+Artikolu 75 Segretarjat
---+Artikolu 75 1.
---+Artikolu 75 2.
---+Artikolu 75 3.
---+Artikolu 75 4.
---+Artikolu 75 5.
---+Artikolu 75 6.
|
Artikolu 75 Segretarjat
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 1.
|
Il-Bord għandu jkollu segretarjat, li jiġi pprovdut mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 75 2.
|
Is-segretarjat għandu jwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.
|
|
Artikolu 75 3.
|
Il-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal linji ta' rappurtar separati mill-persunal involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti fuq il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
|
|
Artikolu 75 4.
|
Fejn xieraq, il-Bord u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jistabbilixxu u jippubblikaw Memorandum ta' Qbil li jimplimenta dan l-Artikolu, jiddetermina t-termini tal-kooperazzjoni tagħhom, u applikabbli għall-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data involut fit-twettiq tal-kompiti kkonferiti lill-Bord b'dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 75 5.
|
Is-segretarjat għandu jipprovdi appoġġ analitiku, amministrattiv u loġistiku lill-Bord.
|
|
Artikolu 75 6.
|
Is-segretarjat għandu jkun responsabbli b'mod partikolari:
(a)
għax-xogħol ta' kuljum tal-Bord;
(b)
għall-komunikazzjoni bejn il-membri tal-Bord, il-President tiegħu u l-Kummissjoni;
(c)
għall-komunikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra u mal-pubbliku;
(d)
għall-użu ta' mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni interna u esterna;
(e)
għat-traduzzjoni ta' informazzjoni rilevanti;
(f)
għat-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Bord;
(g)
għat-tħejjija, l-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta' opinjonijiet u deċiżjonijiet dwar is-soluzzjoni ta' tilwim bejn awtoritajiet superviżorji u testi oħra adottati mill-Bord.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|