizzi tal-applikazzjoni u soluzzjonijiet tal-infrastruttura għar-riżultati tan-negozju, inklużi l-kostijiet relatati mal-ħolqien u l-manutenzjoni tas-sistemi tal-IT u bl-esklużjoni tal-kumpens għall-ispeċjalisti tal-IT li jirċievu paga mill-istituzzjoni li għandhom jiġu rrapportati taħt l-ispejjeż tal-persunal.

208ii. Fost l-ispejjeż tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, “esternalizzazzjoni tal-IT” għandha tfisser spejjeż tal-IT relatati mal-użu ta’ fornituri esterni tas-servizzi. Ma għandhiex tinkludi spejjeż relatati ma’ (i) servizzi purament tal-persunal (persunal tal-aġenziji) sal-punt li l-istituzzjoni sempliċiment taħtar persunal b’mod temporanju u żżomm kontroll sħiħ tas-servizzi pprovduti u (ii) kuntratti ta’ manutenzjoni tal-ħardwer/softwer operazzjonali purament standardizzati fuq assi sempliċement mixtrija.

208iii. “Taxxi u dazji (oħrajn)” għandhom jinkludu taxxi u dazji għajr (i) taxxi relatati ma’ taxxi fuq il-profitt jew it-telf u (ii) taxxi u dazji minn operazzjonijiet li ma tkomplewx. Din l-entrata tinkludi taxxi u dazji bħal taxxi imposti fuq oġġetti u servizzi u d-dazji mħallsa mill-istituzzjoni.

208iv. “Servizzi ta’ konsulenza u professjonali” għandha tfisser spejjeż imġarrba biex jinkiseb parir espert jew strateġiku.

208v. “Reklamar, kummerċjalizzazzjoni u komunikazzjoni” għandha tinkludi l-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ta’ komunikazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni bħar-reklamar, il-kummerċjalizzazzjoni diretta jew onlajn, u avvenimenti.

208vi. “Spejjeż relatati mar-riskju ta’ kreditu” għandha tfisser spejjeż amministrattivi fil-kuntest ta’ eventi ta’ kreditu, bħall-ispejjeż imġarrba fir-rigward tat-teħid ta’ pussess ta’ kollateral jew proċedimenti ġudizzjarji.

208vii. “Spejjeż ta’ litigazzjoni mhux koperti minn provvedimenti” għandha tfisser spejjeż ta’ litigazzjoni mhux relatati ma’ riskju ta’ kreditu li ma kinux koperti minn provvediment assoċjat.

208viii. “Spejjeż ta’ proprjetà immobbli” għandha tfisser spejjeż għal tiswijiet u manutenzjoni li ma jtejbux l-użu jew li ma jtawlux il-ħajja utli tal-proprjetà immobbli, kif ukoll spejjeż tal-utilitajiet (ilma, elettriku u tisħin).

208ix. Skont l-IFRS, “spejjeż ta’ lokazzjoni” għandhom jinkludu spejjeż tal-lokatarju minħabba lokazzjonijiet għal terminu qasir u lokazzjonijiet ta’ assi ta’ valur baxx kif imsemmi fl-IFRS 16.5 u 16.6. Skont il-GAAP nazzjonali, l-ispejjeż ta’ lokazzjoni għandhom jinkludu spejjeż tal-lokatarju, fejn l-istandard kontabilistiku jipprevedi t-trattament ta’ pagamenti tal-lokazzjoni bħala spejjeż.

208x. “Spejjeż amministrattivi oħra - il-Bqija” għandha tinkludi l-komponenti kollha li jibqa’ ta’ “spejjeż amministrattivi oħra”, bħal tariffi superviżorji jew imposti bankarji, servizzi amministrattivi u loġistiċi, posta u trasport ta’ dokumenti, servizzi ta’ sorveljanza u sigurtà, servizzi tal-għadd tal-flus u trasport. Il-kontribuzzjonijiet fi flus għal fondi ta’ riżoluzzjoni u skemi ta’ garanzija ta’ depożiti ma għandhomx jiġu rrapportati f’din il-kategorija peress li huma jiġu rrapportati f’ringiela separata tal-formola 2.

16.   IR-RIKONĊILJAZZJONI BEJN IL-KONTABILITÀ U L-AMBITU TA’ KONSOLIDAZZJONI TAS-CRR (17)

209. “L-ambitu ta’ konsolidazzjoni ta’ kontabilità” għandha tinkludi l-ammont riportat ta’ assi, obbligazzjonijiet u ekwità kif ukoll l-ammonti nominali tal-iskoperturi barra l-karta bilanċjali mħejjija bl-użu tal-ambitu ta’ konsolidazzjoni tal-kontabilità, jiġifieri jiġu inklużi fis-sussidjarji ta’ konsolidazzjoni li huma impriżi tal-assigurazzjoni u korporazzjonijiet mhux finanzjarji. L-istituzzjonijiet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni s-sussidjarji, l-impriżi konġunti u l-kumpaniji assoċjati li jużaw l-istess metodu bħal fir-rapporti finanzjarji tagħhom.

210. F’din il-formola, l-entrata “Investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati” ma għandhiex tinkludi sussidjarji peress li s-sussidjarji kollha huma kkonsolidati bis-sħiħ taħt l-ambitu tal-konsolidazzjoni kontabilistika.

211. “Assi b’kuntratti ta’ riassigurazzjoni u assigurazzjoni” għandha tinkludi assi b’riassigurazzjoni ċeduta kif ukoll, jekk ikun hemm, assi relatati ma’ kuntratti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni maħruġin.

212. “Obbligazzjonijiet b’kuntratti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni” għandha tinkludi obbligazzjonijiet b’kuntratti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni maħruġin.

17.   SKOPERTURI IMPRODUTTIVI (18)

17.1.    Informazzjoni fuq skoperturi produttivi u improduttivi (18.0)

213. Għall-finijiet tal-formola 18, skoperturi improduttivi għandhom ikunu l-iskoperturi elenkati fl-Artikolu 47a(3) tas-CRR.

215. Skont l-IFRS, għall-finijiet tal-formola 18, skoperturi indeboliti għandhom ikunu dawk li nstabu indeboliti fil-kreditu (Stadju 3). Skoperturi inklużi fi stadji ta’ indeboliment għajr Stadju 3 u dawk li huma mixtrija jew oriġinati indeboliti fil-kreditu jitqiesu bħala improduttivi meta jissodisfaw il-kriterji biex jitqiesu bħala improduttivi skont l-Artikolu 47a(3) tas-CRR.

216. L-iskoperturi għandhom jiġu kategorizzati għall-ammont sħiħ tagħhom u mingħajr ma titqies l-eżistenza ta’ xi kollateral. B’referenza għall-iskoperturi msemmijin fil-punt (a) tal-Artikolu 47a(3) CRR, il-materjalità tiġi vvalutata skont l-Artikolu 178 CRR u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/171 (RTS dwar il-livell limitu ta’ materjalità għal obbligi ta’ kreditu skaduti).

217. Għall-finijiet tal-formola 18, “skoperturi” għandha tinkludi l-istrumenti ta’ dejn kollha (titoli ta’ dejn u self u avvanzi, inklużi bilanċi ta’ flus fl-idejn f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn) u skoperturi barra l-karta bilanċjali, ħlief dawk l-iskoperturi miżmuma għan-negozjar.

218. L-istrumenti ta’ dejn għandhom jiġu inklużi fil-portafolli tal-kontabilità li ġejjin: (a) strumenti ta’ dejn bil-kost jew bil-kost ammortizzat; (b) strumenti ta’ dejn bil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jew permezz ta’ ekwità soġġetta għal indeboliment; u (c) “strumenti ta’ dejn b’LOCOM strett, jew f’valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew permezz ta’ ekwità mhux soġġetti għal indeboliment”, skont il-kriterji tal-paragrafu 233 ta’ din il-Parti. Kull kategorija għandha tiġi diżaggregata skont l-istrument u skont il-kontroparti.

219. Skont l-IFRS u l-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD, l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali għandhom jinkludu l-entrati revokabbli u irrevokabbli li ġejjin:

(a) 

impenji ta’ self mogħtija;

(b) 

garanziji finanzjarji mogħtija;

(c) 

impenji oħrajn mogħtija.

220. Strumenti ta’ dejn klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5 għandhom jiġu rrapportati b’mod separat.

221. Fil-formola 18 għall-istrumenti ta’ dejn, “ammont riportat gross” kif definit fil-paragrafu 34 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness għandu jiġi rrapportat. Għall-iskoperturi barra l-karta bilanċjali, għandu jiġi rrapportat l-ammont nominali kif definit fil-paragrafu 118 ta’ dan l-Anness.

222. Għall-finijiet tal-formola 18, skopertura hija “skaduta” meta din tissodisfa l-kriterji tal-paragrafu 96 ta’ din il-Parti. Għall-fini ta’ klassifikazzjoni ta’ skoperturi bħala improduttivi skont il-punt (a) tal-Artikolu 47a(3) tas-CRR, l-għadd ta’ 90 jum ta’ skadenza jibda jgħodd ladarba l-ammont skadut, li huwa s-somma tal-kapital, tal-imgħax u tat-tariffi skaduti, jaqbeż il-livell limitu ta’ materjalità kif definit fil-paragrafu 216 ta’ din il-Parti. Jekk il-parti skaduta tal-iskoperturi tibqa’ materjali għal 90 jum konsekuttiv, l-iskopertura għandha mbagħad tiġi kklassifikata bħala improduttiva.

223. Għall-finijiet tal-formola 18, “debitur” għandha tfisser debitur skont it-tifsira tal-Artikolu 178 tas-CRR.

226. Skoperturi klassifikati bħala improduttivi f’konformità mal-paragrafu 213 għandhom jiġu klassifikati bħala jew improduttivi fuq bażi individwali (“ibbażati fuq tranżazzjonijiet”) jew bħala improduttivi għall-iskopertura kumplessiva ta’ debitur partikolari (“bbażati fuq debitur”). Għall-kategorizzazzjoni ta’ skoperturi improduttivi fuq bażi individwali jew għal debitur partikolari, l-approċċi ta’ kategorizzazzjoni li ġejjin għandhom jintużaw għat-tipi differenti ta’ skoperturi improduttivi:

(a) 

għal skoperturi improduttivi klassifikati bħala inadempjenti skont l-Artikolu 178 tas-CRR, għandu jiġi applikat l-approċċ ta’ kategorizzazzjoni ta’ dak l-Artikolu;

(b) 

għal skoperturi li huma klassifikati bħala improduttivi minħabba indeboliment skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli, għandhom jiġu applikati l-kriterji ta’ rikonoxximent għal indeboliment skont il-qafas ta’ kontabbiltà applikabbli;

(c) 

għal skoperturi improduttivi oħrajn li la huma kklassifikati bħala inadempjenti u lanqas bħala indeboliti, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 178 tas-CRR għal skoperturi inadempjenti.

227. Fejn istituzzjoni għandha skoperturi fil-karta bilanċjali għal debitur li huma skaduti b’aktar minn 90 jum u l-ammont riportat gross tal-iskoperturi skaduti jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-ammont riportat gross tal-iskoperturi kollha fil-karta bilanċjali għal dak id-debitur, l-iskoperturi kollha fuq jew barra l-karta bilanċjali għal dak id-debitur għandhom jitqiesu bħala improduttivi. Meta debitur jappartjeni għal grupp, tiġi vvalutata l-ħtieġa li skoperturi għal entitajiet oħra tal-grupp jitqiesu wkoll bħala improduttivi, ħlief għal skoperturi affettwati minn tilwim iżolat li ma jkunx relatat mas-solvenza tal-kontroparti.

228. L-iskoperturi għandhom jitqiesu li waqfu milli jkunu improduttivi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha pprovduti fl-Artikolu 47a(4) tas-CRR.

230. Il-klassifikazzjoni ta’ skopertura improduttiva bħala assi mhux kurrenti miżmumin għall-bejgħ skont l-IFRS 5 ma għandhiex twaqqaf il-klassifikazzjoni tagħhom bħala skopertura improduttiva skont l-Artikolu 47a(5) tas-CRR.

231. L-għoti ta’ miżuri ta’ tolleranza għal skopertura improduttiva ma għandux iwaqqaf l-istatus improduttiv ta’ din l-iskopertura. Fejn l-iskoperturi huma improduttivi b’miżuri ta’ tolleranza, kif imsemmi fil-paragrafu 262, dawk l-iskoperturi għandhom jitqiesu bħala li ma għadhomx improduttivi meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 47a(6) tas-CRR:

232. Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 231 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness ma jiġux issodisfati fl-aħħar tal-perjodu ta’ sena speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 47a(6) tas-CRR, l-iskopertura għandha tkompli tiġi identifikata bħala skopertura improduttiva tollerata sakemm jiġu ssodifati l-kundizzjonijiet kollha. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-inqas fuq bażi trimestrali.

233. Il-portafolli tal-kontabilità skont l-IFRS elenkati fil-paragrafu 15 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness u skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD elenkati fil-paragrafu 16 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu rrapportati kif ġej fil-formola 18:

(a) 

“Strumenti ta’ dejn b’kost jew f’kost amortizzat” għandhom jinkorporraw l-istrumenti ta’ dejn inklużi fi kwalunkwe waħda minn dawn:

(i) 

“Assi finanzjarji b’kost amortizzat” (IFRS);

(ii) 

“assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi b’metodu bbażat fuq il-kost”, inklużi strumenti ta’ dejn skont LOCOM moderat (GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD);

(iii) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi oħrajn imkejlin f’LOCOM strett (GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD);

(b) 

“Strumenti ta’ dejn fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv jew permezz ta’ ekwità soġġetti għal indeboliment” għandha tinkorpora strumenti ta’ dejn inklużi fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

“Assi finanzjarji fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv” (IFRS);

(ii) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejla fil-valur ġust għall-ekwità”, fejn strumenti f’dik il-kategorija ta’ kejl jistgħu jkunu soġġetti għal indeboliment skont il-qafas ta’ kontabilità applikabbli taħt il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD.

(c) 

“Strumenti ta’ dejn b’LOCOM strett, jew fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf jew permezz ta’ ekwità mhux soġġetti għal indeboliment” għandha tinkorpora strumenti ta’ dejn inklużi fi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” (IFRS);

(ii) 

“Assi finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” (IFRS);

(iii) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi imkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” (GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD);

(iv) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi oħrajn” fejn strumenti ta’ dejn jiġu mkejlin f’LOCOM strett (GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD);

(v) 

“Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin fil-valur ġust permezz tal-ekwità”, fejn strumenti ta’ dejn f’dik il-kategorija ta’ kejl mhumiex soġġetti għal indeboliment skont il-qafas ta’ kontabilità applikabbli taħt il-GAAP abbażi tal-BAD.

234. Fejn l-IFRS jew il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD jistipulaw l-ispeċifikazzjoni ta’ impenji fil-valur ġust permezz ta’ profitt u telf, l-ammont riportat ta’ kwalunkwe assi li jirriżulta minn dik l-ispeċifikazzjoni u kejl fil-valur ġust għandu jiġi rrapportat f’“Assi finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” (IFRS) jew “Assi finanzjarji mhux tan-negozjar u mhux derivattivi mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” (GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD). L-ammont riportat ta’ kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta minn dik l-ispeċifikazzjoni ma għandux jiġi rrapportat fil-formola 18. L-ammont nozzjonali tal-impenji kollha speċifikat fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għandu jiġi rrapportat fil-formola 9.

234i. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu identifikati f’ringieli separati:

(a) 

Self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kif definit fil-paragrafi 86(a) u 87 ta’ din il-Parti;

(b) 

Kreditu għall-konsum kif definit fil-paragrafu 88(a) ta’ din il-Parti.

