3. L-Istati Membri għandhom iqisu -rakkomandazzjonijiet tal-EDIB u l-kriterji mhux eżawrjenti li ġejjin għall-impożizzjoni ta' penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament:
|
(a)
|
in-natura, il-gravità, l-iskala u t-tul ta' żmien tal-ksur;
|
|
(b)
|
kwalunkwe azzjoni meħuda mill-parti li tkun wettqet il-ksur biex ittaffi jew tirrimedja għall-ħsara kkawżata mill-ksur;
|
|
(c)
|
kwalunkwe ksur preċedenti mill-parti li tkun wettqet il-ksur;
|
|
(d)
|
il-benefiċċji finanzjarji miksuba jew it-telf evitat mill-parti li wettqet il-ksur minħabba l-ksur, sakemm tali benefiċċji jew telf jistgħu jiġu stabbiliti b'mod affidabbli;
|
|
(e)
|
kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti ieħor applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;
|
|
(f)
|
il-fatturat annwali tal-kontraventur fis-sena finanzjarja preċedenti fl-Unjoni.
|