+Artikolu 35 Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6
---+Artikolu 35 7
---+Artikolu 35 8
---+Artikolu 35 9
|
Artikolu 35 Interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1
|
1. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom:
|
(a)
|
jiksbu, fejn ikun teknikament fattibbli, interoperabbiltà bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;
|
|
(b)
|
itejbu l-portabbiltà tal-assi diġitali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data li jkopru l-istess tip ta' servizz;
|
|
(c)
|
jiffaċilitaw, fejn ikun teknikament fattibbli, ekwivalenza funzjonali bejn servizzi differenti tal-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 30(1) li jkopru l-istess tip ta' servizz;
|
|
(d)
|
ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-sigurtà u l-integrità tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data u tad-data;
|
|
(e)
|
jitfasslu b'tali mod li jippermettu avvanzi tekniċi u inklużjoni ta' funzjonijiet u innovazzjoni ġodda fis-servizzi tal-ipproċessar tad-data.
|
|
|
Artikolu 35 2
|
2. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà u l-istandards armonizzati għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data għandhom jindirizzaw b'mod adegwat:
|
(a)
|
l-aspetti tal-interoperabbiltà tal-cloud tal-interoperabbiltà tat-trasport, l-interoperabbiltà sintattika, l-interoperabbiltà tad-data semantika, l-interoperabbiltà tal-imġiba u l-interoperabbiltà tal-politika;
|
|
(b)
|
l-aspetti tal-portabbiltà tad-data fuq il-cloud tal-portabbiltà sintattika tad-data, il-portabbiltà semantika tad-data u l-portabbiltà tal-politika dwar id-data;
|
|
(c)
|
l-aspetti tal-applikazzjoni tal-cloud tal-portabbiltà sintattika tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-istruzzjoni tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal- metadata tal-applikazzjoni, il-portabbiltà tal-imġiba tal-applikazzjoni u l-portabbiltà tal-politika tal-applikazzjoni.
|
|
|
Artikolu 35 3
|
3. L-ispeċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà għandhom jikkonformaw mal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
|
Artikolu 35 4
|
4. Wara li tqis l-istandards internazzjonali u Ewropej u l-inizjattivi awtoregolatorji rilevanti, il-Kummissjoni tista', f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, titlob lil organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni waħda jew aktar biex tabbozza standards armonizzati li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 35 5
|
5. Il-Kummissjoni tista' tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, speċifikazzjonijiet komuni ibbażat fuq speċifikazzjonijiet miftuħa tal-interoperabbiltà li jkopru r-rekwiżiti essenzjali kollha stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
|
|
Artikolu 35 6
|
6. Meta tħejji l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 37(5), il-punt (h), u ta' korpi jew gruppi ta' esperti rilevanti oħra u għandha tikkonsulta kif xieraq lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.
|
|
Artikolu 35 7
|
7. Meta Stat Membru jqis li speċifikazzjoni komuni ma tissodisfax għalkollox ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan billi jissottometti spjegazzjoni dettaljata. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta dik l-ispjegazzjoni dettaljata u, jekk ikun xieraq, tista’ temenda l-att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjoni komuni inkwistjoni.
|
|
Artikolu 35 8
|
8. Għall-fini tal-Artikolu 30(3), il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati u l-ispeċifikazzjonijiet komuni għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data f'repożitorju ċentrali tal-Unjoni tal-istandards għall-interoperabbiltà tas-servizzi tal-ipproċessar tad-data.
|
|
Artikolu 35 9
|
9. L-atti ta' implimentazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 46(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|