235. Skoperturi skaduti għandhom jiġu rrapportati b’mod separat fil-kategoriji produttivi u mhux produttivi għall-ammont sħiħ tagħhom kif definit fil-paragrafu 96 ta’ din il-Parti. L-iskoperturi skaduti b’aktar minn 90 jum iżda li mhumiex materjali skont l-Artikolu 178 tas-CRR għandhom jiġu rrapportati fl-iskoperturi produttivi f’“Skaduti > 30 jum <= 90 jum”.

236. Skoperturi improduttivi għandhom jiġu rrapportati diżaggregati skont il-faxex ta’ żmien ta’ skadenza. F’każ ta’ applikazzjoni tal-approċċ tad-debitur għall-klassifikazzjoni ta’ skoperturi bħala improduttivi msemmija fil-paragrafu 226 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness, l-iskoperturi tad-debitur għandhom jiġu rrapportati fil-faxex ta’ żmien ta’ skadenza ta’ improduttivi skont l-istatus ta’ skadenza individwali tagħhom. Skoperturi li mhumiex skaduti jew li huma skaduti b’90 jum jew inqas, iżda li madankollu jiġu identifikati bħala improduttivi minħabba l-probabbiltà ta’ ripagament mhux komplet għandhom jiġu rrapportati f’kolonna apposta. Skoperturi li jippreżentaw kemm ammonti skaduti kif ukoll probabbiltà ta’ ripagament mhux komplet għandhom jiġu allokati skont il-faxex ta’ żmien ta’ skandenza konsistenti man-numru ta’ jiem li jkunu skaduti.

237. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu identifikati f’kolonni separati:

(a) 

skoperturi li huma meqjusa indeboliti skont il-qafas ta’ kontabilità applikabbli; skont l-IFRS, l-ammont ta’ assi b’indeboliment ta’ kreditu (Stadju 3), li ma jinkludix assi mixtrija jew oriġinati b’indeboliment ta’ kreditu, għandu jiġi rrapportat; skont il-GAAP nazzjonali, għandu jiġi rrapportat l-ammont ta’ assi indeboliti;

(b) 

skoperturi li fir-rigward tagħhom jitqies li seħħet inadempjenza skont l-Artikolu 178 tas-CRR;

(c) 

skont l-IFRS, assi b’żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali, iżda mhux bi kreditu indebolit (Stadju 2) li ma jinkludux assi mixtrija jew oriġinati indeboliti ta’ kreditu;

(d) 

skont l-IFRS, għal skoperturi produttivi, assi mingħajr żieda sinifikanti fir-riskju ta’ kreditu mir-rikonoxximent inizjali (Stadju 1);

(e) 

skoperturi li jitqiesu bħala assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati li huma indeboliti fil-kreditu fir-rikonoxximent inizjali skont Appendiċi A tal-IFRS 9, inkluż kwalunkwe skopertura barra l-karta bilanċjali li hija meqjusa indebolita fil-kreditu mar-rikonoxximent inizjali tagħhom;

(f) 

għal skoperturi produttivi, l-ammont ta’ indeboliment akkumulat għal skoperturi skaduti b’aktar minn 30 jum.

238. L-indeboliment akkumulat, il-bidliet akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu u l-provvedimenti għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafi 11, 69 sa 71, 106 u 110 ta’ din il-Parti.

239. L-informazzjoni dwar il-kollateral miżmum u l-garanziji riċevuti dwar skoperturi produttivi u improduttivi għandha tiġi rrapportata b’mod separat. L-ammonti rrapportati għall-kollateral riċevut u għall-garanziji riċevuti għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mal-paragrafi 172 u 174 ta’ din il-Parti. Is-somma tal-ammonti rrapportati kemm għall-kollateral kif ukoll għall-garanziji għandha tkun limitata sal-ammont riportat jew l-ammont nominali wara t-tnaqqis tal-provvedimenti tal-iskopertura relatata.

17.2.    Flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ ta’ skoperturi improduttivi – self u avvanzi skont is-settur tal-kontroparti (18.1)

239i. Il-formola 18.1 għandha tipprovdi l-flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ ta’ self u avvanzi, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi kklassifikati bħala assi finanzjarji tan-negozjar jew miżmuma għan-negozjar, li kienu kklassifikati fil-kategorija jew barra mill-kategorija ta’ skoperturi improduttivi kif definit fil-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti. Il-flussi ta’ dħul u l-flussi ta’ ħruġ ta’ self u avvanzi improduttivi għandhom jiġu diżaggregati skont is-settur tal-kontroparti.

239ii. Il-flussi ta’ dħul fil-kategorija tal-iskoperturi improduttivi għandhom jiġu rrapportati fuq bażi kumulattiva mill-bidu tas-sena finanzjarja. Il-fluss ta’ dħul għandu jirrifletti l-ammont riportat gross ta’ skoperturi li jkunu saru improduttivi kif definit fil-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti matul il-perjodu, inklużi l-iskoperturi improduttivi mixtrija. Żieda fl-ammont riportat gross ta’ skopertura improduttiva minħabba l-imgħax akkumulat jew minħabba żieda fil-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu għandha tiġi rrapportata bħala fluss ta’ dħul ukoll.

239iii. Għal skopertura li matul il-perjodu tkun ġiet klassifikata mill-ġdid diversi drabi minn improduttiva għal produttiva jew viċi versa, l-ammont ta’ flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ għandu jiġi identifikat abbażi ta’ tqabbil bejn l-istatus tal-iskopertura (produttiva jew improduttiva) fil-bidu tas-sena finanzjarja jew fir-rikonoxximent inizjali u l-istatus tagħha fid-data ta’ referenza ta’ rapportar.

239iv. Il-flussi ta’ ħruġ mill-kategorija tal-iskoperturi improduttivi għandhom jiġu rrapportati fuq bażi kumulattiva mill-bidu tas-sena finanzjarja. Il-fluss ta’ ħruġ għandu jirrifletti s-somma tal-ammonti riportati grossi ta’ skoperturi li ma jibqgħux improduttivi matul il-perjodu, u, fejn applikabbli, għandu jinkludi l-ammont ta’ tħassir magħmul fil-kuntest tal-irtirar parzjali jew sħiħ tar-rikonoxximent tal-iskopertura. Tnaqqis fl-ammont riportat gross ta’ skopertura improduttiva minħabba l-imgħax imħallas jew tnaqqis fil-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu għandu jiġi rrapportat bħala fluss ta’ ħruġ ukoll.

239v. Fluss ta’ ħruġ għandu jiġi rrapportat fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

skopertura improduttiva tissodisfa l-kriterji biex ma tibqax tiġi kklassifikata bħala improduttiva kif stabbilit fil-paragrafi 228 – 232 ta’ din il-Parti u tiġi riklassifikata bħala produttiva mingħajr tolleranza jew produttiva b’tolleranza;

(b) 

skopertura improduttiva titħallas lura parzjalment jew totalment; f’każ ta’ ripagament parzjali, l-ammont imħallas lura biss għandu jiġi kklassifikat bħala fluss ta’ ħruġ;

(c) 

il-kollateral jiġi likwidat, inkluż il-fluss ta’ ħruġ minħabba proċeduri legali jew ta’ likwidazzjoni oħra, bħal-likwidazzjoni ta’ assi għajr il-kollateral miksub permezz ta’ proċeduri legali, u l-bejgħ volontarju tal-kollateral;

(d) 

l-istituzzjoni tieħu pussess tal-kollateral kif imsemmi fil-paragrafu 175 ta’ din il-Parti inklużi każijiet ta’ skambji ta’ assi ta’ dejn, ċedimenti volontarji u skambji ta’ dejn ma’ ekwità;

(e) 

skopertura improduttiva tinbiegħ;

(f) 

ir-riskju marbut ma’ skopertura improduttiva hija trasferita u l-iskopertura tissodisfa l-kriterji biex jiġi rtirat ir-rikonoxximent tagħha;

(g) 

skopertura improduttiva titħassar parzjalment jew totalment; f’każ ta’ tħassir parzjali, l-ammont imħasar biss għandu jiġi kklassifikat bħala fluss ta’ ħruġ;

(h) 

skopertura improduttiva, jew partijiet minn skopertura improduttiva, ma jibqgħux improduttivi għal raġunijiet oħra.

239vi. Il-klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ skopertura improduttiva minn portafoll kontabilistiku għal ieħor ma għandha tiġi rrapportata la bħala fluss ta’ dħul u lanqas bħala fluss ta’ ħruġ. Bħala eċċezzjoni, ir-riklassifikazzjoni ta’ skopertura improduttiva minn kwalunkwe portafoll kontabilistiku għal “miżmuma għall-bejgħ” għandha tiġi rrapportata bħala fluss ta’ ħruġ mill-portafoll kontabilistiku oriġinali u fluss ta’ dħul għal “miżmuma għall-bejgħ”.

239vii. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu identifikati f’ringieli separati:

(a) 

self għal proprjetà immobbli kummerċjali (CRE) kif definit fil-paragrafu 239ix, diżaggregat f’self CRE lil SMEs u self CRE lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji minbarra SMEs;

(b) 

self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kif definit fil-paragrafi 86(a) u 87 ta’ din il-Parti;

(c) 

kreditu għall-konsum kif definit fil-paragrafu 88(a) ta’ din il-Parti.

17.3.    Self għal Proprjetà Immobbli Kummerċjali (CRE) u informazzjoni addizzjonali fuq self garantit bi proprjetà immobbli (18.2)

239viii. Il-formola 18.2 għandha tippreżenta informazzjoni dwar self għal proprjetà immobbli kummerċjali lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u dwar self ikkollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kummerċjali jew residenzjali lil korporazzjonijiet mhux finanzjarji u unitajiet domestiċi rispettivament, diżaggregati skont il-proporzjon bejn is-self u l-valur (proporzjon LTV). Self u avvanzi kklassifikati bħala miżmuma għan-negozjar, assi finanzjarji tan-negozjar u strumenti ta’ dejn miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu esklużi.

239ix. “Self ta’ proprjetà immobbli kummerċjali (CRE)” għandu jinkludi skoperturi kif definiti fit-taqsima 2, kapitolu 1, paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar it-tneħħija ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli ( 18 ).

239x. Il-proporzjon LTV għandu jiġi kkalkolat skont il-metodu għall-kalkolu tal-“proporzjon kurrenti bejn is-self u l-valur” (LTV-C) stabbilit fit-Taqsima 2, kapitolu 1, paragrafu 1 tar-Rakkomandazzjoni tal-BERS dwar it-tneħħija ta’ lakuni fid-data dwar il-proprjetà immobbli.

239xi. L-informazzjoni dwar il-kollateral riċevut u l-garanziji finanzjarji riċevuti fuq is-self għandha tiġi rrapportata skont il-paragrafu 239 ta’ din il-Parti. Konsegwentement, is-somma tal-ammonti rrapportati kemm għall-kollateral kif ukoll għall-garanziji għandha tkun limitata sal-ammont riportat tal-iskopertura relatata.

18.   SKOPERTURI TOLLERATI (19)

240. Għall-finijiet tal-formola 19, skoperturi tollerati għandhom ikunu kuntratti ta’ dejn li fir-rigward tagħhom ikunu ġew applikati miżuri ta’ tolleranza kif definit fl-Artikolu 47b(1) u (2) tas-CRR.

243. Miżuri ta’ tolleranza jinkludu wkoll l-eżerċitar ta’ klawsoli li, fejn użati għad-diskrezzjoni tad-debitur, jippermettu lid-debitur jibdel it-termini tal-kuntratt (“klawsoli ta’ tolleranza inkorporati”) u li għandhom jiġu trattat bħala konċessjoni meta l-istituzzjoni tapprova l-eżekuzzjoni ta’ dawk il-klawsoli u tikkonkludi li d-debitur qed jesperjenza diffikultajiet finanzjarji.

244. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, “rifinanzjament” għandha tfisser l-użu ta’ kuntratti tad-dejn biex jiżguraw il-pagament totali jew parzjali ta’ kuntratti oħra ta’ dejn li d-debitur ma jkunx jista’ jikkonforma mat-termini tagħhom.

245. Għall-finijiet tal-formola 19, “debitur” għandha tfisser debitur skont it-tifsira tal-Artikolu 47b(4) tas-CRR.

246. Għall-finijiet tal-formola 19, “dejn” għandha tinkludi self u avvanzi (inklużi wkoll bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn), titoli ta’ dejn u impenji ta’ self revokabbli u irrevokabbli mogħtija, inklużi dawk l-impenji ta’ self li huma speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf li huma assi fid-data tar-rapportar. “Dejn” għandha teskludi skoperturi miżmumin għan-negozjar.

247. “Dejn” għandha tinkludi wkoll self u avvanzi u titoli ta’ dejn ikklassifikati bħala assi mhux kurrenti u gruppi tad-disponiment klassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5.

248. Għall-finijiet tal-formola 19, “skopertura” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “dejn” fil-paragrafi 246 u 247 ta’ din il-Parti.

249. Il-portafolli tal-kontabilità skont l-IFRS elenkati fil-paragrafu 15 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness u skont il-GAAP nazzjonali rilevanti abbażi tal-BAD elenkati fil-paragrafu 16 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness għandhom jiġu rrapportati fil-formola 19 skont il-paragrafu 233 ta’ din il-Parti.

250. Għall-finijiet tal-formola 19, “istituzzjoni” għandha tfisser l-istituzzjoni li tkun applikat il-miżuri ta’ tolleranza.

251. Fil-formola 19 għal “dejn”, l-“ammont riportat gross” għandu jiġi rrapportat skont il-paragrafu 34 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Għall-impenji ta’ self mogħtija li huma skoperturi barra l-karta bilanċjali, għandu jiġi rrapportat l-ammont nominali kif definit fil-paragrafu 118 ta’ din il-Parti ta’ dan l-Anness.

252. Skoperturi għandhom jitqiesu bħala tollerati meta tkun saret konċessjoni skont l-Artikolu 47b(1) tas-CRR, irrispettivament minn jekk xi ammont huwiex skadut jew jekk l-iskoperturi humiex klassifikati bħala indeboliti skont il-qafas ta’ kontabilità applikabbli jew bħala inadempjenti skont l-Artikolu 178 tas-CRR. L-iskoperturi ma għandhomx jiġu ttrattati bħala tollerati meta d-debitur ma jkunx jinsab f’diffikultajiet finanzjarji. Skont l-IFRS, assi finanzjarji modifikati (IFRS 9.5.4.3 u Appendiċi A) għandhom jiġu trattati bħala tollerati meta tkun saret konċessjoni kif definit fl-Artikolu 47b(1) tas-CRR, irrispettivament mill-inċidenza tal-modifika fuq il-bidla fir-riskju ta’ kreditu tal-assi finanzjarju sa mir-rikonoxximent inizjali.

254. Teżisti suppożizzjoni konfutabbli li seħħet tolleranza fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi elenkati fl-Artikolu 47b(3) tas-CRR.

255. Diffikultajiet finanzjarji għandhom jiġu vvalutati fuq il-livell ta’ debitur kif imsemmi fil-paragrafu 245. Għandhom jiġu identifikati bħala skoperturi tollerati skoperturi li għalihom ġew applikati miżuri ta’ tolleranza biss.

256. Skoperturi tollerati għandhom jiġu inklużi fil-kategorja tal-iskoperturi improduttivi jew fil-kategorija tal-iskoperturi produttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 u 260 ta’ din il-Parti. Il-klassifikazzjoni bħala skopertura tollerata għandha titwaqqaf meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha previsti fl-Artikolu 47a(7) tas-CRR.

