|
+Artikolu 56 Notifiki |
Artikolu 56 NotifikiArtikolu 56 Notifiki Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Ottubru 2027 lista tat-tipi ta’ entitajiet ġuridiċi li jeżistu skont il-liġi nazzjonali tiegħu bis-sidien benefiċjarji identifikati f’konformità mal-Artikolu 51 u l-Artikolu 52(4),. Dik in-notifika għandha tinkludi l-kategoriji speċifiċi ta’ entitajiet, id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi u, fejn applikabbli, il-bażi ġuridika skont il-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernat . Għandha tinkludi wkoll indikazzjoni ta’ jekk, minħabba l-forma u l-istrutturi speċifiċi tal-entitajiet ġuridiċi għajr entitajiet korporattivi, japplikax il-mekkaniżmu skont l-Artikolu 63(4), akkumpanjat minn ġustifikazzjoni dettaljata tar-raġunijiet għal dak. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika n-notifika msemmija fl-ewwel paragrafu lill-Istati Membri l-oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|