+Artikolu 40 Penali
---+Artikolu 40 1
---+Artikolu 40 2
---+Artikolu 40 3
---+Artikolu 40 4
---+Artikolu 40 5
|
Artikolu 40 Penali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 40 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 40 2
|
2. L-Istati Membri għandhom, sat-12 ta’ Settembru 2025 jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u l-miżuri u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-Kummissjoni għandha taġġorna regolarment u żżomm reġistru pubbliku faċilment aċċessibbli ta' dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 40 3
|
3. L-Istati Membri għandhom iqisu -rakkomandazzjonijiet tal-EDIB u l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin għall-impożizzjoni ta' penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta' żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-parti li tkun wettqet il-ksur biex ittaffi jew tirrimedja għall-ħsara kkawżata mill-ksur;
|
|
(c)
|
kwalunkwe ksur preċedenti mill-parti li tkun wettqet il-ksur;
|
|
(d)
|
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-parti li wettqet il-ksur minħabba l-ksur, sakemm tali benefiċċji jew telf jistgħu jiġu stabbiliti b'mod affidabbli;
|
|
(e)
|
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;
|
|
(f)
|
il-fatturat annwali tal-kontraventur fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Unjoni.
|
|
|
Artikolu 40 4
|
4. Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu II, III u V ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, jimponu multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 83(5) ta' dak ir-Regolament.
|
|
Artikolu 40 5
|
5. Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu V ta' dan ir-Regolament, is-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data tista' timponi, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha, multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2018/1725 sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 66(3) ta' dak ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|