257. Meta l-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 47a(7) tas-CRR ma jiġux issodisfati fl-aħħar tal-perjodu ta’ probazzjoni, l-iskopertura għandha tkompli tiġi identifikata bħala tollerata u produttiva taħt prova sakemm jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu vvalutati mill-inqas fuq bażi trimestrali.

258. Skoperturi tollerati li huma kklassifikati bħala assi mhux kurrenti miżmuma għall-bejgħ skont l-IFRS 5 għandhom jibqgħu jiġu klassifikati bħala skoperturi tollerati.

259. Skopertura tollerata tista’ titqies bħala produttiva mid-data li fiha ġew applikati l-miżuri ta’ tolleranza fejn jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

dik l-estensjoni ma tkunx wasslet biex l-iskopertura tiġi kklassifikata bħala improduttiva;

(b) 

l-iskopertura ma kinitx meqjusa bħala skopertura improduttiva fid-data li fiha ġew estiżi l-miżuri ta’ tolleranza.

260. Fejn jiġu applikati miżuri ta’ tolleranza addizzjonali għal skopertura produttiva tollerata taħt probazzjoni li tkun ġiet riklassifikata barra mill-kategorija improduttiva jew l-iskopertura tollerata taħt probazzjoni li tkun ġiet riklassifikata barra mill-kategorija improduttiva tiskadi b’aktar minn 30 jum, l-iskopertura għandha tiġi kklassifikata bħala improduttiva skont il-punt (c) tal-Artikolu 47a(3) tas-CRR.

261. “Skoperturi produttivi b’miżuri ta’ tolleranza” (skoperturi produttuvi tollerati) għandhom jinkludu skoperturi tollerati li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jiġu kkunsidrati bħala improduttivi u li huma inklużi fil-kategorija ta’ skoperturi produttivi. Skoperturi produttivi tollerati għandhom ikunu taħt probazzjoni sakemm il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 47a(7) tas-CRR, inkluż fejn japplika l-paragrafu 259 ta’ din il-Parti, jiġu ssodisfati. Skoperturi tollerati taħt probazzjoni li jkunu ġew riklassifikati barra mill-kategorija tal-iskoperturi improduttivi tollerati għandhom jiġu rrappurtati separatament fl-iskoperturi produttivi b’miżuri ta’ tolleranza fil-kolonna “li minnhom: Skoperturi produttivi tollerati taħt probazzjoni riklassifikati minn improduttivi”.

262. “Skoperturi improduttivi b’miżuri ta’ tolleranza” (skoperturi improduttivi tollerati) għandhom jinkludu skoperturi tollerati li jissodisfaw il-kriterji sabiex ikunu kkunsidrati bħala improduttivi u li huma inklużi fil-kategorija ta’ skoperturi improduttivi. Dawk l-iskoperturi tollerati improduttivi għandhom jinkludu dan li ġej:

(a) 

skoperturi li saru improduttivi minħabba l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ tolleranza;

(b) 

skoperturi li kienu improduttivi qabel l-għoti tal-miżuri ta’ tolleranza;

(c) 

skoperturi tollerati li ġew riklassifikati mill-kategorija produttiva, inklużi skoperturi riklassifikati b’applikazzjoni tal-paragrafu 260.

263. Fejn miżuri ta’ tolleranza jingħataw lil skoperturi li kienu improduttivi qabel l-għoti tal-miżuri ta’ tollerenza, l-ammont ta’ dawk l-iskoperturi tollerati għandu jiġi identifikat b’mod separat fil-kolonna “li minnhom: tolleranza ta’ skoperturi improduttivi qabel il-miżuri ta’ tolleranza”.

264. L-iskoperturi improduttivi li ġejjin b’miżuri ta’ tolleranza għandhom jiġu identifikati f’kolonni separati:

(a) 

skoperturi li, skont il-qafas kontabilistiku applikabbli, jitqiesu bħala indeboliti. Skont l-IFRS, l-ammont ta’ assi b’indeboliment ta’ kreditu (Stadju 3), u l-ammont ta’ assi finanzjarji mixtrija jew oriġinati b’indeboliment ta’ kreditu fejn jitqiesu improduttivi skont il-paragrafu 215 ta’ din il-Parti għandhom jiġu rrapportati f’din il-kolonna;

(b) 

skoperturi li fir-rigward tagħhom huwa meqjus li seħħet inadempjenza skont l-Artikolu 178 tas-CRR.

265. Il-kolonna “Rifinanzjament” għandha tinkludi l-ammont riportat gross tal-kuntratt il-ġdid (“dejn ta’ rifinanzjament”) mogħti bħala parti minn tranżazzjoni ta’ rifinanzjament li tikkwalifika bħala miżura ta’ tolleranza, kif ukoll l-ammont riportat gross tal-kuntratt l-antik imħallas mill-ġdid li jkun għadu pendenti.

266. Skoperturi tollerati li jikkombinaw modifiki u rifinanzjament għandhom jiġu allokati lill-kolonna “Strumenti b’modifiki fit-termini u l-kundizzjonijiet” jew lill-kolonna “Rifinanzjament” skont il-miżura li għandha l-akbar impatt fuq il-flussi tal-flus. Ir-rifinanzjament minn pool ta’ banek għandu jiġi rrapportat fil-kolonna “Rifinanzjament” għall-ammont totali ta’ dejn ta’ rifinanzjament provdut jew ta’ dejn rifinanzjat li għadu pendenti fl-istituzzjoni li tirrapporta. Ir-ripakkettar ta’ diversi djun f’dejn ġdid għandu jiġi rrapportat bħala modifika, sakemm ma jkunx hemm tranżazzjoni ta’ rifinanzjament li jkollha impatt akbar fuq il-flussi tal-flus. Fejn it-tolleranza permezz ta’ modifika tat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ skopertura danneġġata twassal għall-irtirar tar-rikonoxximent tal-iskopertura u għar-rikonoxximent ta’ skopertura ġdida, dik l-iskopertura ġdida għandha tiġi trattata bħala dejn b’tolleranza.

267. L-indeboliment akkumulat, il-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu u l-provvedimenti għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafi 11, 69 sa 71, 106 u 110 ta’ din il-Parti.

268. Il-kollateral u l-garanziji riċevuti fuq skoperturi b’miżuri ta’ tolleranza għandhom jiġu rrapportati għall-iskoperturi kollha b’miżuri ta’ tolleranza, irrispettivament mill-istatus produttiv jew improduttiv tagħhom. Barra minn hekk, il-kollateral u l-garanziji finanzjarji riċevuti fuq skoperturi improduttivi b’miżuri ta’ tolleranza għandhom jintwerew b’mod separat. L-ammonti rrapportati għall-kollateral riċevut u l-garanziji riċevuti għandhom jiġu kkalkolati skont il-paragrafi 172 u 174 ta’ din il-Parti. Is-somma tal-ammonti rrapportati kemm għall-kollateral kif ukoll għall-garanziji għandha tkun limitata sal-ammont riportat tal-iskopertura relatata tal-karta bilanċjali jew l-ammont nominali wara t-tnaqqis tal-provvedimenti tal-iskopertura relatata li ma tidhirx fil-karta bilanċjali.

19.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI ĠEOGRAFIKA (20)

269. Il-formola 20 għandha tiġi rrapportata meta l-istituzzjoni taqbeż il-livell limitu deskritt fil-punt (4) tal-Artikolu 5(a) ta’ dan ir-Regolament.

19.1.    Diżaggregazzjoni ġeografika skont il-post tal-attivitajiet (20.1-20.3)

270. Id-diżaggregazzjoni ġeografika skont il-post tal-attivitajiet fil-formoli 20.1 sa 20.3 tagħmel distinzjoni bejn “attivitajiet domestiċi” u “attivitajiet mhux domestiċi”. Għall-finijiet ta’ din il-Parti, “Post” għandha tfisser il-ġuriżdizzjoni tal-inkorporazzjoni tal-entità ġuridika li rrikonoxxiet l-assi jew l-obbligazzjoni korrispondenti. Għall-fergħat, għandha tfisser il-ġurisdizzjoni tar-residenza tagħha. “Domestiċi” għandha tinkludi l-attivitajiet rikonoxxuti fl-Istat Membru fejn tinsab l-istituzzjoni relatriċi.

19.2.    Diżaggregazzjoni ġeografika skont ir-residenza tal-kontroparti (20.4-20.7)

271. Il-formoli 20.4 sa 20.7 fihom informazzjoni “pajjiż b’pajjiż” fuq il-bażi tar-residenza tal-kontroparti immedjata kif definit fil-paragrafu 43 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Id-diżaggregazzjoni provduta għandha tinkludi skoperturi jew obbligazzjonijiet ma’ residenti f’kull pajjiż barrani li fih l-istituzzjoni għandha skoperturi. Skoperturi jew obbligazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp ma għandhomx jiġu assenjati lill-pajjiż ta’ residenza tal-istituzzjoni iżda liż-żona ġeografika “Pajjiżi oħra”.

272. “Derivattivi” għandha tinkludi kemm derivattivi tan-negozjar, inklużi ħeġġijiet ekonomiċi u derivattivi tal-iħħeġġjar skont l-IFRS u skont il-GAAP, kif irrapportat fil-formoli 10 u 11.

273. L-assi miżmuma għan-negozjar skont l-IFRS u assi tan-negozjar skont il-GAAP għandhom jiġu identifikati b’mod separat. L-assi finanzjarji soġġetti għal indeboliment għandu jkollhom l-istess definizzjoni bħal fil-paragrafu 93 ta’ din il-Parti. Għall-finijiet tal-formola 20.4, il-bilanċi tal-flus fil-banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħrajn għandhom jiġu rrapportati flimkien ma’ assi finanzjarji soġġetti għal indeboliment. Assi mkejla skont il-LOCOM li għandhom aġġustamenti tal-valur indotti għar-riskju ta’ kreditu għandhom jiġu kkunsidrati bħala indeboliti.

274. Fil-formoli 20.4 u 20.7, “Indeboliment akkumulat” u “Bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu fuq skoperturi improduttivi”, għandhom jiġu rrapportati kif iddeterminat skont il-paragrafi 69 sa 71 ta’ din il-Parti.

275. Fil-formola 20.4 għall-istrumenti ta’ dejn, għandu jiġi rrapportat l-“ammont riportat gross” kif determinat skont il-paragrafu 34 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Għal derivattivi u strumenti ta’ ekwità, l-ammont li għandu jiġi rrapportat għandu jkun l-ammont riportat. Fil-kolonna “li minnhom: L-istrumenti ta’ dejn improduttivi, kif determinati skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti għandhom jiġu rrappurtati. Tolleranza ta’ dejn għandha tinkludi il-kuntratti ta’ “dejn” kollha għall-fini tal-formola 19 li għalihom il-miżuri ta’ tolleranza, kif definit fil-paragrafi 240 sa 268 ta’ din il-Parti, huma estiżi.

276. Fil-formola 20.5, “Provvedimenti għal impenji u garanziji mogħtija” għandha tinkludi l-provvedimenti mkejla skont l-IAS 37, it-telf ta’ kreditu ta’ garanziji finanzjarji trattati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni skont l-IFRS 4, u l-provvedimenti għall-impenji ta’ self u garanziji finanzjarji skont ir-rekwiżiti ta’ indeboliment tal-IFRS 9 u l-provvedimenti għal impenji u garanziji skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD skont il-paragrafu 11 ta’ din il-Parti.

277. Fil-formola 20.7, self u avvanzi mhux miżmuma għan-negozjar, għan-negozju jew miżmuma għall-bejgħ għandhom jiġu rrapportati bil-klassifikazzjoni skont il-Kodiċi NACE fuq il-bażi ta’ “pajjiż b’pajjiż”. Il-Kodiċi NACE jkunu rrappurtati bl-ewwel livell ta’ diżaggregazzjoni (skont it-“taqsima”). Self u avvanzi soġġetti għal indeboliment għandhom jirreferu għall-istess portafolli kif imsemmija fil-paragrafu 93 ta’ din il-Parti.

20.   ASSI TANĠIBBLI U INTANĠIBBLI: ASSI SOĠĠETTI GĦAL LOKAZZJONI OPERATORJA (21)

278. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell limitu fl-Artikolu 9(e) ta’ dan ir-Regolament, assi tanġibbli li ngħataw b’lokazzjoni mill-istituzzjoni (lokatur) lil partijiet terzi fi ftehimiet li jikkwalifikaw bħala lokazzjonijiet operatorji skont il-qafas kontabilistiku rilevanti għandhom jinqasmu bit-total tal-assi tanġibbli.

279. Skont l-IFRS, assi li ngħataw b’lokazzjoni mill-istituzzjoni (bħala lokatur) lil partijiet terzi f’lokazzjonijiet operatorji għandhom jiġu rrapportati diżaggregati skont il-metodu ta’ kejl.

21.   L-IMMANIĠĠAR TAL-ASSI, IL-KUSTODJA U FUNZJONIJIET OĦRA TA’ SERVIZZ (22)

280. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-livell limitu fl-Artikolu 9(f) ta’ dan ir-Regolament, l-ammont ta’ “introjtu nett mill-imposti u t-tariffi” għandu jkun il-valur assolut tad-differenza bejn “introjtu mit-tariffi u l-kummissjonijiet” u “spejjeż mit-tariffi u l-kummissjonijiet”. Għall-istess finijiet, l-ammont ta’ “imgħax nett” għandu jkun il-valur assolut tad-differenza bejn “introjtu mill-imgħax” u “spejjeż tal-imgħax”.

21.1.    Introjtu mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u l-ispejjeż skont l-attività (22.1)

281. L-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u l-ispejjeż għandhom jiġu rrapportati skont it-tip ta’ attività. Skont l-IFRS, dan il-formola għandha tinkludi l-introjtu mit-tariffi u spejjeż għajr dawn it-tnejn li ġejjin:

(a) 

ammonti kkunsidrati għall-kalkolu tal-imgħax effettiv ta’ strumenti finanzjarji (IFRS 7.20.(c));

(b) 

ammonti li ġejjin minn strumenti finanzjarji li jitkejlu fil-valur ġust permezz tal-profitt jew it-telf (IFRS 7.20.(c).(i)).

282. Il-kostijiet ta’ tranżazzjoni attribwibbli direttament għall-akkwist jew għall-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji mhux imkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf ma għandhomx jiġu inklużi. Dawk il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet għandhom jifformaw parti mill-valur tal-akkwiżizzjoni/ħruġ inzjali ta’ dawn l-istrumenti, u għandhom jiġu ammortizzati bħala profitt jew telf tul il-ħajja residwa tagħhom bl-użu tar-rata effettiva tal-imgħax (ara IFRS 9.5.1.1).

283. Skont l-IFRS, il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet direttament attribwibbli għall-akkwiżizzjoni jew il-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għandhom jiġu inklużi bħala parti minn “Qligħ jew telf fuq assi u obbligazzjonijiet finanzjarji miżmuma għan-negozjar, netti”, “Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji mhux tan-negozjar b’mod obbligatorju fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, netti” u “Qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, netti”, skont il-portafoll tal-kontabilità li fih huma kklassifikati dawk il-kostijiet tat-tranżazzjonijiet. Dawk il-kosti tat-transazzjoni ma għandhomx ikunu parti mill-valur inizjali tal-akkwiżizzjoni jew ħruġ ta’ dawk l-istrumenti u għandhom jiġu immedjatament rikonoxxuti fil-profitt jew telf.

284. L-istituzzjonijiet għandom jirrapportaw l-introjtu mit-tariffi u mill-kummissjonijiet u l-ispejjeż skont il-kriterji li ġejjin:

(a) 

“Titoli. Ħruġ” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet riċevuti għall-involviment fl-oriġinazzjoni jew il-ħruġ ta’ titoli mhux oriġinati jew maħruġin mill-istituzzjoni;

(b) 

“Titoli. Ordnijiet ta’ trasferiment” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet iġġenerati mir-riċevuta, it-trażmissjoni u l-eżekuzzjoni f’isem il-klijenti ta’ ordnijiet għax-xiri jew il-bejgħ ta’ titoli;

(c) 

“Titoli. Introjtu ieħor minn tariffi u kummissjonijiet b’rabta ma’ titoli” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet iġġenerati mill-istituzzjoniji li tipprovdi servizzi oħrajn relatati ma’ titoli mhux oriġinati jew maħruġin mill-istituzzjoni;

(d) 

Taħt spejjeż ta’ tariffi u kummissjonijiet, “titoli” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet debitati lill-istituzzjoni fejn tkun qed tirċievi servizzi relatati ma’ titoli irrispettivament minn jekk humiex oriġinati jew maħruġa mill-istituzzjoni jew le;

(e) 

“Finanzjament Korporattiv. Konsulenza dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet għal servizzi ta’ konsulenza dwar attivitajiet ta’ fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet ta’ klijenti korporattivi;

(f) 

“Finanzjament Korporattiv. Servizzi tat-Teżor” għandhom jinkludu tariffi u kummissjonijiet għal servizzi ta’ finanzjament korporattiv marbuta mal-konsulenza dwar is-suq kapitali għal klijenti korporattivi;

(g) 

“Finanzjament Korporattiv. Introjtu ieħor minn tariffi u kummissjonijiet b’rabta ma’ attivitajiet ta’ finanzjament korporattiv” għandhom jinkludu t-tariffi u l-kummissjonijiet kollha l-oħrajn relatati mal-finanzjament korporattiv;

(h) 

“Konsulenza bbażata fuq tariffi” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet mitluba għal servizzi ta’ konsulenza lill-klijenti li mhumiex direttament marbuta mal-ġestjoni tal-assi, bħat-tariffi relatati mas-servizzi bankarji privati. Tariffi ta’ konsulenzi dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet ma għandhomx jiġu inklużi hawnhekk, iżda taħt “Finanzjament Korporattiv. Konsulenza dwar fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet”;

(i) 

“Ikklerjar u saldu” għandha tinkludi introjtu (spejjeż) mit-tariffi u mill-kummissjonijiet iġġenerati mill-istituzzjoni (jew debitati lilha) fejn dik l-istituzzjoni tieħu sehem f’faċilitajiet tal-kontroparti, tal-ikklerjar u tas-saldu;

(j) 

“Immaniġġar tal-assi”, “Kustodja”, “Servizzi amministrattivi ċentrali għal intrapriżi ta’ investiment kollettiv”, “Tranżazzjonijiet fiduċjarji” għandhom jinkludu introjtu (spejjeż) minn tariffi u kummissjonijiet iġġenerati mill-istituzzjoni (mitlubin lilha) li tipprovdi dawk is-servizzi;

(k) 

“Servizzi ta’ pagament” għandha tinkludi introjtu (spejjeż) minn tariffi u kummissjonijiet iġġenerati mill-istituzzjoni (mitlubin lilha) li tipprovdi (tirċievi) servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ). Informazzjoni dwar introjtu minn tariffi u kummissjonijiet għandha tiġi rrapportata separatament għall-kontijiet kurrenti, il-karti ta’ kreditu, il-karti ta’ debitu u pagamenti oħra bil-kard, trasferimenti u ordnijiet oħra ta’ ħlas kif ukoll introjtu ieħor minn tariffi u kummissjonijiet fir-rigward tas-servizzi ta’ pagament. “Introjtu ieħor minn tariffi u kummissjonijiet b’rabta ma’ servizzi ta’ pagament” għandha tinkludi imposti għall-użu tan-netwerk tal-ATM tal-istituzzjoni minn kards mhux maħruġa mill-istituzzjoni. Informazzjoni dwar spejjeż fuq tariffi u kummissjonijiet fuq karti ta’ kreditu, debitu u kards oħra għandha tiġi rrapportata separatament;

(l) 

“Riżorsi tal-klijenti mqassma iżda mhux ġestiti (skont it-tip ta’ prodott)” għandha tinkludi introjtu minn tariffi u kummissjonijiet għad-distribuzzjoni ta’ prodotti maħruġa minn entitajiet barra l-grupp prudenzjali lill-klijenti attwali tagħhom. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrapportata skont it-tip ta’ prodott;

(m) 

Taħt spejjeż fuq tariffi u kummissjonijiet, id-“Distribuzzjoni ta’ prodotti pprovduta b’mod estern” għandha tinkludi l-ispejjeż għad-distribuzzjoni tal-prodotti u s-servizzi tal-istituzzjoni permezz ta’ netwerk ta’ aġenti esterni/arranġament ta’ distribuzzjoni b’fornituri esterni bħal sensara tal-ipoteki, pjattaformi ta’ self onlajn jew frontends tal-Fintech;

(n) 

“Finanzjament strutturat” għandha tinkludi tariffi u kummissjonijiet riċevuti għall-involviment fl-oriġinazzjoni jew il-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji minbarra titoli oriġinati jew maħruġin mill-istituzzjoni;

(o) 

Tariffi minn “Attivitajiet ta’ servizzjar ta’ self” għandhom jinkludu, min-naħa tal-introjtu, l-introjtu mit-tariffi u l-kummissjonijiet iġġenerat mill-istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta’ servizzjar tas-self u min-naħa tal-ispiża, l-ispiża tat-tariffi u l-kummissjonijiet debitata lill-istituzzjoni mill-fornituri ta’ servizzi ta’ self;

(p) 

“Impenji ta’ self mogħtija” u “Garanziji finanzjarji mogħtija” għandhom jinkludu l-ammont, rikonoxxut bħala introjtu matul il-perjodu, tal-amortizzazzjoni tat-tariffi u l-kummissjoni għal dawk l-attivitajiet inizjalment rikonoxxuti bħala “obbligazzjonijiet oħrajn”;

(q) 

“Impenji ta’ self riċevuti” u “Garanziji finanzjarji riċevuti’ għandhom jinkludu t-tariffi u l-kummissjonijiet rikonoxxuti mill-istituzzjoni bħala spiża matul il-perjodu bħala konsegwenza tal-imposta lill-kontroparti li tat l-impenn ta’ self jew il-garanzija finanzjarja li inizjalment tkun rikonoxxuta bħala “assi oħrajn”;

(r) 

Taħt “self mogħti”, għandhom jiġu rrapportati t-tariffi u l-kummissjonijiet debitati fil-proċess tal-għoti tas-self, iżda li mhumiex parti mill-kalkolu effettiv tar-rata tal-imgħax;

(s) 

“Munita barranija” tinkludi introjtu (spejjeż) minn tariffi u kummissjonijiet għal servizzi tal-kambju tal-muniti barranin (inkluż il-kambju ta’ karti tal-flus jew muniti barranin, tariffi fuq ċekkijiet f’muniti internazzjonali, firxa bejn it-talba u l-offerta) u introjtu minn tariffi minn tranżazzjonijiet internazzjonali/spejjeż fuqhom. Fejn l-introjtu (spejjeż) attribwibbli għal tranżazzjonijiet tal-kambju tal-muniti barranin jista’ jiġi sseparat mill-introjtu l-ieħor relatat mal-karti ta’ kreditu/ta’ debitu, din l-entrata għandha tinkludi wkoll tariffi u kummissjonijiet relatati mal-kambju ġġenerati permezz ta’ kards ta’ kreditu jew debitu;

(t) 

“Komoditajiet” tinkludi introjtu minn tariffi u kummissjonijiet relatat man-negozju tal-komoditajiet, minbarra introjtu relatat man-negozjar ta’ komoditajiet li għandu jiġi rrapportat bħala introjtu operatorju ieħor;

(u) 

“Introjtu(spejjeż) oħra minn tariffi u kummissjonijiet” għandha tinkludi l-introjtu (spejjeż) minn tariffi u kummissjonijiet iġġenerat mill-istituzzjoni (debitati lilha) li ma jkunx jista’ jiġi allokat bl-ebda entrata elenkata l-oħra.

21.2.    Assi involuti fis-servizzi provduti (22.2)

285. Operat relatat mal-immaniġġar tal-assi, funzjonijiet ta’ kustodja, u servizzi oħrajn provduti mill-istituzzjoni għandhom jiġu rrapportati bl-użu tad-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Immaniġġar ta’ assi” għandha tirreferi għal assi li jappartjenu direttament għall-klijenti, li għalihom l-istituzzjoni qed tipprovdi mmaniġġar. “Immaniġġar ta’ assi” għandha tiġi rrapportata skont it-tip ta’ klijent: intrapriżi ta’ investiment kollettiv, fondi tal-pensjoni, portafolli tal-klijenti ġestiti fuq bażi diskrezzjonali, u strumenti oħra ta’ investiment;

(b) 

“Assi ta’ kustodja” għandha tirreferi għas-servizzi ta’ kustodja u amministrazzjoni ta’ strumenti finanzjarji għan-nom tal-klijenti provduti mill-istituzzjoni u għas-servizzi relatati mal-kustodja bħall-immaniġġar ta’ flus u ta’ kollateral. “L-assi ta’ kustodja” għandhom jiġu rrapportati skont it-tip ta’ klijenti li għalihom l-istituzzjoni qed iżżomm l-assi, b’distinzjoni bejn intrapriżi għall-investiment kollettiv u oħrajn. L-entrata “li minnhom: fdati lil entitajiet oħra” għandha tirreferi għall-ammont ta’ assi inkluż fl-assi ta’ kustodja li għalihom l-istituzzjoni tat il-kustodja effettiva lil entitajiet oħrajn;

(c) 

“Servizzi amministrattivi ċentrali għall-investiment kollettiv” għandha tirreferi għas-servizzi amministrattivi provduti mill-istituzzjoni lil intrapriżi ta’ investiment kollettiv. Din għandha tinkludi, fost l-oħrajn, is-servizzi ta’ aġent tat-trasferiment, ta’ kompilazzjoni ta’ dokumenti tal-kontabilità, ta’ tħejjija tal-prospett, rapporti finanzjarji u d-dokumenti l-oħra kollha maħsuba għall-investituri, tat-twettiq tal-korrispondenza permezz ta’ distribuzzjoni ta’ rapporti finanzjarji u d-dokumenti l-oħra kollha maħsuba għall-investituri, tat-twettiq ta’ ħruġ u tifdijiet u ż-żamma tar-reġistru tal-investituri, kif ukoll tal-kalkolu tal-valur nett tal-assi;

(d) 

“Tranżazzjonijiet fiduċjarji” għandha tirreferi għall-attivitajiet fejn l-istituzzjoni taġixxi f’isimha stess iżda għan-nom u b’riskju għall-klijenti tagħha. Spiss, fi tranżazzjonijiet fiduċjarji, l-istituzzjoni tipprovdi servizzi, bħal servizzi ta’ mmaniġġar tal-assi ta’ kustodja lil entità strutturata jew l-immaniġġar ta’ portafolli fuq bażi diskrezzjonarja. It-tranżazzjonijiet fiduċjarji kollha għandhom jiġu rrapportati b’mod esklussiv f’din l-entrata bla ma jiġi kkunsidrat jekk l-istituzzjoni tipprovdix ukoll servizzi oħrajn;

(e) 

“Servizzi ta’ pagament” għandha tirreferi għas-servizzi ta’ pagament elenkati fl-Anness I tad-Direttiva (UE) 2015/2366;

(f) 

“Riżorsi tal-klijenti mqassmin iżda mhux immaniġġjati” għandha tirreferi għal prodotti maħruġin minn entitajiet barra l-grupp prudenzjali li l-istituzzjoni qassmet lill-klijenti attwali tagħha. Din l-entrata għandha tiġi rrapportata skont it-tip ta’ prodott;

(g) 

“Ammont tal-assi involuti fis-servizzi provduti” għandha tinkludi l-ammont ta’ assi li fir-rigward tagħhom qed taġixxi l-istituzzjoni, fil-valur ġust. Bażijiet ta’ kejl oħrajn inkluż il-valur nominali jistgħu jintużaw fejn il-valur ġust ma jkunx disponibbli. Fejn l-istituzzjoni tipprovdi servizzi lil entitajiet bħal ma huma intrapriżi ta’ investiment kollettiv jew fondi tal-pensjonijiet, l-assi kkonċernati jistgħu jintwerew fil-valur li fih dawk l-entitajiet jirapportaw l-assi fil-karta bilanċjali tagħhom stess. L-ammonti rrapportati għandhom jinkludu l-imgħax dovut, fejn applikabbli.

22.   L-IMGĦAX F’ENTITAJIET STRUTTURATI MHUX IKKONSOLIDATI (30)

286. Għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness, “appoġġ ta’ likwidità prelevat” għandha tfisser is-somma tal-ammont riportat tas-self u l-avvanzi mogħtija lil entitajiet strutturati mhux konsolidati u l-ammont riportat ta’ titoli ta’ dejn miżmuma li nħarġu minn entitajiet strutturati mhux konsolidati.

287. “Telf imġarrab mill-istituzzjoni li tirrapporta fil-perjodu kurrenti” għandha tinkludi telf minħabba l-indeboliment u kwalunkwe telf ieħor imġarrab minn istituzzjoni li tirrapporta matul il-perjodu ta’ referenza ta’ rapportar u jikkonċerna l-interessi tal-istituzzjoni f’entitajiet strutturati mhux konsolidati.

23.   PARTIJIET RELATATI (31)

288. L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-ammonti jew it-tranżazzjonijiet relatati mal-karta bilanċjali u l-iskoperturi barra l-karta bilanċjali meta l-kontroparti tkun parti relatata kif imsemmi fl-IAS 24.

289. Tranżazzjonijiet intragrupp u bilanċi pendenti intragrupp tal-grupp prudenzjali għandhom jiġu eliminati. Taħt “Sussidjarji u entitajiet oħrajn tal-istess grupp”, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu bilanċi u tranżazzjonijiet ma’ sussidjari li ma ġewx eliminati jew għax is-sussidjarji mhumiex konsolidati bis-sħiħ mal-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali jew għaxliex is-sussidjarji huma esklużi mill-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali skont l-Artikolu 19 tas-CRR għaliex huma immaterjali jew għaliex, għall-istituzzjonijiet li huma parti minn grupp ikbar, is-sussidjarji huma tal-omm apikali, mhux tal-istituzzjoni. Taħt “Kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti”, l-istituzzjonijiet għandhom jinkludu l-porzjonijiet ta’ bilanċi u t-tranżazzjonijiet ma’ impriżi konġunti u assoċjati tal-grupp li l-entità tappartjeni għalih li ma ġewx eliminati fejn il-konsolidazzjoni proporzjonali tiġi applikata.

23.1.    Partijiet relatati: ammonti pagabbli lil u ammonti riċevibbli minn (31.1)

290. Għal “Impenji ta’ self, garanziji finanzjarji u impenji oħrajn riċevuti”, l-ammonti li għandhom jiġu rrapportati għandhom ikunu s-somma tan-“nominal” tas-self u impenji oħra riċevuti u l-“ammont massimu tal-garanzija li jista’ jiġi kkunsidrat” tal-garanziji finanzjarji riċevuti kif definit fil-paragrafu 119.

291. “Indeboliment akkumulat u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu fuq skoperturi improduttivi”, kif iddeterminati fil-paragrafi 69 sa 71, f’din il-Parti għandhom jiġu rrapportati għal skoperturi improduttivi biss. “Provvedimenti fuq skoperturi improduttivi barra l-karta bilanċjali” għandha tinkludi provvedimenti skont il-paragrafi 11, 106 u 111 ta’ din il-Parti għal skoperturi li huma improduttivi, kif iddeterminati skont il-paragrafi 213 sa 239 ta’ din il-Parti.

23.2.    Partijiet relatati: spejjeż u introjtu ġġenerati minn tranżazzjonijiet ma’ (31.2)

292. “Il-qligħ jew it-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji” għandha tinkludi l-qligħ u t-telf kollu fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji ġġenerati minn tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati. Din l-entrata għandha tinkludi l-qligħ u t-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji, li ġew iġġenerati minn tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati u li huma parti minn kwalunkwe entrata li ġejja tar-“Rapport tal-profitt jew telf”:

(a) 

“Il-qligħ jew it-telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati” meta jsir rapportar skont il-GAAP nazzjonali abbażi tal-BAD;

(b) 

“Qligħ jew telf minn irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji”;

(c) 

“Profitt jew telf minn assi mhux kurrenti u gruppi ta’ disponiment klassifikati bħala miżmumin għall-bejgħ li ma jikkwalifikawx bħala operazzjonijiet li ma tkomplewx”;

(d) 

“Profitt jew telf wara t-taxxa minn operazzjonijiet li ma tkomplewx”.

293. “Indeboliment jew (-) treġġigħ lura ta’ indeboliment fuq skoperturi improduttivi” għandha tinkludi telf minn indeboliment kif definit fil-paragrafi 51 sa 53 ta’ din il-Parti għal skoperturi li huma improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 ta’ din il-Parti. “Provvedimenti jew (-) treġġigħ lura ta’ provvedimenti fuq skoperturi improduttivi” għandha tinkludi povvedimenti kif definit fil-paragrafi 50 ta’ din il-Parti għal skoperturi barra l-karta bilanċjali li huma improduttivi kif imsemmi fil-paragrafi 213 sa 239 ta’ din il-Parti.

24.   L-ISTRUTTURA TAL-GRUPP (40)

294. L-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu, informazzjoni dettaljata sad-data ta’ rapportar dwar sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati konsolidati bis-sħiħ jew proporzjonalment fl-ambitu ta’ konsolidazzjoni tal-kontabilità kif ukoll l-entitajiet irrapportati bħala “Investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u assoċjati” skont il-paragrafu 4 ta’ din il-Parti, inkluż dawk l-entitajiet li fihom l-investimenti huma miżmumin għall-bejgħ skont l-IFRS 5. L-entitajiet kollha għandhom jiġu rrapportati, irrispettivament mill-attività li jwettqu.

295. L-istrumenti ta’ ekwità li ma jissodisfawx il-kriterji sabiex jiġu klassifikati bħala investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati u f’azzjonijiet proprji tal-istituzzjoni ta’ rapportar propjetà tagħha (“Azzjonijiet tat-teżor”), għandhom jiġu esklużi minn din il-formola.

24.1.    Struttura tal-grupp: “entità b’entità” (40.1)

296. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ “entità b’entità” u r-rekwiżiti li ġejjin għandhom japplikaw għall-finijiet tal-Annessi III u IV kif ukoll ta’ dan l-Anness:

(a) 

Il-“kodiċi” għandu jkun il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tad-destinatarja tal-investiment. Il-kodiċi bħala parti minn identifikatur tar-ringiela jrid ikun uniku għal kull entità rrapportata. Għall-istituzzjonijiet u għall-impriżi tal-assigurazzjoni, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI. Għal entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI, jew jekk ma jkunx disponibbli, il-kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-formoli kollha u tul iż-żmien. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur;

(b) 

“Tip ta’ kodiċi”: l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw it-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna “Kodiċi” bħala “Kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”. It-tip ta’ kodiċi għandu dejjem jiġi rrapportat;

(c) 

“Kodiċi nazzjonali”: l-istituzzjonijiet jistgħu jirrapportaw ukoll il-kodiċi nazzjonali meta jirrapportaw il-kodiċi LEI bħala identifikatur fil-kolonna “Kodiċi”;

(d) 

L-“Isem tal-entità” għandu jinkludi l-isem tad-destinatarja ta’ investiment.

(e) 

Id-“data tad-dħul” għandha tfisser id-data li fiha d-destinatarja ta’ investiment daħlet fl-“ambitu tal-grupp”;

(f) 

“Kapital azzjonarju tad-destinatarja ta’ investiment” għandha tfisser l-ammont totali ta’ kapital maħruġ mid-destinatarja ta’ investiment fid-data ta’ referenza;

(g) 

“Ekwità tad-destinatarja ta’ investiment”, “Assi totali tad-destinatarja ta’ investiment” u “Profitt jew (telf) tad-destinatarja ta’ investiment” għandha tinkludi l-ammonti ta’ dawk l-entrati fl-aħħar rapporti finanzjarji approvati mill-bord tad-diretturi jew korp awtorizzat simili tad-destinatarja ta’ investiment;

(h) 

“Residenza tad-destinatarja ta’ investiment” għandha tfisser il-pajjiż ta’ residenza tad-destinatarja ta’ investiment;

(i) 

“Is-settur tad-destinatarja ta’ investiment” għandha tfisser is-settur tal-kontroparti kif imsemmi fil-paragrafu 42 tal-Parti 1 ta’ dan l-Anness;

(j) 

il-“kodiċi NACE” għandu jiġi pprovdut fuq il-bażi tal-attività prinċipali tad-destinatarja ta’ investiment. Għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji l-kodiċijiet NACE jiġu rrappurtati bl-ewwel livell ta’ diżaggregazzjoni (skont it-“taqsima”). Għal korporazzjonijiet finanzjarji l-kodiċijiet NACE jiġu rrappurtati b’dettall tat-tieni livell (skont “id-diviżjoni”);

(k) 

“Imgħax tal-ekwità akkumulat (%)” għandu jkun il-perċentwal tal-istrumenti ta’ sjieda miżmumin mill-istituzzjoni mid-data ta’ referenza;

(l) 

“Drittijiet tal-vot (%)” għandha tfisser il-perċentwal ta’ drittijiet tal-vot assoċjati mal-istrumenti ta’ sjieda miżmumin mill-istituzzjoni mid-data ta’ referenza;

(m) 

“Struttura tal-grupp (relazzjoni)” għandha tindika r-relazzjoni bejn l-omm apikali u d-destinatarja ta’ investiment (omm jew entità b’kontroll konġunt tal-istituzzjoni ta’ rapportar, impriża konġunta jew kumpanija assoċjata);

(n) 

“Trattament kontabilistiku (Grupp tal-Kontabilità)” għandha tindika r-relazzjoni bejn it-trattament ta’ kontabilità bl-ambitu ta’ konsolidazzjoni tal-kontabilità (konsolidazzjoni sħiħa, konsolidazzjoni proporzjonali, metodu tal-ekwità, jew oħrajn);

(o) 

“Trattament kontabilistiku (Grupp tas-CRR)” għandha tindika r-relazzjoni bejn it-trattament kontabilistiku u l-ambitu ta’ konsolidazzjoni tas-CRR (konsolidazzjoni sħiħa, konsolidazzjoni proporzjonali, metodu tal-ekwità jew oħrajn);

(p) 

“Ammont riportat” għandha tfisser l-ammonti rrapportati fuq il-karta bilanċjali tal-istituzzjoni għal destinatarji ta’ investiment li la huma konsolidati totalment u lanqas proporzjonalment;

(q) 

“Kost ta’ akkwiżizzjoni” għandha tfisser l-ammont imħallas mill-investituri;

(r) 

“Rabta ta’ avvjament mad-destinatarja ta’ investiment” għandha tfisser l-ammont ta’ avvjament irrapportat fuq il-karta bilanċjali konsolidata tal-istituzzjoni tar-rapportar għad-destinatarja ta’ investiment fl-entrati “avvjament” jew “investimenti f’sussidjarji, impriżi konġunti u kumpaniji assoċjati”;

(s) 

“Valur ġust tal-investimenti li għalihom hemm kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ippubblikati” għandha tfisser il-prezz fid-data ta’ referenza. Dan għandu jingħata biss meta l-istrumenti jiġu kkwotati.

24.2.    Struttura tal-grupp: “strument bi strument” (40.2)

297. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun irrapportata fuq bażi ta’ “strument bi strument”:

(a) 

“Kodiċi tat-titolu” għandha tinkludi l-kodiċi ISIN tas-sigurtà. Għal titoli mingħajr il-kodiċi ISIN assenjat, dan għandu jinkludi kodiċi ieħor li jidentifika t-titolu b’mod uniku. “Kodiċi tas-Sigurtà” u “Kumpanija Azzjonarja/Kodiċi” għandhom ikunu identifikatur tar-ringiela kompost, u flimkien għandhom ikunu uniċi għal kull ringiela fil-formola 40.2;

(b) 

Il-“Kumpanija Azzjonarja/Kodiċi” għandu jkun il-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-entità fi ħdan il-grupp li żżomm l-investiment. Il-kodiċi bħala parti minn identifikatur tar-ringiela jrid ikun uniku għal kull entità rrapportata. Għall-istituzzjonijiet u għall-impriżi tal-assigurazzjoni, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI. Għal entitajiet oħrajn, il-kodiċi għandu jkun il-kodiċi LEI, jew jekk ma jkunx disponibbli, il-kodiċi nazzjonali. Il-kodiċi għandu jkun uniku u użat b’mod konsistenti fil-formoli kollha u tul iż-żmien. Il-kodiċi għandu dejjem ikollu valur;

(c) 

“Kumpanija azzjonarja/Tip ta’ kodiċi”: l-istituzzjonijiet għandhom jidentifikaw it-tip ta’ kodiċi rrapportat fil-kolonna “Kumpanija azzjonarja/Kodiċi” bħala “kodiċi LEI” jew “Kodiċi mhux LEI”. It-tip ta’ kodiċi għandu dejjem jiġi rrapportat;

(d) 

“Kumpanija azzjonarja/Kodiċi Nazzjonali”: l-istituzzjonijiet jistgħu jirrapportaw ukoll il-kodiċi nazzjonali meta jirrapportaw il-kodiċi LEI bħala identifikatur fil-kolonna “Kumpanija azzjonarja/Kodiċi”;

(e) 

“Destinatarja ta’ investiment/Kodiċi”, “Destinatarja ta’ investiment/Tip ta’ Kodiċi”, “Imgħax tal-ekwità akkumulat (%)”, “Ammont riportat” u “Kost tal-akkwiżizzjoni” huma definiti fil-paragrafu 296 ta’ din il-Parti. L-ammonti għandhom jikkorrispondu għat-titolu miżmum mill-kumpanija azzjonarja relatata.

25.   IL-VALUR ĠUST (41)

25.1.    Ġerarkija tal-valur ġust: strumenti finanzjarji b’kost amortizzat (41.1)

298. L-informazzjoni dwar il-valur ġust tal-istrumenti finanzjarji mkejjel bil-kost amortizzat, bl-użu tal-ġerarkija fl-IFRS 13.72, 76, 81, u 86 għandha tiġi rrapportata f’din il-formola. Fejn il-GAAP nazzjonali taħt il-BAD jeħtieġu wkoll l-allokazzjoni ta’ assi mkejlin fil-valur ġust bejn livelli differenti ta’ valur ġust, l-istituzzjonijiet taħt il-GAAP nazzjonali għandhom jirrapportaw din il-formola ukoll.

25.2.    L-użu tal-opzjoni ta’ valur ġust (41.2)

299. L-informazzjoni dwar l-użu tal-opzjoni ta’ valur ġust għal assi u obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf għandha tiġi rrapportata f’din il-formola.

300. “Kuntratti ibridi” għandha, għall-obbligazzjonijiet, tinkludi l-ammont riportat ta’ strumenti finanzjarji ibridi klassifikati, fit-totalità tagħhom, fil-portafoll kontabilistiku tal-obbligazzjonijiet finanzjarji indikati fil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf. Għalhekk, hija għandha tinkludi strumenti ibridi mhux separati fit-totalità tagħhom.

301. “Immaniġġjati għar-riskju ta’ kreditu” għandha tinkludi l-ammont riportat ta’ strumenti li huma speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fl-okkażjoni tal-iħħeġġjar tagħhom kontra r-riskju ta’ kreditu b’derivattivi ta’ kreditu mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9.6.7.

26.   ASSI TANĠIBBLI U INTANĠIBBLI: AMMONT RIPORTAT SKONT IL-METODU TA’ KEJL (42)

302. “Proprjetà, impjanti u tagħmir”, “Proprjetà għall-investiment” u “Assi intanġibbli oħrajn” għandhom jiġu rrapportati skont il-kriterji użati fil-kejl tagħhom.

303. “Assi intanġibbli oħrajn” għandha tinkludi l-assi intanġibbli kollha l-oħrajn minbarra avvjament. L-assi tas-softwer jiġu rrapportati f’“Assi intanġibbli oħrajn” jew fi “Proprjetà, impjanti u tagħmir” skont il-qafas ta’ kontabilità applikabbli.

303i. Fejn l-istituzzjoni tassumi r-rwol ta’ lokatarju, hija għandha tipprovdi informazzjoni separata dwar l-assi tal-lokazzjoni (assi bi dritt ta’ użu).

27.   PROVVEDIMENTI (43)

304. Din il-formola għandha tinkludi r-rikonċiljazzjoni bejn l-ammont riportat tal-entrata “Provvedimenti” fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu skont l-għamla taċ-ċaqliq, minbarra provvedimenti mkejlin skont l-IFRS 9 li minflok għandhom jiġu rrapportati fil-formola 12.

305. “Impenji u garanziji oħrajn mogħtija mkejlin skont l-IAS 37 u garanziji mogħtija mkejlin skont l-IFRS 4” għandha tinkludi provvedimenti mkejlin skont l-IAS 37 u t-telf ta’ kreditu ta’ garanziji finanzjarji trattati bħala kuntratti tal-assigurazzjoni skont l-IFRS 4.

28.   PJANIJIET TA’ BENEFIĊĊJI DEFINITI U BENEFIĊĊJI TAL-IMPJEGATI (44)

306. Dawn il-formoli għandhom jinkludu informazzjoni akkumulata tal-pjanijiet kollha ta’ benefiċċji definiti tal-istituzzjoni. Meta jkun hemm iktar minn pjan wieħed ta’ benefiċċji definiti, għandu jiġu rrapportat l-ammont aggregat tal-pjanijiet kollha.

28.1.    Komponenti tal-assi u l-obbligazzjonijiet netti tal-pjan ta’ benefiċċju definit (44.1)

307. Il-formola dwar il-komponenti ta’ assi u obbligazzjonijiet netti tal-pjan ta’ benefiċċju definit għandha turi r-rikonċiljazzjoni tal-valur preżenti akkumulat tal-obbligazzjonijiet (assi) netti ta’ benefiċċju definit kif ukoll id-drittijiet ta’ rimborż (IAS 19.140 (a), (b)).

308. “Assi ta’ benefiċċji definiti netti” għandha tinkludi, fil-każ ta’ surplus, l-ammonti tas-surplus li għandhom jiġu rikonoxxuti fil-karta bilanċjali peress li mhumiex affettwati mil-limiti stabbiliti fl-IAS 19.63. L-ammont ta’ din l-entrata u l-ammont rikonoxxut fl-entrata memo “Valur ġust ta’ kwalunkwe dritt għal rimborż rikonoxxut bħala assi” għandhom jiġu inklużi fl-entrata “Assi oħrajn” tal-karta bilanċjali.

28.2.    Ċaqliq fl-obbligi ta’ benefiċċji definiti (44.2)

309. Il-formola dwar iċ-ċaqliq fl-obbligi ta’ benefiċċji definiti għandha turi r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u l-għeluq tal-valur preżenti akkumulat tal-obbligi ta’ benefiċċji definiti kollha tal-istituzzjoni. L-effetti tal-elementi differenti elenkati fl-IAS 19.141 matul il-perjodu għandhom jiġu preżentati b’mod separat.

310. L-ammont ta’ “Bilanċ tal-għeluq (valur kurrenti)’ fil-formola għaċ-ċaqliq fl-obbligi ta’ benefiċċji definiti għandu jkun daqs l- “Obbligi ta’ benefiċċji definiti bil-valur preżenti”.

28.3.    Spejjeż tal-persunal skont it-tip ta’ benefiċċji (44.3)

311. Għar-rapportar tal-ispejjeż tal-persunal skont it-tip ta’ benefiċċji, għandhom jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Il-pensjoni u spejjeż simili” għandha tinkludi l-ammont rikonoxxut fil-perjodu bħala spejjeż tal-persunal għal kwalunkwe obbligu ta’ benefiċċju ta’ wara l-impjieg (kemm pjani ta’ kontribuzzjonijiet definiti kif ukoll pjani ta’ benefiċċji definiti), inklużi kontribuzzjonijiet relatati ta’ wara l-impjieg għall-fondi tas-sigurtà soċjali (fondi tal-pensjonijiet) miżmuma mill-gvern jew entitajiet tas-sigurtà soċjali;

(b) 

“Pagamenti bbażati fuq l-ishma” għandha tinkludi l-ammont rikonoxxut fil-perjodu ta’ referenza bħala spejjeż tal-persunal għal pagamenti bbażati fuq l-ishma.

(c) 

“Pagi u salarji” għandha tinkludi r-rimunerazzjoni tal-impjegati tal-istituzzjoni għax-xogħol jew għas-servizzi tagħhom, iżda għandha teskludi pagamenti tas-sensja u remunerazzjoni fil-forma ta’ entrati bbażati fuq l-ishma li għandhom jiġu rrapportati f’entrati separati;

(d) 

“Kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali” għandha tinkludi kontribuzzjonijiet għal fondi tas-sigurtà soċjali, ammonti mħallsa lill-gvern jew lil entitajiet tas-sigurtà soċjali sabiex jiġi riċevut benefiċċju soċjali futur, iżda għandha teskludi kontribuzzjonijiet relatati ta’ wara l-impjieg għal fondi tas-sigurtà soċjali f’termini ta’ pensjonijiet (kontribuzzjonijiet għal fondi tal-pensjonijiet);

(e) 

“Pagamenti tas-sensja” għandha tfisser pagametni relatati mat-terminazzjoni bikrija ta’ kuntratt u għandha tinkludi benefiċċji ta’ terminazzjoni kif iddefinit fl-IAS 19.8;

(f) 

“Tipi oħra ta’ spejjeż tal-persunal” għandha tinkludi spejjeż tal-persunal li ma jistgħux jiġu allokati għal xi waħda mill-kategoriji ta’ hawn fuq.

28.4.    Spejjeż tal-persunal skont il-kategorija ta’ remunerazzjoni u l-kategorija tal-persunal (44.4)

311i. Għar-rapportar tal-ispejjeż tal-persunal skont il-kategorija ta’ remunerazzjoni u l-kategorija ta’ persunal, għandhom jintużaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“Remunerazzjoni fissa”, “remunerazzjoni varjabbli”, “persunal identifikat” u “korp maniġerjali fil-funzjoni tiegħu ta’ ġestjoni” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-Linji Gwida tal-EBA “dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni skont l-Artikoli 74(3) u 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u divulgazzjonijiet skont l-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013” (EBA/GL/2015/22);

(b) 

“Korp maniġerjali”, “korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu” u “maniġment superjuri” għandhom jinkludu persunal kif definit fil-punti (7), (8) u (9) tal-Artikolu 3(1) tas-CRD.

311ii. “Numru ta’ persunal” għandha tinkludi, mid-data ta’ referenza ta’ rapportar, in-numru ta’ persunal, espress f’ekwivalenti għall-full time (FTE), flimkien man-numru ta’ membri fil-korp maniġerjali espress f’termini tal-għadd ta’ persunal għall-ambitu ta’ konsolidazzjoni prudenzjali (CRR). Minn dawk, l-għadd ta’ persunal identifikat, u l-għadd ta’ rappreżentanti fil-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali tiegħu u fil-maniġment superjuri, kif ukoll l-għadd ta’ rappreżentanti fil-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu għandhom jiġu rrapportati separatament.

29.   ID-DIŻAGGREGAZZJONI TA’ ENTRATI SPEĊIFIĊI TAR-RAPPORT TAL-PROFITT JEW TELF (45)

29.1.    Il-qligħ jew telf fuq assi finanzjarji u obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont il-portafoll tal-kontabilità (45.1)

312. “Obbligazzjonijiet finanzjarji speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf” għandhom jinkludu biss il-qligħ u t-telf minħabba l-bidla fir-riskju tal-kreditu proprju ta’ emittenti ta’ obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf fejn l-istituzzjoni ta’ rapportar għażlet li tirrikonoxxihom fi profitt jew telf għax ir-rikonoxximent f’introjtu ieħor komprensiv joħloq jew iżid l-ispariġġ kontabilistiku.

29.2.    Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji (45.2)

313. “Qligħ jew telf fuq l-irtirar tar-rikonoxximent ta’ assi mhux finanzjarji” għandha tiġi diżaggregata skont it-tip ta’ assi; Kull entrata għandha tinkludi l-qligħ jew it-telf fuq l-assi li ġie ritirat ir-rikonoxximent tiegħu. “Assi oħrajn” għandha tinkludi assi tanġibbli oħrajn, assi intanġibbli u investimenti li ma ġewx irrapportati x’imkien oħra.

29.3.    Introjtu u spejjeż operatorji oħrajn (45.3)

314. Introjtu u spejjeż operatorji oħra jiġu diżaggregati skont l-entrati li ġejjin: aġġustamenti fil-valur ġust fuq assi tanġibbli mkejla permezz tal-mudell tal-valur ġust; introjtu minn kera u spejjeż operatorji diretti minn propjetà għall-investiment; l-introjtu u l-ispejjeż tal-lokazzjonijiet operatorji ħlief propjetà għall-investiement u l-bqija tal-introjtu u tal-ispejjeż operatorji.

315. “Lokazzjonijiet operatorji minbarra proprjetà għall-investiment” għandha tinkludi, għall-kolonna “introjtu”, ir-ritorn miksub, u għall-kolonna “spejjeż” il-kostijiet imġarrbin mill-istituzzjoni bħala lokatur fl-attivitajiet ta’ lokazzjoni operatorja tagħha minbarra dawk b’assi klassifikati bħala proprjetà ta’ investiment. L-ispejjeż għall-istituzzjoni bħala lokatarja jkunu inklużi fl-entrata “Spejjeż amministrattivi oħrajn”.

316. Qligħ jew telf mill-irtirar tar-rikonoxximent u l-kejl mill-ġdid ta’ holdings ta’ deheb, metalli prezzjużi oħra u komoditajiet oħrajn imkejlin fil-valur ġust nieqsa l-kostijiet għal bejgħ għandhom jiġu rrapportati fost l-entrati inklużi f’“Introjtu operatorju ieħor. Oħrajn” jew “Spejjeż operatorji oħrajn. Oħrajn”

30.   IR-RAPPORT TAL-BIDLIET FL-EKWITÀ(46)

317. Ir-rapport tal-bidliet fl-ekwità għandu jiddivulga r-rikonċiljazzjoni bejn l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu (bilanċ tal-ftuħ) u tmiem il-perjodu (bilanċ tal-għeluq) għal kull komponent tal-ekwità.

318. “Trasferimenti bejn komponenti ta’ ekwità” għandha tinkludi l-ammonti kollha trasferiti fl-ekwità, inklużi kemm il-qligħ u t-telf minħabba r-riskju ta’ kreditu proprju ta’ obbligazzjonijiet speċifikati fil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf kif ukoll il-bidliet fil-valur ġust akkumulat ta’ strumenti ta’ ekwità mkejlin fil-valur ġust permezz ta’ introjtu ieħor komprensiv li jiġi trasferiti għal komponenti oħra ta’ ekwità meta jsir l-irtirar tar-rikonoxximent.

31.   SELF U AVVANZI: INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI (23)

319. Il-formola 23 tippreżenta informazzjoni addizzjonali dwar self u avvanzi, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi kklassifikati bħala bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħra, miżmuma għan-negozjar, assi finanzjarji kummerċjali u strumenti ta’ dejn miżmuma għall-bejgħ.

320. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-“għadd ta’ strumenti”, strument għandu jinftiehem bħala prodott bankarju b’bilanċ pendenti u, fejn applikabbli, limitu ta’ kreditu, li tipikament ikun assoċjat ma’ kont. Skopertura lejn kontroparti speċifika tista’ tikkonsisti minn strumenti multipli. In-numru ta’ strumenti għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-mod kif l-istituzzjoni timmaniġġja l-iskopertura. L-għadd ta’ strumenti għandu jiġi indikat separatament għal skoperturi fi status ta’ qabel il-litigazzjoni u skoperturi fi status ta’ litigazzjoni kif definit fil-paragrafi 321 u 322 ta’ din il-Parti.

321. Skopertura għandha tkun “fi status ta’ qabel il-litigazzjoni” fejn id-debitur ikun ġie formalment notifikat li l-istituzzjoni se tieħu azzjoni legali kontra d-debitur f’perjodu ta’ żmien definit, sakemm ma jiġux issodisfati ċerti obbligi kuntrattwali jew obbligi oħra ta’ ħlas. Dan għandu jinkludi wkoll każijiet fejn il-kuntratt ikun ġie tterminat mill-istituzzjoni rapportanti għaliex id-debitur ikun kiser formalment it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt u d-debitur ikun ġie notifikat b’dan, iżda l-ebda azzjoni legali kontra d-debitur ma tkun ittieħdet formalment mill-istituzzjoni s’issa. Skoperturi kklassifikati bħala “fi status ta’ qabel il-litigazzjoni” jistgħu joħorġu minn din il-klassifikazzjoni jekk l-ammonti pendenti jitħallsu jew jekk jidħlu fi status ta’ litigazzjoni kif definit fil-paragrafu li ġej.

322. Skopertura tkun “fi stat ta’ litigazzjoni” meta tkun ittieħdet formalment azzjoni legali kontra d-debitur. Dan jinkludi każijiet fejn qorti kkonfermat li jkunu seħħew proċedimenti ġudizzjarji formali jew li s-sistema ġudizzjarja tkun ġiet notifikata bl-intenzjoni li jinbdew proċedimenti ġudizzjarji.

323. “Self mhux garantit u avvanzi mingħajr garanziji” tirreferi għal skoperturi li għalihom la ġie mirhun kollateral u lanqas ma ġew riċevuti garanziji finanzjarji; il-parti mhux iggarantita ta’ skopertura parzjalment titolizzata jew parzjalment garantita ma għandhiex tiġi inkluża.

324. Self u avvanzi bi proporzjon ta’ kopertura akkumulat ta’ aktar minn 90 % għandhom jiġu rrapportati separatament. Għal dak l-għan, il-“proporzjon ta’ kopertura akkumulat” għandu jkun il-proporzjon bejn id-danni akkumulati, rispettivament il-bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu relatat ma’ self jew avvanz bħala numeratur, u l-ammont riportat gross ta’ dak is-self jew avvanz bħala denominatur.

325. Self kollateralizzat permezz ta’ proprjetà immobbli kif definit fil-paragrafi 86(a) u 87 ta’ din il-Parti kif ukoll self ta’ proprjetà immobbli kummerċjali kif definit fil-paragrafu 239ix ta’ din il-Parti għandu jiġi rrapportat maqsum skont il-proporzjon ta’ self/kollateral (proporzjon “bejn is-self u l-valur” (LTV)) kif definit fil-paragrafu 239x ta’ din il-Parti.

326. Informazzjoni dwar kollateral miżmum u garanziji riċevuti fuq is-self u l-avvanzi għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafu 239 ta’ din il-Parti. Konsegwentement, is-somma tal-ammonti rrapportati kemm għall-kollateral kif ukoll għall-garanziji għandha tkun limitata sal-ammont riportat tal-iskopertura relatata. Il-proprjetà immobbli mirhuna bħala kollateral għandha tiġi rrapportata separatament ukoll.

327. B’deroga mill-paragrafu preċedenti, “kollateral irċevut fuq self u avvanzi - ammonti mhux limitati” għandha tirrifletti l-valur sħiħ tal-kollateral riċevut mingħajr limitu fl-ammont riportat tal-iskopertura relatata.

32.   SELF U AVVANZI: FLUSSI TA’ SKOPERTURI IMPRODUTTIVI, INDEBOLIMIENTI U TĦASSIR SA MILL-AĦĦAR TAS-SENA FINANZJARJA TA’ QABEL (24)

32.1.    Self u avvanzi: Flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ ta’ skoperturi improduttivi (24.1)

328. Il-formola 24.1 għandha tipprovdi rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tal-istokk ta’ self u avvanzi, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi kklassifikati bħala bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti oħra ta’ domanda, assi finanzjarji tan-negozjar, miżmuma għan-negozjar jew bħala miżmuma għall-bejgħ, li huma kklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti u rrapportati fil-formola 18. Il-flussi ta’ dħul u l-flussi ta’ ħruġ ta’ self u avvanzi improduttivi għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta’ fluss ta’ dħul u l-flussi ta’ ħruġ.

329. Il-flussi ta’ dħul lejn il-kategorija tal-iskoperturi improduttivi għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafi 239ii sa 239iii u 239vi ta’ din il-Parti, bl-eċċezzjoni ta’ flussi ta’ dħul lejn il-kategorija “miżmuma għall-bejgħ”, li mhumiex fl-ambitu ta’ din il-formola. Il-flussi ta’ dħul għandhom jinqasmu skont it-tip (sors) tal-fluss ta’ dħul. F’dan il-kuntest:

(a) 

“Fluss ta’ dħul dovut għal imgħax akkumulat” għandu jirrappreżenta imgħax akkumulat fuq self u avvanzi improduttivi li ma ġew inklużi fl-ebda waħda mill-kategoriji l-oħra tad-diżaggregazzjoni skont it-tip (sors); f’dan ir-rigward, dan il-fluss ta’ dħul jkopri l-imgħax akkumulat fuq self u avvanzi improduttivi li ġew ikklassifikati bħala improduttivi fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti u li minn dak iż-żmien ġew ikklassifikati kontinwament bħala tali; l-imgħax akkumulat fuq skoperturi li ġew ikklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti biss matul il-perjodu għandu jiġi rrapportat flimkien mal-fluss ta’ dħul nnifsu fil-kategorija tat-tip (sors) korrispondenti;

(b) 

“li minnhom: riklassifikati minn skoperturi produttivi tollerati taħt probazzjoni li qabel kienu riklassifikati minn improduttivi” għandhom jinkludu “skoperturi produttivi tollerati taħt probazzjoni riklassifikati minn improduttivi”, kif definit fil-paragrafu 261 ta’ din il-Parti, li ġew riklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti matul il-perjodu;

(c) 

“Fluss ta’ dħul minħabba raġunijiet oħra” għandha tkopri flussi ta’ dħul li ma jistgħux ikunu konnessi ma’ kwalunkwe sors speċifikat ieħor ta’ flussi ta’ dħul u għandha tinkludi, fost l-oħrajn, żidiet fl-ammont riportat gross ta’ skoperturi improduttivi minħabba ammonti addizzjonali żbursati matul il-perjodu; il-kapitalizzazzjoni tal-ammonti dovuti fl-imgħoddi inklużi t-tariffi u l-ispejjeż kapitalizzati u bidliet fir-rati tal-kambju relatati ma’ self u avvanzi improduttivi li ġew ikklassifikati bħala improduttivi fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti u li ġew ikklassifikati kontinwament bħala tali minn dak iż-żmien ’l hawn.

330. L-iskoperturi li ġejjin għandhom jiġu rrapportati f’ringieli separati:

(a) 

“Fluss ta’ dħul ta’ aktar minn darba” għandha tinkludi self u avvanzi li ġew riklassifikati diversi drabi minn improduttivi għal produttivi jew viċi versa matul il-perjodu;

(b) 

“Fluss ta’ dħul ta’ skoperturi mogħtija fl-aħħar 24 xahar” għandha tirrappreżenta self u avvanzi li ngħataw fl-24 xahar qabel id-data ta’ referenza u li ġew ikklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti matul il-perjodu. Minn dawn l-iskoperturi, dawk mogħtija matul il-perjodu għandhom jiġu rrapportati b’mod separat ukoll.

331. Il-flussi ta’ ħruġ mill-kategorija ta’ skoperturi improduttivi għandhom jiġu rrapportati skont il-paragrafi 239iii sa 239vi ta’ din il-Parti, u għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip (raġuni) tal-fluss ta’ ħruġ. F’dan il-kuntest, “fluss ta’ ħruġ minħabba tħassir” għandha tirrifletti l-ammont ta’ tħassir li sar matul il-perjodu li ma jistax jiġi marbut ma’ xi tip ta’ fluss ta’ ħruġ speċifikat ieħor u għandha tinkludi wkoll tħassir relatat mal-estinzjoni totali tad-drittijiet kollha tal-istituzzjoni li tirrapporta bl-iskadenza tal-perjodu tal-istatut tal-limitazzjonijiet, maħfra jew kawżi oħra li jseħħu matul il-perjodu.

332. F’dawk il-każijiet fejn skopertura jiġi rtirat parti mir-rikonoxximent tagħha u l-parti li jifdal tiġi riklassifikata bħala produttiva, il-fluss ta’ ħruġ li jappartjeni għar-riklassifikazzjoni u l-fluss ta’ ħruġ li għandu x’jaqsam mal-irtirar tar-rikonoxximent għandhom jiġu rrapportati bħala flussi ta’ ħruġ separati. Għal flussi ta’ ħruġ minħabba likwidazzjonijiet ta’ kollateral, bejgħ ta’ skoperturi, trasferimenti ta’ riskju u teħid ta’ pussess ta’ kollateral, għandhom jiġu rrapportati l-irkupri akkumulati netti miksuba. Jekk, fil-mument tal-likwidazzjonijiet tal-kollateral, il-bejgħ ta’ skoperturi, it-trasferimenti ta’ riskju u t-teħid ta’ pussess ta’ kollateral, ikun sar tħassir, dak l-ammont għandu jiġi rrapportat bħala parti mit-tip ta’ fluss ta’ ħruġ relatat.

333. “Irkupri netti akkumulati” għandha tfisser (i) l-ammont ta’ flus jew ekwivalenti ta’ flus miġbura, nett mill-kostijiet relatati, fil-kuntest tal-likwidazzjonijiet kollaterali, tal-bejgħ ta’ skoperturi u tat-trasferimenti ta’ riskju; rispettivament (ii) il-valur fir-rikonoxximent inizjali kif definit fil-paragrafu 175i ta’ din il-Parti tal-kollateral miksub fil-kuntest tal-flussi ta’ ħruġ minħabba t-teħid ta’ pussess tal-kollateral.

334. Il-fluss ta’ ħruġ li għandu x’jaqsam ma’ self u avvanzi li ma jkunux saru improduttivi matul il-perjodu u wara ma baqgħux jissodisfaw il-kriterji sabiex jiġu klassifikati bħala improduttivi għandu jiġi rrapportat separatament.

32.2.    Self u avvanzi: Fluss ta’ indebolimenti u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu fuq skoperturi improduttivi (24.2)

335. Il-formola 24.2 għandu jkun fiha rikonċiljazzjoni tal-bilanċi tal-ftuħ u tal-għeluq tal-kontijiet ta’ provvedimenti u l-istokk ta’ bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li huma jew li kienu kklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi klassifikati bħala bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti oħra ta’ domanda jew bħala miżmuma għall-bejgħ.

336. “Iż-żidiet matul il-perjodu” għandhom jinkludu:

(a) 

l-istokk, mid-data ta’ referenza, ta’ indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li jkunu saru improduttivi matul il-perjodu u li jkunu għadhom klassifikati bħala improduttivi fid-data ta’ referenza ta’ rapportar;

(b) 

l-istokk, mid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent, ta’ indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li jkunu saru improduttivi matul il-perjodu u li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom matul il-perjodu; u

(c) 

ż-żieda tal-indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li ġew klassifikati bħala improduttivi fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti u jew ikunu għadhom klassifikati bħala tali fid-data ta’ referenza ta’ rapportar jew li jkun ġie rtirat ir-rikonoxximent tagħhom matul il-perjodu.

337. Il-parti taż-żieda attribwibbli għal indebolimenti u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust irreġistrata fl-imgħax dovut għandha tiġi rrapportata b’mod separat ukoll.

338. “It-tnaqqisiet matul il-perjodu” għandhom jinkludu:

(a) 

l-istokk, mid-data tat-tmiem tal-irtirar tar-rikonoxximent, ta’ indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li ma jkunux baqgħu improduttivi matul il-perjodu u li ħarġu mill-portafoll tal-istituzzjoni matul il-perjodu;

(b) 

l-istokk, mid-data ta’ referenza, ta’ indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li ma jkunux baqgħu improduttivi matul il-perjodu u li ma jkunux għadhom klassifikati bħala improduttivi fid-data ta’ referenza;

(c) 

l-istokk, mid-data ta’ referenza, ta’ indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li jkunu ġew riklassifikati bħala “miżmuma għall-bejgħ” matul il-perjodu; u

(d) 

t-tnaqqis tal-indebolimenti akkumulati u bidliet negattivi akkumulati fil-valur ġust minħabba r-riskju ta’ kreditu li jappartjeni għal self u avvanzi li ġew klassifikati bħala improduttivi fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti u jkunu għadhom klassifikati bħala tali fid-data ta’ referenza ta’ rapportar.

339. L-entrati li ġejjin għandhom jiġu rrapportati b’mod separat:

(a) 

it-tnaqqis attribwibbli għat-treġġigħ lura tal-provvedimenti u t-treġġigħ lura ta’ bidliet negattivi fil-valur ġust minħabba riskju ta’ kreditu;

(b) 

it-tnaqqis attribwibbli għat-“treġġigħ lura” tal-iskontijiet fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-metodu kontabilistiku tar-rata tal-imgħax effettiva.

32.3.    Self u avvanzi: Tħassir ta’ skoperturi improduttivi matul il-perjodu (24.3)

340. Il-formola 24.3 għandha tintuża biex jiġi rrapportat tħassir kif definit fil-paragrafu 74 ta’ din il-Parti sakemm dan (i) ikun sar matul il-perjodu (flussi ta’ dħul) u (ii) jirreferi għal self u avvanzi kklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti matul il-perjodu, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi kklassifikati bħala miżmuma għan-negozjar, negozjar ta’ assi finanzjarji jew miżmuma għall-bejgħ. Għandu jiġi rrapportat kemm tħassir parzjali kif ukoll dak totali. Minn dan it-tħassir, dawk attribwibbli għad-dekadenza tad-dritt li tiġi rkuprata b’mod legali skopertura, jew parti minnha, għandhom jiġu rrapportati b’mod separat.

33.   KOLLATERAL MIKSUB BIL-PROĊESS TA’ TEĦID TA’ PUSSESS U TA’ EŻEKUZZJONI (25)

341. “Il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess” għandu jinkludi kemm assi li ġew mirhuna mid-debitur bħala kollateral kif ukoll assi li ma ġewx mirhuna mid-debitur bħala kollateral, iżda li nkisbu bi skambju għall-kanċellazzjoni tad-dejn, kemm fuq bażi volontarja kif ukoll bħala parti mill-proċedimenti ġudizzjarji.

33.1.    Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess minbarra kollateral klassifikat bħala Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (PP&E): flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ (25.1)

342. Il-formola 25.1 għandha tintuża sabiex tippreżenta r-rikonċiljazzjoni tal-bilanċ tal-ftuħ, sa mill-bidu tas-sena finanzjarja, u l-bilanċ tal-għeluq tal-istokk ta’ kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess minbarra kollateral klassifikat bħala Proprjetà, Impjanti u Tagħmir (PP&E). Barra minn hekk, il-formola għandha tipprovdi informazzjoni dwar “tnaqqis tal-bilanċ tad-dejn” u l-valur fir-rikonoxximent inizjali relatati tal-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess.

343. “Tnaqqis fil-bilanċ ta’ dejn” tfisser l-ammont riportat gross tal-iskopertura li ġie rtirat ir-rikonoxximent tiegħu mill-karta bilanċjali bi skambju għall-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess, fil-mument preċiż tal-iskambju, u l-indebolimenti u l-bidliet negattivi fil-valur ġust relatati minħabba r-riskju ta’ kreditu akkumulat f’dak il-mument. Meta, fil-mument tal-iskambju, ikun sar tħassir, dak l-ammont għandu jitqies bħala parti mit-tnaqqis tal-bilanċ tad-dejn ukoll. Ma għandux jiġi rrapportat l-irtirar tar-rikonoxximent mill-karta bilanċjali minħabba raġunijiet oħra, bħall-ġbir tal-flus.

344. “Valur fir-rikonoxximent inizjali” għandu jkollha l-istess tifsira kif deskritt fil-paragrafu 175i ta’ din il-Parti.

345. Fir-rigward tal-“flussi ta’ dħul matul il-perjodu”:

(a) 

il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jinkludi: (i) kollateral ġdid miksub bit-teħid ta’ pussess matul il-perjodu (sa mill-bidu tas-sena finanzjarja), irrispettivament minn jekk il-kollateral għadux rikonoxxut fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni (miżmum) fid-data ta’ referenza jew le u (ii) bidliet pożittivi fil-valwazzjoni tal-kollateral matul il-perjodu minħabba raġunijiet differenti (bħal bidliet pożittivi fil-valur ġust, apprezzament, treġġigħ lura ta’ indeboliment, bidliet fil-politiki tal-kontabbiltà). Dawn it-tipi ta’ flussi ta’ dħul għandhom jiġu rrapportati b’mod separat ukoll.

(b) 

it-“tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn” għandu jirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn tal-iskopertura li għaliha ġie rtirat ir-rikonoxximent relatat mal-kollateral miksub matul il-perjodu.

346. Fir-rigward tal-“flussi ’l barra matul il-perjodu”:

(a) 

il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jinkludi: (i) kollateral mibjugħ għal flus matul il-perjodu; (ii) kollateral mibjugħ b’sostituzzjoni ma’ strumenti finanzjarji matul il-perjodu; u (iii) bidliet negattivi fil-valwazzjoni tal-kollateral matul il-perjodu minħabba raġunijiet differenti (bħal bidliet negattivi fil-valur ġust, id-deprezzament, l-indeboliment, it-tħassir, il-bidliet fil-politiki tal-kontabilità). Dawk it-tipi ta’ flussi ta’ ħruġ għandhom jiġu rrapportati b’mod separat. Fejn jiġi rtirat ir-rikonoxximent ta’ kollateral bi skambju kemm għall-flus kif ukoll għall-istrumenti finanzjarji, l-ammonti rilevanti għandhom jinqasmu u jiġu allokati liż-żewġ tipi ta’ flussi ta’ ħruġ. “Kollateral mibjugħ bis-sostituzzjoni ma’ strumenti finanzjarji” għandu jiddeskrivi każijiet fejn il-kollateral jinbiegħ lil kontroparti, u l-akkwiżizzjoni minn dik il-kontroparti huwa ffinanzjat mill-istituzzjoni li tirrapporta.

(b) 

it-“tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn” għandu jirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn tal-iskopertura relatata ma’ każijiet fejn il-kollateral ikun ġie mibjugħ għal flus jew mibdul ma’ strumenti finanzjarji matul il-perjodu.

347. Fil-każ ta’ bejgħ ta’ kollateral għal flus, il-“Fluss ta’ ħruġ li għalih ikunu nġabru flus” għandu jkun daqs is-somma ta’ “Flus miġbura netti mill-kostijiet” u “(-) Profitti/(-) telf mill-bejgħ ta’ kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess”. “Flus kontanti miġbura netti mill-kostijiet” tfisser l-ammont ta’ flus kontanti riċevuti mingħajr kostijiet ta’ transazzjoni, bħal tariffi u kummissjonijiet imħallsa lill-aġenti, taxxi ta’ trasferiment u dazji. “Profitti/(-) telf mill-bejgħ ta’ kollateral miksub permezz tat-teħid ta’ pussess” għandha tfisser id-differenza bejn l-ammont riportat tal-kollateral imkejjel fid-data tal-irtirar tar-rikonoxximent u l-ammont ta’ flus riċevuti netti mill-kostijiet tat-tranżazzjoni. F’każ ta’ sostituzzjoni ta’ kollateral bi strumenti finanzjarji kif deskritt fil-paragrafu 346 ta’ din il-Parti, għandu jiġi rrapportat l-ammont riportat ta’ finanzjament mogħti.

348. Il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jiġi rrapportat diżaggregat skont “iż-żmien li għadda minn meta l-kollateral ġie rikonoxxut fil-karta bilanċjali tal-istituzzjoni.

349. Fil-kuntest tal-preżentazzjoni ta’ kollateral miksub b’kemm għadda żmien, il-“maturità” tal-kollateral fil-karta bilanċjali, jiġifieri l-migrazzjoni bejn it-taqsimiet ta’ ħin predefiniti, ma għandhiex tiġi rrapportata la bħala influss u lanqas bħala fluss ta’ ħruġ.

33.2.    Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess minbarra kollateral klassifikat bħala Proprjetà Impjanti u Tagħmir (PP&E) - Tip ta’ kollateral miksub (25.2)

350. Il-formola 25.2 għandha tinkludi diżaggregazzjoni tal-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess kif definit fil-paragrafu 341 ta’ din il-Parti, skont it-tip ta’ kollateral miksub. Il-formola tirrifletti l-kollateral rikonoxxut fil-karta bilanċjali fid-data ta’ referenza, irrispettivament mill-mument meta nkiseb. Barra minn hekk, il-formola tipprovdi informazzjoni dwar it-“tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn” u l-“valur fir-rikonoxximent inizjali” relatati kif definiti fil-paragrafi 343 u 344 ta’ din il-Parti u dwar in-numru ta’ kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess u rikonoxxut fil-karta bilanċjali fid-data ta’ referenza. L-għadd ta’ kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess għandu jiġi kkalkulat irrispettivament mill-ammont riportat tal-kollateral u jista’ jkun wieħed jew aktar minn wieħed għal kull skopertura li r-rikonoxximent tagħha jkun ġie rtirat mill-karta bilanċjali bi skambju ma’ kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess.

351. It-tipi ta’ kollateral għandhom ikunu dawk imsemmijin fil-paragrafu 173 ta’ din il-Parti bl-eċċezzjoni ta’ dawk fil-punt (b)(i) ta’ dak il-paragrafu.

352. Fir-rigward tal-kollateral fil-forma ta’ proprjetà immobbli, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi rrapportata f’ringieli separati:

(a) 

proprjetà immobbli fil-fażi ta’ kostruzzjoni jew żvilupp;

(b) 

fir-rigward ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, kollateral fil-forma ta’ art relatata ma’ korporazzjonijiet kummerċjali ta’ proprjetà immobbli, bl-esklużjoni ta’ art agrikola. Għandha tiġi rrapportata wkoll informazzjoni separata dwar l-art b’permess għall-ippjanar u mingħajr.

33.3.    Kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess klassifikat bħala Proprjetà Impjanti u Tagħmir (PP&E) (25.3)

353. Fil-formola 25.3, għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni dwar il-kollateral miksub bit-teħid ta’ pussess klassifikat bħala Proprjetà Impjanti u Tagħmir (PP&E). Barra minn hekk, il-formola għandha tipprovdi informazzjoni dwar “tnaqqis tal-bilanċ tad-dejn” u l-“valur fir-rikonoxximent inizjali” relatati kif definiti fil-paragrafi 343 u 344 ta’ din il-Parti.

354. Għandha tingħata informazzjoni dwar l-istokk tal-kollateral mid-data ta’ referenza, irrispettivament mill-mument meta dan inkiseb; u l-flussi ta’ dħul minħabba kollateral ġdid miksub bit-teħid ta’ pussess matul il-perjodu bejn il-bidu u t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza u li jibqa’ rikonoxxut fil-karta bilanċjali fid-data ta’ referenza. Fir-rigward tat-“tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn”, it-“total” għandha tirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn relatat mal-kollateral mid-data ta’ referenza u l-“flussi ta’ dħul dovuti għal kollateral ġdid miksub bit-teħid ta’ pussess” għandha tirrifletti t-tnaqqis fil-bilanċ tad-dejn relatat mal-kollateral miksub matul il-perjodu.

34.   ĠESTJONI TAT-TOLLERANZA U KWALITÀ TAT-TOLLERANZA (26)

355. Il-formola 26 għandha tinkludi informazzjoni dettaljata dwar self u avvanzi kklassifikati bħala tollerati skont il-paragrafi 240 sa 268 ta’ din il-Parti, bl-esklużjoni ta’ strumenti kklassifikati bħala bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u f’depożiti oħrajn ta’ domanda jew kif miżmumin għall-bejgħ. Skoperturi tollerati li jirreferu jew għal modifika tat-termini u l-kondizzjonijiet preċedenti jew għal rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt tad-dejn danneġġat kif definit fil-paragrafu 241 ta’ din il-Parti għandhom jiġu diżaggregati f’tipi aktar speċifiċi ta’ miżuri ta’ tolleranza.

356. In-“Numru ta’ strumenti” għandu jiġi determinat kif definit fil-paragrafu 320 ta’ din il-Parti.

357. L-ammont riportat globali ta’ skoperturi b’miżuri ta’ tolleranza għandu jiġi allokat għal kategorija li tirrifletti t-tip ta’ miżura ta’ tolleranza. Fejn ġew applikati diversi miżuri ta’ tolleranza għal skopertura, l-ammont riportat gross ta’ skoperturi b’miżuri ta’ tolleranza għandu jiġi allokat għat-tip l-aktar rilevanti ta’ miżura ta’ tolleranza. Dan tal-aħħar għandu jiġi identifikat abbażi tat-tip ta’ miżura ta’ tolleranza li għandu l-ogħla impatt fuq il-Valur Preżenti Nett (VPN) tal-iskopertura tollerata jew permezz tal-użu ta’ kwalunkwe metodu ieħor meqjus applikabbli.

358. It-tipi ta’ miżuri ta’ tolleranza għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) 

perjodu ta’ grazzja/moratorju fuq il-pagamenti: sospensjoni temporanja tal-obbligi ta’ ripagament fir-rigward tal-kapital jew tal-imgħax, bir-ripagamenti jerġgħu jinbdew fi żmien aktar tard;

(b) 

tnaqqis fir-rata tal-imgħax: tnaqqis permanenti jew temporanju fir-rata tal-imgħax (fissa jew varjabbli) għal rata ġusta u sostenibbli;

(c) 

estensjoni tal-maturità/terminu: l-estensjoni tal-maturità tas-iskopertura, li tinvolvi tnaqqis fl-ammonti ta’ ħlas parzjali billi jinfirxu r-ripagamenti fuq perjodu itwal;

(d) 

pagamenti skedati mill-ġdid: aġġustament tal-iskeda ta’ ripagamenti kuntrattwali b’tibdil fl-ammonti tar-rati jew mingħajr, minbarra perjodi ta’ grazzja/moratorju fuq il-pagamenti, estensjoni tal-maturità/terminu u maħfra tad-dejn. Dik il-kategorija għandha tinkludi, fost l-oħrajn, il-kapitalizzazzjoni tal-arretrati u/jew l-arretrati tal-imgħax dovuti għall-bilanċ tal-kapital pendenti għar-ripagament taħt programm sostenibbli u skedat mill-ġdid; tnaqqis tal-ammont ta’ ħlasijiet parzjali ta’ ripagamenti ta’ kapital fuq perjodu definit, irrispettivament minn jekk l-imgħaxijiet ikunux għadhom iridu jitħallsu kompletament jew jekk ikunux kapitalizzati jew ċeduti;

(e) 

maħfra tad-dejn: tħassir parzjali tal-iskopertura mill-istituzzjoni li tirrapporta billi ċċedi d-dritt li tirkupraha b’mod legali;

(f) 

swaps ta’ dejn ma’ assi: sostituzzjoni parzjali ta’ skoperturi fil-forma ta’ strumenti ta’ dejn ma’ assi jew ekwità;

(g) 

miżuri oħra ta’ tolleranza, inkluż fost oħrajn, rifinanzjament totali jew parzjali ta’ kuntratt tad-dejn danneġġjat.

359. Fejn il-miżura ta’ tolleranza taffettwa l-ammont riportat gross ta’ skopertura, għandu jiġi rrapportat l-ammont riportat gross fid-data ta’ referenza, jiġifieri wara l-applikazzjoni tal-miżura ta’ tolleranza. Fil-każ ta’ rifinanzjament, għandu jiġi rrapportat l-ammont riportat gross tal-kuntratt il-ġdid (“dejn ta’ rifinanzjament”) mogħti li jikkwalifika bħala miżura ta’ tollerenza, kif ukoll l-ammont riportat gross tal-kuntratt l-antik imħallas mill-ġdid li jkun għadu pendenti.

360. L-entrati li ġejjin għandhom jiġu rrapportati f’ringieli separati:

(a) 

Strumenti li kienu soġġetti għal miżuri ta’ tolleranza f’diversi punti taż-żmien, fejn:

(i) 

“Self u avvanzi li ġew tollerati ‘darbtejn’ u “aktar minn darbtejn” għandhom ifissru skoperturi kklassifikati bħala tollerati abbażi tal-paragrafi 240 sa 268 ta’ din il-Parti fid-data ta’ referenza ta’ rapportar, li għalihom ġew applikati miżuri ta’ tolleranza f’żewġ punti jew f’aktar minn żewġ punti differenti taż-żmien, rispettivament. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, skoperturi oriġinarjament tollerati għal skoperturi li ħarġu mill-istatus ta’ tollerati (skoperturi tollerati rimedjati), iżda li ngħataw miżuri ta’ tolleranza ġodda wara dan;

(ii) 

“Self u avvanzi li għalihom ingħataw miżuri ta’ tolleranza b’żieda ma’ miżuri ta’ tolleranza diġà eżistenti” għandha tfisser skoperturi tollerati taħt probazzjoni li għalihom ġew applikati miżuri ta’ tolleranza flimkien ma’ miżuri ta’ tolleranza mogħtija fi żmien aktar bikri, mingħajr ma l-iskopertura tkun ġiet rimedjata sadanittant.

(b) 

Skoperturi improduttivi tollerati li ma ssodisfawx il-kriterji ta’ ħruġ mill-improduttività. Dak għandu jinkludi skoperturi improduttivi tollerati li naqsu milli jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex ma jibqgħux improduttivi kif deskritt fil-paragrafu 232 ta’ din il-Parti fi tmiem il-perjodu ta’ probazzjoni ta’ sena speċifikat fil-paragrafu 231(b) ta’ din il-Parti.

361. L-iskoperturi li għalihom ingħataw miżuri ta’ tolleranza sa minn tmiem l-aħħar sena finanzjarja għandhom jiġu rrapportati f’kolonni separati.

35.   SELF U AVVANZI: ID-DURATA MEDJA U L-PERJODI TA’ RKUPRU (47)

362. L-informazzjoni pprovduta fil-formola 47 għandha tirreferi għal self u avvanzi, bl-esklużjoni ta’ self u avvanzi kklassifikati bħala bilanċi tal-flus f’banek ċentrali u depożiti ta’ domanda oħra, miżmumin għan-negozjar, assi finanzjarji tan-negozjar jew miżmumin għall-bejgħ.

363. Iż-“żmien medju ponderat sa mid-data ta’ skadenza preċedenti (fi snin)” għandu jiġi kkalkolat bħala l-medja ponderata tal-għadd ta’ jiem mill-iskadenza tal-iskoperturi kklassifikati bħala improduttivi skont il-paragrafi 213 sa 239 jew 260 ta’ din il-Parti fid-data ta’ referenza. Skoperturi improduttivi li ma jkunux skadew għandhom jitqiesu li jkunu skaduti b’żero jiem f’dan il-kalkolu. L-iskoperturi għandhom jiġu ponderati bl-ammont riportat gross imkejjel fid-data ta’ referenza. Il-medja ponderata ta’ żmien sa mid-data ta’ skadenza għandha tiġi espressa fi snin (b’deċimali).

364. Għandha tiġi rrapportata l-informazzjoni li ġejja dwar ir-riżultati tal-proċeduri ta’ litigazzjoni dwar is-self u l-avvanzi improduttivi konklużi matul il-perjodu:

(a) 

Irkupri akkumulati netti: Din l-entrata għandha tinkludi l-irkupri li jirriżultaw minn proċeduri fil-qorti. L-irkupri li jirriżultaw minn ftehimiet volontarji ma għandhomx jiġu inklużi.

(b) 

Tnaqqis fl-ammont riportat gross: Din l-entrata għandha tinkludi l-ammont riportat gross ta’ self u avvanzi improduttivi li għalihom ġie rtirat ir-rikonoxximent bi tweġiba għall-konklużjoni ta’ proċedura ta’ litigazzjoni. Dan jinkludi t-tħassir relatat.

(c) 

Durata medja tal-proċeduri ta’ litigazzjoni konklużi fil-perjodu: għandha tiġi kkalkolata bħala l-medja taż-żmien li jkun għadda bejn id-data tal-klassifikazzjoni tal-istrument bħala “fi status ta’ litigazzjoni” skont il-paragrafu 322 ta’ din il-Parti u d-data tal-finalizzazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji; din għandha tiġi espressa fi snin (b’deċimali).

PARTI 3

L-IMMAPPJAR TAL-KLASSIJIET TAL-ISKOPERTURI U S-SETTURI TAL-KONTROPARTIJIET

1. It-Tabelli 2 u 3 jimmappjaw il-klassijiet tal-iskoperturi li għandhom jintużaw sabiex jiġu kkalkolati r-rekwiżiti kapitali skont is-CRR għas-setturi tal-kontroparti użati fit-tabelli FINREP.



Tabella 2

Approċċ Standardizzat

Klassijiet tal-iskoperturi skont l-SA (l-Artikolu 112 tas-CRR)

Setturi tal-kontroparti tal-FINREP

Kummenti

(a)  Gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali

(1)  Banek ċentrali

(2)  Gvernijiet ġenerali

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(b)  Gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali

(2) Gvernijiet ġenerali

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(c)  Entitajiet tas-settur pubbliku

(2) AGvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(d)  Banek multilaterali tal-iżvilupp

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(e)  Organizzazzjonijiet internazzjonali

(2) Gvernijiet ġenerali

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(f)  Istituzzjonijiet

(jiġifieri istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment)

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(g)  Korporattivi

(2) Gvernijiet ġenerali

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(h)  Fil-livell tal-konsumaturi

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(i)  Garantiti b’ipoteki fuq proprjetà immobbli

(2) Gvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata.

(j)  F’inadempjenza

(1)  Banek ċentrali

(2)  Gvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata.

(ja)  Entrati assoċjati ma’ riskju partikolarment għoli

(1)  Banek ċentrali

(2)  Gvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata.

(k)  Bonds koperti

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(l)  Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

(2) Gvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont ir-riskju sottostanti tat-titolizzazzjoni. Fil-FINREP, meta l-pożizzjonijiet titolizzati jibqgħu rikonoxxuti fil-karta bilanċjali, is-setturi tal-kontroparti għandhom ikunu s-setturi tal-kontropartijiet immedjati ta’ dawn il-pożizzjonijiet.

(m)  Istituzzjonijiet u korporattivi b’valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata.

(n)  Intrapriżi ta’ investiment kollettiv

Strumenti ta’ ekwità

Investimenti f’CIU għandhom jiġu klassifikati bħala strumenti ta’ ekwità fil-FINREP, irrispettivament minn jekk is-CRR jippermettix trasparenza.

(o)  Ekwità

Strumenti ta’ ekwità

Fil-FINREP, l-ekwitajiet għandhom jiġu sseparati bħala strumenti taħt kategoriji differenti ta’ assi finanzjarji

(p)  Entrati oħrajn

Diversi entrati tal-karta bilanċjali

Fil-FINREP, jistgħu jiġu inklużi entrati oħrajn taħt kategoriji differenti ta’ assi.



Tabella 3

L-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjoni Interna

Klassijiet ta’ skopertura tal-IRBA

(L-Artikolu 147 tas-CRR)

Setturi tal-kontroparti tal-FINREP

Kummenti

(a)  Gvernijiet ċentrali u banek ċentrali

(1)  Banek ċentrali

(2)  Gvernijiet ġenerali

(3)  Istituzzjonijiet ta’ kreditu

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(b)  Istituzzjonijiet

(jiġifieri istituzzjoni ta’ kreditu u ditti tal-investiment kif ukoll ċerti gvernijiet ġenerali u banek multilaterali)

(2) Gvernijiet ġenerali

(3) Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(c)  Korporattivi

(2) Gvernijiet ġenerali

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(d)  Fil-livell tal-konsumaturi

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskoperturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont in-natura tal-kontroparti immedjata

(e)  Ekwità

Strumenti ta’ ekwità

Fil-FINREP, l-ekwitajiet għandhom jiġu sseparati bħala strumenti taħt kategoriji differenti ta’ assi finanzjarji

(f)  Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni

(2) Gvernijiet ġenerali

(3) Istituzzjonijiet ta’ kreditu

(4)  Korporazzjonijiet finanzjarji oħrajn

(5)  Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

(6)  Unitajiet domestiċi

Dawn l-iskopeturi għandhom jiġu assenjati lis-setturi tal-kontroparti tal-FINREP skont ir-riskju sottostanti tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni. Fil-FINREP, meta l-pożizzjonijiet titolizzati jibqgħu rikonoxxuti fil-karta bilanċjali, is-setturi tal-kontroparti għandhom ikunu s-setturi tal-kontropartijiet immedjati ta’ dawn il-pożizzjonijiet

(g)  Obbligi oħrajn mhux ta’ kreditu

Diversi entrati tal-karta bilanċjali

Fil-FINREP, jistgħu jiġu inklużi entrati oħrajn taħt kategoriji differenti ta’ assi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.09.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0451
  • EULAW_HR -

    EULAW_HR